This document is an excerpt from the EUR-Lex website
Document 32001L0021
Commission Directive 2001/21/EC of 5 March 2001 amending Annex I to Council Directive 91/414/EEC concerning the placing of plant protection products on the market to include amitrole, diquat, pyridate and thiabendazole as active substances
Id-Direttiva tal-Kummissjoni 2001/21/KE tal-5 ta’ Marzu 2001 li temenda l-Anness mad-Direttiva tal-Kunsill 91/414/KEE li tirrigwarda t-tqegħid fis-suq tal-prodotti għall-protezzjoni tal-pjanti li jinkludu l-amitrol, id-dikwat, il-piridat u t-tijabendazol bħala sustanzi attivi
Id-Direttiva tal-Kummissjoni 2001/21/KE tal-5 ta’ Marzu 2001 li temenda l-Anness mad-Direttiva tal-Kunsill 91/414/KEE li tirrigwarda t-tqegħid fis-suq tal-prodotti għall-protezzjoni tal-pjanti li jinkludu l-amitrol, id-dikwat, il-piridat u t-tijabendazol bħala sustanzi attivi
ĠU L 69, 10.3.2001, p. 17–21
(ES, DA, DE, EL, EN, FR, IT, NL, PT, FI, SV) Dan id-dokument ġie ppubblikat f’edizzjoni(jiet) speċjali
(CS, ET, LV, LT, HU, MT, PL, SK, SL, BG, RO)
No longer in force, Date of end of validity: 13/06/2011
Relation | Act | Comment | Subdivision concerned | From | To |
---|---|---|---|---|---|
Modifies | 31991L0414 | Tlestija | anness | 01/01/2002 |
Official Journal L 069 , 10/03/2001 P. 0017 - 0021
Id-Direttiva tal-Kummissjoni 2001/21/KE tal-5 ta’ Marzu 2001 li temenda l-Anness mad-Direttiva tal-Kunsill 91/414/KEE li tirrigwarda t-tqegħid fis-suq tal-prodotti għall-protezzjoni tal-pjanti li jinkludu l-amitrol, id-dikwat, il-piridat u t-tijabendazol bħala sustanzi attivi IL-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ, Wara li kkunsidrat it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea, Wara li kkunsidrat id-Direttiva tal-Kunsill 91/414/KEE tal-15 ta’ Lulju 2000 li tirrigwarda t-tqegħid fis-suq [1] tal-prodotti għall-protezzjoni tal-pjanti, kif l-aħħar emendata bid-Direttiva tal-Kummissjoni 2001/80/KE [2], u b’mod partikolari l-Artikolu 6(1) tagħha, Billi: (1) Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KEE) Nru 3600/92 tal-11 ta’ Diċembru 1992 li jistabbilixxi regoli dettaljati sabiex jiġi implimentat l-ewwel stadju tal-programm tax-xogħol riferit fl-Artikolu 8(2) tad-Direttiva 91/414/KEE li tirrigwarda t-tqegħid fis-suq tal-prodotti għall-protezzjoni tal-pjanti [3], kif l-aħħar emendat bir-Regolament (KE) Nru 2266/2000 [4], stabbilixxa r-regoli dettaljati sabiex jiġi implimentat l-ewwel stadju tal-programm tax-xogħol riferit fl-Artikolu 8(2) tad-Direttiva 91/414/KEE (minn issa ‘l quddiem imsejħa "id-Direttiva"). Skond dan ir-Regolament, ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 933/94 tas-27 ta’ April 1994 li jistabbilixxi s-sustanzi attivi tal-prodotti għall-protezzjoni tal-pjanti u li jinnomina l-Istat Membru rapporteur sabiex