Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 32001R2493

Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 2493/2001 tad-19 ta' Diċembru 2001 dwar l-eliminazzjoni ta' ċerti prodotti tas-sajd li jkunu ġew irtirati mis-suq

ĠU L 337, 20.12.2001, p. 20–21 (ES, DA, DE, EL, EN, FR, IT, NL, PT, FI, SV)

Dan id-dokument ġie ppubblikat f’edizzjoni(jiet) speċjali (CS, ET, LV, LT, HU, MT, PL, SK, SL, BG, RO, HR)

Legal status of the document No longer in force, Date of end of validity: 31/12/2013; Imħassar b' 32013R1420

ELI: http://data.europa.eu/eli/reg/2001/2493/oj

32001R2493



Official Journal L 337 , 20/12/2001 P. 0020 - 0021


Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 2493/2001

tad-19 ta' Diċembru 2001

dwar l-eliminazzjoni ta' ċerti prodotti tas-sajd li jkunu ġew irtirati mis-suq

IL-KUMMISJONI TAL- KOMUNITAJIET EWROPEJ,

Wara li kkunsidrat it-Trattat li jistabilixxi il-Komunità Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (EC) Nru 104/2000 tas-17 ta' Diċembru 1999 dwar l-organizzazzjoni komuni tas-suq fi prodotti tas-sajd u akwakultura [1], u b'mod partikolari l-Artikoli 17(5) u l-Artikolu 21(8) migjubin fih,

Billi:

(1) Skond ir-Regolament (KE) Nru 104/2000, prodotti tas-sajd irtirati mis-suq mill-organizzazzjonijiet tal-produtturi għandhom jigu eliminati b'mod li ma jfixkilx it-tqegħid fis-suq normali tal-prodotti l-oħra. Jista' jingħata kumpens finanzjarju sakemm il-ħtieġa li l-prodotti jigu eliminati tigi soddisfatta.

(2) Il-miżuri dwar l-istabbilizzazzjoni tas-suq jistgħu jkunu effettivi kollha kemm huma biss jekk il-prodotti rtirati ma jiddaħħlux lura fis-sistema ta' distribuzzjoni normali tat-tqassim ta' dawk il-prodotti. Kull użu li jista', permezz ta' sostituzzjoni, jinfluwenza l-konsum ta' prodotti li ma kienux is-suġġett ta' miżuri ta' stabbilizzazzjoni tas-suq għandu għalhekk jiġi eskluż.

(3) Huwa għalhekk meħtieġ li jigu provduti għażliet għall-eliminazzjoni tal-prodotti rtirati mis-suq li jilħqu r-rekwiżiti u sabiex jigu specifikati l-kondizzjonijiet li bihom dawk l-għażliet ikun jistgħu jintużaw.

(4) Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KEE) Nru 1501/83 tad-9 ta' Ġunju 1983 dwar l-eliminazzjoni ta' ċerti prodotti tas-sajd li kienu s-suġġett ta' miżuri għall-istabbilizzazzjoni tas-suq [2] għandu għalhekk jiġi abrogat u mibdul.

(5) Il-miżuri li għalihom jipprovdi dan ir-Regolament huma skond l-opinjoni tal-Kumitat ta' Amministrazzjoni tal-Prodotti tas-Sajd,

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

1. Il-prodotti tas-sajd irtirati mis-suq mill-organizzazzjonijiet tal-produtturi skond l-Artikolu 17 tar-Regolament (KE) Nru 104/2000 u mhux maħsuba li jkunu eliġġibbli għall-għajnuna li tinġieb 'l quddiem li ssir refernza għaliha fl-Artikolu 23 ta' dak ir-Regolament għandhom jigu eliminati f'wieħed mill-modi li ġejjin:

(a) taħt ir-responsabbiltà ta' l-Istati Membri, imqassma bla ħlas fl-istat naturali għall-konsum tagħhom lill-istituzzjonijiet filantropiċi jew tal-karità stabbiliti fil-Komunità jew lill-peresuni rikonoxxuti mill-leġislazzjoni nazzjonali ta' l-Istat Membru konċernat bħala li għandhom id-dritt għall-għajnuna pubblika;

(b) użati friski jew preżervati għall-għalf ta' l-annimali;

(ċ) użati, wara li jiġu pproċessati fi dqiq għall-għalf ta' l-annimali;

(d) użati bħala lixka;

(e) użati għal għanijiet mhux għall-ikel.

