Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 32002D0247

    Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni tas-27 ta' Marzu 2002 li tissospenfi t-tqegħid fis-suq u l-importazzjoni tal-ħelu tal-jelly li jkun fih l-additiv E 425 konjac (innotifikata fid-dokument numru K(2002) 1283)(Test b'rilevanza għaż-ŻEE)

    ĠU L 84, 28.3.2002, p. 69–70 (ES, DA, DE, EL, EN, FR, IT, NL, PT, FI, SV)

    Dan id-dokument ġie ppubblikat f’edizzjoni(jiet) speċjali (CS, ET, LV, LT, HU, MT, PL, SK, SL, BG, RO)

    Legal status of the document No longer in force, Date of end of validity: 20/01/2009; Imħassar b' 32008R1333

    ELI: http://data.europa.eu/eli/dec/2002/247/oj

    32002D0247



    Official Journal L 084 , 28/03/2002 P. 0069 - 0070


    Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni

    tas-27 ta' Marzu 2002

    li tissospenfi t-tqegħid fis-suq u l-importazzjoni tal-ħelu tal-jelly li jkun fih l-additiv E 425 konjac

    (innotifikata fid-dokument numru K(2002) 1283)

    (Test b'rilevanza għaż-ŻEE)

    (2002/247/KE)

    Il-KUMMISSJONI TAL- KOMUNITAJIET EWROPEJ,

    Wara li kkunsidrat it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea,

    Wara li kkunsidrat ir-Regolament (KE) Nru 178/2002 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-28 ta' Jannar 2002 li jistabbilixxi l-prinċipiji u l-ħtiġiet ġenerali tal-liġijiet dwar l-ikel, li jistabbilixxi l-Awtorità Ewropea tas-Sigurtà ta' l-Ikel u li jistabbilixxi l-proċeduri fil-materji tas-sigurtà fl-ikel [1], u b'mod partikolari l-Artikolu 5(1) tiegħu,

    Billi:

    (1) Skond l-Artikolu 53(1) tar-Regolament (KE) Nru 178/2002 il-Kummissjoni tista’ tissospendi t-tqegħid fis-suq jew l-użu ta' ikel li x'aktarx jikkostitwixxi riskju serju għas-saħħa tal-bniedem, meta dan ir-riskju ma jistax ikun ikkontenut b'mod sodisfaċenti permezz tal-miżuri meħuda mill-Istati Membri interessati.

    (2) Id-Direttiva 95/2/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-20 ta' Frar 1995 dwar l-additivi fl-ikel għajr il-koloranti u dawk li jagħtu l-ħlewwa [2] tawtorizza fl-Anness IV tagħha l-użu ta' l-additiv ta' l-ikel E 425 konjac fl-oġġetti ta' l-ikel taħt ċerti kondizzjonijiet.

    (3) Numru ta' Stati Membri u pajjiżi terzi ħadu miżuri għalbiex jissospendu t-tqegħid fis-suq tal-kontenituri żgħar ħafna tal-jelly li jkun fihom l-E 425 konjac minħabb li kkaġunaw l-imwiet ta' numru ta' tfal f'pajjiżi terzi billi jifgaw. Il-Kummissjoni ġiet imgħarrfa b'dawn il-miżuri.

    (4) Uħud mill-fabbrikanti tal-kontenituri ħgħar ħafna tal-jelly jikkonoxxu r-riskju għas-saħħa tal-bniedem billi jwaħħlu twissija fuq il-pakkeġġ ta' l-ikel, fejn jenfasizzaw ir-riskju għat-tfal u għall-persuni anzjani.

    (5) Il-Kummissjoni eżaminat it-tagħrif mogħti mill-Isati Membri flimkien mal-Kumitat Permanenti tal-Katina ta' l-Ikel u s-Saħħa ta' l-Annimali.