jiġi implimentat ir-Regolament (KEE) Nru 3600/92 [5], kif l-aħħar emendat bir-Regolament (KE) Nru 2230/95 [6], li jistabbilixxi l-lista tas-sustanzi attivi tal-prodotti għall-protezzjoni tal-pjanti li jridu jiġu stmati, bil-ħsieb ta’ l-inklużjoni possibbli tagħhom fl-Anness I mad-Direttiva. (2) Skond l-Artikolu 5(1) tad-Direttiva, sustanza attiva għandha tiġi inkluża fl-Anness I għall-perjodu taż-żmien li ma jaqbiżx l-10 snin jekk jista’ jiġi mistenni illi la l-użu tal-prodotti għall-protezzjoni tal-pjanti li jkun fihom is-sustanza attiva u lanqas il-fdalijiet minnhom ma jkollhom effett ta’ ħsara fuq is-saħħa tal-bniedem jew ta’ l-annimali jew fuq l-ilma ta’ taħt l-art jew kull influwenza mhux aċċettabbli fuq l-ambjent. (3) Għall-amitrol, id-dikwat, il-piridat u t-tijabendazol l-effetti fuq is-saħħa tal-bniedem u l-ambjent ġew stmati skond id-disposizzjonijiet stabbiliti fir-Regolament (KEE) Nru 3600/92 għall-firxa ta’ użu proposti min-notifikaturi rispettivi. Skond ir-Regolament (KEC) Nru 933/94, Franza kienet innominata bħala l-Istat Membru rapporteur għall-amitrol, ir-Renju Unit għad-dikwat, u Spanja għat-tijabendazol. L-Awstrija kienet innominata bħala l-Istat Membru rapporteur għall-piridat skond ir-Regolament (KE) Nru 491/95 [7] li jemenda r-Regolament (KEE) Nru 3600/92 u r-Regolament (KE) Nru 933/94, b’mod partikolari rigward l-integrazzjoni ta’ l-awtoritajiet pubbliċi nnominati u l-produtturi fl-Awstrija, fil-Finlandja u fl-Isvezja fl-implimentazzjoni ta’ l-ewwel stadju tal-programm tax-xogħol riferit fl-Artikolu 8(2) tad-Direttiva. L-Istati Membri rapporteur issottomettew ir-rapport u r-rakkommandazzjoni rilevanti ta’ stima lill-Kummissjoni fit-30 ta’ April 1996 (dwar l-amitrol), fit-2 ta’ April 1996 (dwar id-dikwat), fit-18 ta’ Novembru 1996 (dwar il-piridat) u fit-30 ta’ April 1996 (dwar it-tijabendazol) skond l-Artikolu 7(1)(ċ) tar-Regolament (KEE) Nru 3600/92. (4) Dawn ir-rapporti ta’ stima ġew irriveduti mill-Istati Membru u mill-Kummissjoni ġewwa l-Kumitat Permanenti tas-Saħħa tal-Pjanti. Ir-reviżjonijiet ġew iffinalizzati fit-12 ta’ Diċembru 2000 fil-format tar-rapporti rispettivi ta’ reviżjoni tal-Kummissjoni għall-amitrol, id-dikwat, il-piridat u t-tijabendazol. Jekk ir-rapporti tar-reviżjoni jridu jiġu aġġornati għalbiex iqiegħdu l-iżviluppi tekniċi u xjentifiċi, il-kondizzjonijiet għall-inklużjoni tas-sustanzi interessati fl-Anness I mad-Direttiva jkollhom ukoll il-ħtieġa li jiġu emendati skond id-Direttiva. (5) Id-dossier u t-tagħrif mir-reviżjoni ta’ l-amitrol ġew issottomessi lill-Kumitat Xjentifiku tal-Pjanti għall-konsultazzjoni. Fl-opinjoni tiegħu tas-6 ta’ Ġunju 2000 [8], il-Kumitat ikkonferma l-livell aċċettabbli ta’ l-espożizzjoni għall-operatur u offra l-parir dwar l-interpretazzjoni ta’ l-istudji fuq skond fit-tul