2. Għażliet għall-eliminazzjoni minbarra minn dawk li għalihom jipprovdi l-paragrafu 1 jistgħu jiġu awtorizzati mill-Kummissjoni fuq bażi ad hoc fur talba ta' Stat Membru.

Artikolu 2

1. L-eliminazzjoni tal-prodotti għall-għanijiet indikati fl-Artikolu 1(1)(b), (c), (d) jew (e) għandha tkun bla ħsara għall-kondizzjoni li prodotti ikunu:

(a) proċessati li ma jkunux tajbin għall-konsum uman minnufih wara l-irtirar tagħhom mis-suq;

(b) offruti għall-bejgħ li jkun miftuħ għal kull operatur interessat skond il-prattika konsweta reġjonali jew lokali. Ix-xerrejja għandhom jispeċifikaw l-użu li jintrabtu li jagħmlu mill-prodotti hekk mixtrija.

2. Għandha tinħareġ minnufih fattura jew riċevuta wara l-bejgħ li ssir refernza għalih fil-paragrafu 1, li turi l-identità tal-bejjiegħ u tax-xerrej, l-użu li ser isir minnhom, il-prezz tal-bejgħ u l-kwantitajiet konċernati. Kopja ta' dik il-fattura jew riċevuta għandha tintbagħat mill-organizzazzjoni tal-produtturi lill-awtoritajiet kompetenti ta' l-Istat Membru ta' l-anqas darba kull tlett xhur.

3. Meta l-organizzazzjonijiet tal-produtturi jkunu ssodisfaw lill-Istat Membru konċernat li l-prodotti ma jkunux sabu xerrej mill-offerta għall-bejgħ kif provdut fil-paragrafu 1, il-prodotti għanhom jitpoggew fi stat li ma jkunux jistgħu jintużaw mill-organizzazzjonijiet tal-produtturi taħt il-kontroll ta' l-Istat Membru. Il-kwantitajiet in kwsitjoni għandhom jiġu notifikati mill-organizzazzjonijiet tal-produtturi lill-awtoritajiet kompetenti ta' l-Istat Membru fl-intervalli mniżżla fit-tieni sentenza tal-paragrafu 2.

Artikolu 3

L-Istati Membri għandhom jieħdu l-miżuri kollha addattati biex jipprevjenu u jressqu quddiem il-Qorti kull ksur frawdolenti tas-sistema stabbilita f'dan ir-Regolament. Dawn għandhom jiżguraw li l-prodotti li jigu eliminati ma jintużaw għal xi użu ieħor ħlief dak speċifikat. Kull Stat Membru għandu jinnotifika lill-Kummissjoni mhux aktar tard minn xahar mid-dħul fis-seħħ ta' dan ir-Regolament bil-miżuri meħuda għall-implimentazzjoni tiegħu.

Artikolu 4

Ir-Regolament (KEE) Nru 1501/83 huwa imħassar permezz ta' dan ir-Regolament.

Artikolu 5

Dan ir-Regolament gandħu jidħol fis-seħħ fl-1 tà Jannar 2002.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussel, fid-19 ta' Diċembru 2001.

Għall-Kummissjoni

Franz Fischler

Membru tal-Kummissjoni

[1] ĠU L 17, tal-21.1.2000, p. 22.

[2] ĠU L 152, ta' l-10.6.1983, p. 22.

--------------------------------------------------

Top