    (6) Fuq il-bażi tat-tagħrif ipprovdut minn għand l-Istati Membri li adottaw miżuri fil-livell nazzjonli, jista’ jiġi konkluż illi l-kontenituri żgħar ħafna tal-jelly li jkun fihom l-E 425 konjac jikkostiwixxu riskju li jhedded is-saħħa. B'żieda mal-għamla u d-daqs tagħhom, il-proprjetajiet kimiċi u fiżiċi tal-konjac huma l-kawża illi l-kontenituri żgħar ħafna tal-jelly jikkostiwixxu riskju gravi għas-saħħa tal-bniedem.

    (7) Fil-każ preżenti, twissija permezz tat-tikketta mhux biżżejjed sabiex tipproteġi s-saħħa tal-bniedem, b'mod speċjali fejn jidħlu t-tfal.

    (8) Huma meħtieġa miżuri fil-Komunità kollha għalbiex jipprovdu protezzjoni adegwata għas-saħħa al-bniedem, minħabba d-disparità tal-miżuri meħuda minn uħud mill-Istati Membri u l-fatt li Stati Membri oħra ma ħadu l-ebda miżuri għal kollox.

    (9) Huwa meħtieġ li jiġu sospiżi t-tqegħid fis-suq tal-kontenituri żgħar ħafna tal-jelly li jkun fihom il-konjac u l-użu tal-kontenituri żgħar ħafna tal-jelly u l-importazzjonijiet tal-kontenituri żgħar ħafna tal-jelly li jkun fihom il-jelly sabiex tiġi protetta s-saħħa tal-bniedem. B'żieda ma’ dan, għandu jiġi sospiż kull ħelu ieħor tal-jelly li jkun fih il-konjac u l-użu tal-konjac f'kull prodott minn dan, billi jistgħu jippreżentaw l-istess riskju bħall-kontenituri żgħar ħafna tal-jelly.

    (10) Il-Kummissjoni trid tipproponi lill-Parlament Wwropew u lill-Kunsill emenda għad-Direttiva 95/2/KE dwar l-additivi fl-ikel għajr il-koloranti u l-oġġetti li jagħtu l-ħlewwa sabiex tġi mmodifikata l-awtorizzazzjoni għall-użu ta' l-E 425 konjac f’linja ma’ din id-Deċiżjoni.

    (11) Il-Kummissjoni trid teżamina jekk teżistix il-ħtieġa li tieħu iktar azzjoni sabiex tindirizza r-riskju li dak li jkun jista’ jifga’ li jista’ jeżisti mill-użu ġenerali ta' l-aġenti li jagħmlu l-jelly fil-ħelu tal-jelly u, jekk meħtieġ tiġi bil-proposti approprjati.

    (12) Il-miżuri provvduti f'din id-Deċiżjoni huma b'mod konformi ma’ l-opinjoni tal-Kumitat Permanenti tal-Katina ta' l-Ikel u s-Saħħa ta' l-Annimali,

    ADOTTAT DIN ID-DEĊIŻJONI:

    Artikolu 1

    1. Huwa sospiż it-tqegħid fis-suq tal-ħelu tal-jelly, inklużi l-kontenituri żgħar ħafna li jkun fihom l-E 425: Konjac: (i) il-Konjac pastilja (ii) Il-Konjac glukomannan.

    2. Huwa sospiż l-użu tal-E 425: Konjac: (i) il-Konjac pastilja (ii) il-Konjac glukomannan, fil-ħelu tal-jelly, inklużi l-kontenituri żgħar ħafna tal-jelly.

    3. Huwa sospiż it-tqegħid fis-suq tal-ħelu tal-jelly, inklużi l-kontenituri żgħar ħafna li jkun fihom l-E 425: Konjac: (a) il-Konjac pastilja (11) Il-Konjac glukomannan.

    Artikolu 2

    Din id-Deċiżjoni hija indirizzata lill-Istati Membri.

    Magħmula fi Brussel, fis-27 ta' Marzu 2002.

    Għall-Kummissjoni

    David Byrne

    Membru tal-Kummissjoni

    [1] ĠU L 31, ta' l-1.2.2002, p. 1.

    [2] ĠU L 61, tat-18.3.1995, p. 1.

    --------------------------------------------------

    Top