fl-annimali li jgerrmu. Ir-rakkomandazzjonijiet ġew meqjusa f’din id-Direttiva u fir-rapport rilevanti ta’ reviżjoni. (6) Id-dossier u t-tagħrif mir-reviżjoni tad-dikwat ġew ukoll issottomessi lill-Kumitat Xjentifiku tal-Pjanti għall-konsultazzjoni. Fl-opinjoni tiegħu tal-5 ta’ April 2000 [9], il-Kumitat offra l-parir dwar l-interpretazzjoni ta’ l-istudji disponibbli fuq ir-riproduzzjoni ta’ l-għasafar, fuq il-potenzjal fuq skond fit-tul ta’ l-effetti tal-fdalijiet marbuta mal-partikoli tal-ħamrija, dwar l-impatt potenzjali fuq l-ambjent tal-kontroll tal-ħaxix tal-baħar, u dwar ċerti aspetti ta’ l-espożizzjoni ta’ l-operatur u tal-konsumatur. Il-Kumitat offra l-interpretazzjoni tiegħu dwar l-istudji disponibbli fuq ir-riproduzzjoni ta’ l-għasafar. Ikkonkluda illi ma kien hemm l-ebda indikazzjoni illi l-fdalijiet fil-ħamrija sejrin ikollhom effetti mhux aċċettabbli. Barra minn dan, il-Kumitat innota illi l-kontroll ta’ l-użi tad-dikwat mill-ħaxix tal-baħar jistgħu joħolqu riskju għoli lill-organiżmi tal-baħar mhux fil-mira u mhix disponibbli informazzjoni biżżejjed għalbiex jiġi muri illi jistgħu jiġu applikati miżuri effiċjenti li jtaffu r-riskju. Rigward l-espożizzjoni ta’ l-operaturi, il-Kumitat ta l-parir illi għandhom jiġu kkunsidrati miżuri għalbiex tiġi llimitata l-espożizzjoni ta’ l-utenti mhux professjonali. Fl-aħħar, il-Kumitat innota li huwa disponibbli tagħrif mhux biżżejjed għalbiex tiġi stmata l-espożizzjoni dijetetiku tal-konsumaturi fejn għandhom x’jaqsmu l-użi bħala dessikant fiċ-ċereali tal-ħabba żgħira. Tqiesu dawn l-opinjonijiet f’din id-Direttiva u fir-rapport rilevanti ta’ reviżjoni. (7) Għall-piridat ukoll, id-dossier u t-tagħrif mir-reviżjoni ġew issottomessi lill-Kumitat Xjentifiku tal-Pjanti għall-konsultazzjoni. Fl-opinjoni tiegħu tas-6 ta’ Ġunju 2000 [10], il-Kumitat ikkonferma l-validità tal-livell aċċettabbli ta’ l-espożizzjoni ta’ l-operaturi magħżul ġewwa l-Kumitat Permanenti tas-Saħħa tal-Pjanti. (8) Għat-tijabendazol ukoll, id-dossier u t-tagħrif mir-reviżjoni ġew issottomessi lill-Kumitat Xjentifiku tal-Pjanti għall-konsultazzjoni. Fl-opinjoni tiegħu tat-22 ta’ Settembru 2000 [11], il-Kumitat ikkonferma illi l-użi maħsuba għal wara l-ħsad tat-tijabendazol rigward il-frott u l-patata ma għandhom joħolqu l-ebda riskju mhux aċċettabbli lill-organiżmi akwatiċi, sakemm jiġu applikati miżuri adegwati tat-taffija. Din ir-rakkomandazzjoni ġiet meqjusa f’din id-Direttiva u fir-rapport rilevanti tar-reviżjoni. (9) Deher mill-eżamijiet varji magħmula illi l-prodotti għall-protezzjoni tal-pjanti li fihom is-sustanzi attivi interessati jistgħu jiġu mistennija li jissodisfaw, b’mod ġenerali, il-ħtiġiet stabbiliti fl-Artikolu 5(1)(a) u (b) tad-Direttiva, b’mod partikolari rigward l-użi li kienu eżaminati u dettaljati