EUR-Lex Access to European Union law

Back to EUR-Lex homepage

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 32001L0010

Id-Direttiva tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill 2001/10/KE tat-22 ta’ Mejju 2001 li temenda d-Direttiva tal-Kunsill 91/68/KEE għal dak li jirrigwarda scrapie

ĠU L 147, 31.5.2001, p. 41–41 (ES, DA, DE, EL, EN, FR, IT, NL, PT, FI, SV)

Dan id-dokument ġie ppubblikat f’edizzjoni(jiet) speċjali (CS, ET, LV, LT, HU, MT, PL, SK, SL, BG, RO, HR)

Legal status of the document No longer in force, Date of end of validity: 20/04/2021; Impliċitament imħassar minn 32016R0429

ELI: http://data.europa.eu/eli/dir/2001/10/oj

32001L0010



Official Journal L 147 , 31/05/2001 P. 0041 - 0041


Id-Direttiva tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill 2001/10/KE

tat-22 ta’ Mejju 2001

li temenda d-Direttiva tal-Kunsill 91/68/KEE għal dak li jirrigwarda scrapie

Il-PARLAMENT EWROPEW U L-KUNSILL TA’ L-UNJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidraw it-Trattat li jistabilixxi l-Komunità Ewropea, u partikolarment Artikolu 152(4)(b) tiegħu,

Wara li kkundraw il-proposta mill-Kummissjoni [1]

Wara li kunsidraw l-opinjoni tal-Kumitat Ekonomiku u Soċjali [2],

Wara li kkonsultaw lill-Kumitat tar-Reġjuni,

Billi jaġixxu bi qbil mal-proċedura stabbilità f’Artikolu 251 tat-Trattat [3],

Billi:

(1) Il-kondizzjonijiet tas-saħħa ta’ l-annimali għall-scrapie, li jkopru t-tpoġġija fis-suq ta’ l-annimali, jinstabu fid-Direttiva tal-Kunsill 91/68/KEE tat-28 ta’ Jannar 1991 dwar il-kondizzjonijiet tas-saħħa ta’ l-annimali li jirregolaw il-kummerċ intra-Komunitarju f’annimali tar-razez tan-nagħaġ u tal-mogħoż [4].

(2) Il-Kummissjoni akwistat l-opinjonijiet xjentifiċi, partikolarment tal-Kumitat ta’ Ġestjoni Xjentifika, dwar l-aspetti diversi ta’ l-isponġiform encephalopathies trasmessibbli (SET). Ir-regoli stabbiliti fid-Direttiva 91/68/KEE għandhom ikunu rriveduti fid-dawl ta’ dawk l-opinjonijiet.

(3) Dispożizzjonijiet għandhom ikunu stabbiliti għall-materji kollha li jikonċernaw is-SET li japplikaw, partikolarment, għall-produzzjoni w tpoġġija fis-suq ta’ l-annimali ħajjin u l-prodotti ta’ l-oriġini mill-annimali msemmija f’Artikolu 1(1) tar-regolament (KE) Nru 999/2001 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-22 ta’ Mejju 2001 li jistabbilixxi r-regoli għall-prevenzjoni, kontroll u qerda ta’ ċerti sponġiformi encephalopathies trasmissibli [5].

(4) Din id-Direttiva tikkonċerna direttament is-saħħa pubblika u tirrigwardja l-operat tas-suq intern. Huwa konsegwentement xieraq li Artikolu 152(4)(b) tat-Trattat ikun meqjus bħala l-bażi legali li jittieħed Artikolu 152(4)(b) tat-Trattat bħala l-bażi legali. għall-adattament tar-regoli għall-prevenzjoni u l-kontroll ta’ ċerti sponġiformi encephalopathies trasmissibli

(5) Id-Direttiva 91/68/KEE għandha għalhekk tkun emendata kif meħtieġ,

ADOTTAW DIN ID-DIRETTIVA:

Artikolu 1

Id-Direttiva 91/68/KEE hija emendata kif ġej:

1. F’Artikolu 2(7), "kif elenkata taħt is-Sezzjonijiet I u II ta’ l- l-Anness B" għandha tkun mibdula bi "kif elenkata taħt is-Sezzjoni I ta’ Anness B".

2. Artikolu 6(b) għandu jkun imħassar.

3. F’Artikolu 7(1), "imsemmija f’Anness B, is-Sezzjonijiet II u III" għandu jkun mibdul bi "imsemmija f’Anness B, is-Sezzjoni III".

4. F’Artikolu 8(1), "elenkata f’Anness B, is-Sezzjonijiet II u III" għandu tkun mibdul bi "elenkata f’Anness B, is-Sezzjoni III".

5. Sezzjoni II t’Anness B għandha tkun imħassra.

Artikolu 2

1. L-Istati Membri għandhom idaħħal fis-seħħ il-liġijiet, ir-regolamenti u d-dispożizzjonijiet amministrattivi meħtieħa sabiex ikunu konformi ma din id-Direttiva mhux aktar tard mit-30 ta’ Ġunju 2001. Huma għandhom jinfurmaw immedjatament b’dan lill-Kummissjoni.

Huma għandhom japplikaw dawn id-dispożizzjonijiet mill-1 ta’ Lulju 2001.

Meta L-Istati Membri jadotta dawn il-miżuri, dawn għandhom ikollhom referenza għal din id-Direttiva jew ikunu akkompanjata minn referenza bħal din fl-okkażjoni tal-pubblikazzjoni uffiċjali tagħhom. Il-metodi li bihom isiru dawn ir-referenzi għandhom ikunu stabbiliti mill-Istati Membri.

2. L-Istati Membri għandhom jikkomunikaw lejn il-Kummissjoni d-dispożizzjonijiet tal-liġi domestika li huma jadottaw fil-qasam irregolat minn din id-Direttiva. Il-Kummissjoni għandha tinforma lill-Istati Membri l-oħra dwarhom.

Artikolu 3

Din id-Direttiva għandha tidħol fis-seħħ fl-20 jum ta’ wara l-pubblikazzjoni tagħha fil-Ġurnal Uffiċjali tal-Komunitajiet Ewropej.

Artikolu 4

Din id-Direttiva hija indirizzata lill-Istati Membri

Magħmula fi Brussel, fit-22 ta’ Mejju 2001.

Għall-Parlament Ewropew

N. Fontaine

Il-President

Għall-Kunsill

M. Winberg

Il-President

[1] ĠU C 45, tad-19.2.1999, p. 33.

[2] ĠU C 258, ta’ l-10.9.1999, p. 19.

[3] L-Opinjoni tal-Parlament Ewropew tas-16 ta’ Frar 2000 (ĠU C 339, tad-29.11.2000, p. 128) u d-Deċiżjoni tal-Kunsill tat-12 ta’ Frar 2001

[4] ĠU L 46, tad-19.2.1991, 19: Id-Direttiva kif l-aħħar emendata bid-Deċiżjoni 94/953/KE (ĠU L 371, tal-31.12.1994, p. 14) Kumissjoni 94/953/KE (OJ L 371, tal-31.12.1994, p.14)

[5] Ara l-paġna 1 ta’ dan il-Ġurnal Uffiċjali.

--------------------------------------------------

Top