fir-rapport ta’ reviżjoni tal-Kummissjoni. Huwa għalhekk approprjat illi jiġu inklużi s-sustanzi interessati fl-Annes I, għalbiex jiġi żgurat illi fl-Istati Membri kollha jkunu jistgħu jiġu konċessi l-awtorizzazzjonijiet għall-prodotti għall-protezzjoni tal-pjanti li jkun fihom is-sustanzi attivi interessati skond id-disposizzjonijiet tad-Direttiva msemmija. (10) L-Artikolu 5(5) tad-Direttiva jipprovdi illi l-inklużjoni ta’ sustanza attiva fl-Annes I tista’ tiġi riveduta f’kull waqt jekk ikun hemm indikazzjonijiet illi l-kriterji għall-inklużjoni ma jibqgħux jitħarsu iktar. Għalhekk, il-Kummissjoni trid tikkunsidra mill-ġdid l-inklużjoni fl-Anness I ta’ l-amitrol jekk ma jkunx ġie ssottomess it-tagħrif addizzjonali mitlub kif indikat fil-punt 7 tar-rapport tar-reviżjoni. (11) Id-Direttiva tipprovdi illi wara l-inklużjoni ta’ kull sustanza attiva fl-Anness I, l-Istati Membri jridu, fil-perjodu ta’ żmien stabbilit, jagħtu, ivarjaw jew jirtiraw, skond kif approprjat, l-awtorizzazzjonijiet għall-prodotti għall-protezzjoni tal-pjanti li jkun fihom is-sustanza attiva. B’mod partikolari, il-prodotti għall-protezzjoni tal-pjanti ma għandhomx jiġu awtorizzati sakemm ma jkunux tqiesu l-kondizzjonijiet assoċjati ma’ l-inklużjoni tas-sustanza fl-Anness I u l-prinċipji uniformi stabiliti fid-Direttiva fuq il-bażi ta’ dossier li jkun jissodisfa l-ħtiġiet stabbiliti ta’ l-informazzjoni. (12) Irid jiġi pprovdut perjodu raġjonevoli taż-żmien qabel ma tiġi inkluża sustanza attiva fl-Anness I sabiex jippermetti lill-Istati Membri u lill-partijiet interessati li jħejju lilhom infushom għalbiex jikkonformaw mal-ħtiġiet il-ġodda li jirriżultaw minn din l-inklużjoni. Barra minn hekk, wara l-inklużjoni, huwa meħtieġ perjodu raġjonevoli taż-żmien sabiex jippermetti lill-Istati Membri li jimplimentaw id-disposizzjonijiet tad-Direttiva dwar il-prodotti għall-protezzjoni tal-pjanti li jkun fihom l-amitrol, id-dikwat, il-piridat jew it-tijabendazol. B’mod partikolari, l-Istati Membri jridu, f’dan il-perijodu taż-żmien, jirrevedu l-awtorizzazzjonijiet esiżtenti u, fejn approprjat, jagħtu awtorizzazzjonijiet ġodda skond id-disposizzjonijiet tad-Direttiva. Għandu jiġi pprovdut perjodu itwal taż-żmien għas-sottomissjoni u l-istima tad-dossier kompletat dwar kull prodott għall-protezzjoni tal-pjanti skond il-prinċipji uniformi stabbiliti fid-Direttiva. Għall-prodotti għall-protezzjoni tal-pjanti li jkun fihom numru ta’ sustanzi attivi, l-evalwazzjoni kkompletata fuq il-bażi tal-prinċipji uniformi tista’ titwettaq biss meta s-sustanzi attivi kollha interessati jkunu ġew inklużi fl-Anness I mad-Direttiva. (13) Huwa approprjat li jiġi pprovdut illi r-rapporti finalizzati tar-reviżjoni (għajr għat-tagħrif kunfidenzjali) jinżammu disponibbli jew jintgħamlu disponibbli mill-Istati Membri għall-konsultazzjoni minn kull parti interessata. (14) Ir-rapporti tar-reviżjoni huma meħtieġa għall-implimentazzjoni xierqa mill-Istati Membri, ta’ numru ta’ taqsimiet tal-prinċipji uniformi stabbiliti fid-Direttiva, fejn dawn il-prinċipji jirreferu għall-evalwazzjoni ta’ l-informazzjoni li tkun ġiet issottomessa bil-għan li jiġu inklużi s-sustanzi attivi fl-Anness I mad-Direttiva. (15) Il-miżuri pprovduti f’din id-Direttiva huma skond l-opinjoni tal-Kumitat Permanenti tas-Saħħa tal-Pjanti mogħtija fit-12 ta’ Diċembru 2000, ADOTTAT DIN ID-DIRETTIVA: Artikolu 1 L-Anness I li jinsab mad-Direttiva 91/414 huwa emendati kif iddikjarat fl-Anness din id-Direttiva. Artikolu 2 1. L-Istati Membri għandhom idaħħlu fis-seħħ il-liġijiet, ir-regolamenti u d-disposizzjonijiet amministrattivi meħtieġa sabiex jikkonformaw ma’ din id-Direttiva l-aktar tard sa l-1 ta’ Lulju 2002. Għandhom jgħarrfu minnufih b’dan lill-Kummissjoni. B’mod partikolari għandhom, skond id-Direttiva 91/414/KEE, fejn meħtieġ, jemendaw jew jirtiraw l-awtorizzazzjonijiet eżistenti tal-prodotti għall-protezzjoni tal-pjanti li jkun fihom l-amitrol, id-dikwat, il-piridat jew it-tijabendazol bħala sustanzi attivi sa din id-data. Fejn l-Istati Membri jadottaw dawn id-disposizzjonijiet, għandu jkun fihom referenza għal din id-Direttiva jew għandhom ikunu akkumpanjati b’din ir-referenza fl-okkazzjoni tal-pubblikazzjoni uffiċjali tagħhom. L-Istati Membri għandhom jistabbilixxu kif trid issir din ir-referenza. 2. Rigward l-evalwazzjoni u t-teħid tad-deċiżjonijiet skond il-prinċipji uniformi pprovduti fl-Anness VI mad-Direttiva 91/414/KEE, fuq il-bażi ta’ dossier li jissodisfa l-ħtiġiet ta’ l-Anness III ta’ magħha, it-temma taż-żmien għall-emendi jew l-irtirar ta’ l-awtorizzazzjonijiet tal-prodotti għall-protezzjoni tal-pjanti li jkun fihom l-amitrol, id-dikwat, il-piridat jew t-tijabendazol bħala s-sustanza attiva waħdiena għandha tkun l-1 ta’ Jannar 2006. 3. Għall-prodotti għall-protezzjoni tal-pjanti li jkun fihom l-amitrol, id-dikwat, il-piridat jew it-tijabendazol flimkien ma’ sustanza attiva oħra li hija fl-Anness I mad-Direttiva 91/414/KEE, il-perjodu taż-żmien għall-emenda jew l-irtirar ta’ l-awtorizzazzjonijiet għandu jiskadi erba’ snin wara d-dħul fis-seħħ tad-Direttiva li tkun emendat l-Anness I għalbiex jiżdied magħha l-aħħar minn dawn is-sustanzi. 4. L-Istati Membri għandhom iżommu disponibbli r-rapporti tar-reviżjoni għall-amitrol, id-dikwat, il-piridat u t-tijabendazol (għajr għat-tagħrif kunfidenzjali skond it-tifsira ta’ l-Artikolu 14 tad-Direttiva 91/414/KEE) għall-konsultazzjoni mill-partijiet interessati kollha jew għandhom jagħmluhom disponibbli lilhom fuq talba speċifika. 5. L-Istati Membri għandhom jgħarrfu lill-Kummissjoni jekk it-tagħrif addizzjonali mitlub imsemmi fil-punt 7 tar-rapport tar-reviżjoni għall-amitrol ma jkunx ġie ssottomess sa l-1 ta’ Jannar 2002. F’dan il-każ il-Kummissjoni trid tikkunsidra mill-ġdid l-inklużjoni ta’ l-amitrol fl-Anness I mad-Direttiva 91/414/KEE. Artikolu 3 Din id-Direttiva għandha tidħol fis-seħħ fl-1 ta’ Jannar 2002. Artikolu 4 Din id-Direttiva hija indirizzata lill-Istati Membri. Magħmula fi Brussel, fil-5 ta’ Marzu 2001. Għall-Kummissjoni David Byrne Membru tal-Kummissjoni [1] ĠU L 230, tad-19.8.1991, p. 1 [2] ĠU L 309, tad-9.12.2000, p. 14 [3] ĠU L 366, tal-15.12.1992, p. 10 [4] ĠU L 259, tat-13.10.2000, p. 27 [5] ĠU L 107, tat-28.4.1994, p. 8 [6] ĠU L 225, tat-22.9.1995, p. 1 [7] ĠU L 49, ta’ l-4.3.1995, p. 50 [8] Kumitat Xjentifiku dwar il-Pjanti SCP/AMITR/002 finali [9] Kumitat Xjentifiku dwar il-Pjanti SCP/DIQUAT/002 finali [10] Kumitat Xjentifiku dwar il-Pjanti SCP/PYRID/002 finali [11] Kumitat Xjentifiku dwar il-Pjanti SCP/THIABEN/002 finali -------------------------------------------------- ANNESS Id-dħul li ġejjin (innumerati 14 sa 17) għandhom jiġu miżjudu fl-aħħar tat-tabella fl-Anness I mad-Direttiva 91/414/KE: In-Nru: | L-Isem komuni in-numri ta' l-identifikazzjoni | L-Isem ta' l-IUPAC | Is-safa | Id-Dħul fis-seħħ | L-iskadenza ta' l-inklużjoni | Disposizzjonijiet speċifiċi | 14 | L-Amitrol In-Numru tal-CAS 61-82-5 In-Numru tas-CIPAC 90 | H-ġ1,2,4ħ-triazole-3-ylamine | 900 g/kg | ta' l- 1.1.2002 | tal-31.12.2011 | Jistgħu jiġu awtorizzati użi biss bħala erbiċidi Għall-implimentazzjoni tal-prinċipji uniformi ta' l-Anness VI, għandhom jitqiesu l-konklużjonijiet tar-rapport ta' reviżjoni dwar l-amitrol, u b'mod partikolari l-Appendiċi I U II li jinsabu miegħu, kif iffinalizzati fil-Kumitat Permanenti tas-Saħħa tal-Pjanti fit-12 ta' Diċembru 2000. F'din l-istima ġenerali l-Istati Membri: iridu jagħtu attenzjoni partikolari għall-protezzjoni ta' l-operaturiiridu jagħtu attenzjoni partikolari għall-protezzjoni ta' l-ilma ta' taħt l-art f'erji vulnerabbli, b'mod partikolari rigward l-użi mhux għall-uċuħ tar-raba'iridu jagħtu attenzjoni partikolari għall-protezzjoni ta' antropodi ta' benefiċċjuiridu jagħtu attenzjoni partikolari għall-protezzjoni ta' l-għasafar u l-mammiferi selvaġġi. L-użu ta' l-amitrol matul l-istaġun tat-tagħmir jista' biss jiġi awtorizzat fejn stima addattata tar-riskji turi illi ma jeżisti l-ebda impatt mhux aċċettabbli u fejn il-kondizzjonijiet ta' l-awtorizzazzjoni jinkludu, fejn approprjat miżuri għat-taffija tar-riskji | 15 | Id-Dikwat CAS Nru 2764-72-9 (ion), 85-00-7 (dibromide) In-Numru tas-CIPAC 55 | 9,10-Dihydro-8a,10a-diazonia-phenanthrene ion (dibromide) | 950 g/kg | ta' l- 1.1.2002 | tal-31.12.2011 | Fuq il-bażi tat-tagħrif disponibbli korrentement, jistgħu jiġu awtorizzati użi biss bħala erbiċida terrestri u dessikanti. Ma għandhomx jiġu awtorizzati użi fil-kontroll tal-ħaxix ta' ilma. Għall-implimentazzjoni tal-prinċipji uniformi ta' l-Anness VI, għandhom jitqiesu l-konklużjonijiet tar-rapport tar-reviżjoni dwar id-dikwat, u b'mod partikolari l-Appendiċi I U II ta' miegħu, kif iffinalizzati fil-Kumitat Permanenti tas-Saħħa tal-Pjanti fit-12 ta' Diċembru 2000. F'din l-istima ġenerali l-Istati Membri: iridu jagħtu attenzjoni partikolari għall-impatt potenzjali fuq organiżmi akwatiċi u iridu jiżguraw illi l-kondizzjonijiet ta' l-awtorizzazzjoni jinkludu, fejn approprjat, miżuri tat-taffija tar-riskjiiridu jagħtu attenzjoni partikolari għas-sigurtà ta' l-operaturi fejn għandha x'taqsam ma' l-użu mhux professjonali u jridu jiżguraw illi l-kondizzjonijiet ta' l-awtorizzazzjoni jinkludu, fejn approprjat, miżuri tat-taffija tar-riskji | 16 | Il-Piridat In-Numru tal-CAS 55512-33.9 In-Numru tas-CIPAC 447 | 6-Chloro-3-phenylpyridazin-4-yl S- octyl thiocarbonate | 900 g/kg | ta' l- 1.1.2002 | tal-31.12.2011 | Jistgħu jiġu awtorizzati użi biss bħala erbiċidi Għall-implimentazzjoni tal-prinċipji uniformi ta' l-Anness VI, iridu jitqiesu l-konklużjonijiet tar-rapport ta' reviżjoni dwar il-piridat, u b'mod partikolari l-Appendiċi I U II li jinsabu miegħu, kif iffinalizzati fil-Kumitat Permanenti tas-Saħħa tal-Pjanti fit-12 ta' Diċembru 2000. F'din l-istima ġenerali l-Istati Membri: iridu jagħtu attenzjoni partikolari għall-protezzjoni ta' l-ilma ta' taħt l-artgħandhom jagħtu attenzjoni partikolari għall-impatt potenzjali fuq organiżmi akwatiċi u jridu jiżguraw illi l-kondizzjonijiet ta' l-awtorizzazzjoni jinkludu, fejn approprjat, miżuri tat-taffija tar-riskji | 17 | It-Tijabendazol In-Numru tal-CAS 148-79-8 CIPAC Nru 323 | 2-Thiazol-4-yl-1H-benzimidazole | 985 g/kg | ta' l- 1.1.2002 | tal-31.12.2011 | Jistgħu jiġu awtorizzati użi biss bħala funġiċidii Ma għandhomx jiġu awtorizati applikazzjonijiet għall-bexx tal-weraq. Għall-implimentazzjoni tal-prinċipji uniformi ta' l-Anness VI, il-konklużjonijiet tar-rapport ta' reviżjoni dwar thiabendazole, u b'mod partikolari l-Appendiċi I u II li jinsabu miegħu, kif iffinalizzati fil-Kumitat Permanenti dwar is-Saħħa tal-Pjanti fit-12 ta' Diċembru 2000 għandu jingħata kont tiegħu. F'din l-istima ġenerali l-Istati Membri: iridu jagħtu attenzjoni partikolari għall-protezzjoni ta' l-abitazzjoni ta' l-organiżmi akwatiċi u tas-sediment, u għandhom jiżguraw illi l-kondizzjonijiet ta' l-awtorizzazzjoni jinkludu, fejn approprjat, miżuri tat-taffija tar-riskjiIridu jiġu implimentati l-miżuri addattati tat-taffija tar-riskji (p.e. it-tneħħija tas-safa bil-ħamrija dijatomika jew il-karbonju attivat) sabiex jipproteġu l-ilma tal-wiċċ minn livelli mhux aċċettabli ta'' kontaminazzjoni permezz ta' l-ilma mormi | --------------------------------------------------