Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 32001D0420

    Id-Deċiżjoni tal-Kunsill tat-28 ta' Mejju 2001 dwar l-addattament tal-Partijiet V u VI u l-Anness 13 ta' l-Istruzzjonijiet Konsulari Komuni dwar il-Viżi u l-Anness 6(a) tal-Manwal Komuni rigward il-viżi għal waqfien fit-tul validi fl-istess ħin bħala viżi għal waqfien fil-qosor

    ĠU L 150, 6.6.2001, p. 47–48 (ES, DA, DE, EL, EN, FR, IT, NL, PT, FI, SV)

    Dan id-dokument ġie ppubblikat f’edizzjoni(jiet) speċjali (CS, ET, LV, LT, HU, MT, PL, SK, SL, BG, RO, HR)

    Legal status of the document No longer in force, Date of end of validity: 04/04/2010; Impliċitament imħassar minn 32009R0810

    ELI: http://data.europa.eu/eli/dec/2001/420/oj

    32001D0420



    Official Journal L 150 , 06/06/2001 P. 0047 - 0048


    Id-Deċiżjoni tal-Kunsill

    tat-28 ta' Mejju 2001

    dwar l-addattament tal-Partijiet V u VI u l-Anness 13 ta' l-Istruzzjonijiet Konsulari Komuni dwar il-Viżi u l-Anness 6(a) tal-Manwal Komuni rigward il-viżi għal waqfien fit-tul validi fl-istess ħin bħala viżi għal waqfien fil-qosor

    (2001/420/KE)

    IL-KUNSILL TA' L-UNJONI EWROPEA,

    Wara li kkunsidra r-Regolament (KE) Nru 789/2001 ta' l-24 ta' April 2001 li jirriseva lill-Kunsill il-poteri ta' l-implimentazzjoni rigward ċerti disposizzjonijiet iddettaljati u proċeduri prattiċi fl-eżaminazzjoni ta' l-applikazzjonijiet għal viżi [1],

    Wara li kkunsidra r-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 790/2001/KE ta' l-24 ta' April 2001 li jirriserva lill-Kummisjoni l-poteri ta' l-implimentazzjoni rigward ċerti disposizzjonijiet iddettaljati u proċeduri prattiċi sabiex jitwettqu l-kontrolli u s-sorveljanza fuq il-fruntieri [2],

    Wara li kkunsidra l-inizjattiva tar-Repubblika Franċiża,

    Billi:

    (1) Huwa meħtieġ li jiġu addattati l-Istruzzjonijiet Konsulari Komuni dwar il-Viżi u l-Manwal Komuni sabiex jiffaċilitaw l-applikazzjoni tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1091/2001 tat-28 ta' Mejju 2001 dwar il-libertà tal-moviment b'viża għal waqfien fit-tul [3].

    (2) Din id-Deċiżjoni tibni fuq l-acquis ta' Schengen, skond il-Protokoll li jintegrah fil-kwadru ta' l-Unjoni Ewropea, kif stabbilit bl-Anness A mad-Deċiżjoni tal-Kunsill 1999/435/KE tal-20 ta' Mejju 1999 li tirrigwarda d-definizzjoni ta' l-acquis ta' Schengen bil-għan li tistabbilixxi, skond id-disposizzjonijiet rilevanti tat-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea u t-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea, il-bażi legali għal kull waħda mid-disposizzjonijiet jew deċiżjonijiet li jikkostitwixxu l-acquis [4].

    (3) Skond l-Artikoli 1 u 2 tal-Protokoll dwar il-pożizzjoni tad-Danimarka anness mat-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea u t-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea, id-Danimarka mhix tieħu sehem fl-adozzjoni ta' dan l-istrument u għalhekk mhix marbuta bih jew bla ħsara għall-applikazzjoni tiegħu. Mogħti illi din id-Deċiżjoni timmira li tibni fuq l-acquis ta' Schengen skond id-disposizzjonijiet tat-Titolu IV tat-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea, id-Danimarka għandha, skond l-Artikolu 5 tal-Protokoll imsemmi, tiddeċiedi f'perjodu taż-żmien ta' sitt xhur wara li l-Kunsill ikun adotta din id-Deċiżjoni jekk tittrasponihx fil-liġijiet nazzjonali tagħha.

    (4) Rigward ir-Repubblika ta' l-Islanda u r-Renju tan-Norveġja, din id-Deċiżjoni tikkostitwixxi żvilupp ta' l-acquis ta' Schengen fit-tifsira tal-Ftehim konkluż fit-18 ta' Mejju 1999 mill-Kunsill ta' l-Unjoni Ewropea u dawn iż-żewġ Stati [5].

    (5) Skond l-Artikolu 1 tal-Protokoll dwar il-pożizzjoni tar-Renju Unit u ta' l-Irlanda anness mat-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea u t-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea, l-Irlanda u r-Renju Unit mhumiex qegħdin jipparteċipaw fl-adozzjoni ta' din id-Deċiżjoni. B'konsegwenza ta' dan, u mingħajr preġuidizzju għad-disposizzjonijiet riferiti fl-Artikolu 1 tal-Protokoll, id-disposizzjonijiet ta' din id-Deċiżjoni la japplikaw għall-Irlanda u lanqas għar-Renju Unit,

    ADOTTA DIN ID-DEĊIŻJONI:

    Artikolu 1

    It-tielet subparagrafu tat-taqsima 2.3 tal-PartiV ta' l-Istruzzjonijiet Konsulari Komuni dwar il-Viżi għandu jiġi mibdul b'li ġej:

    "Fil-każijiet fejn l-applikanti jidħlu fil-kategoriji elenkati fl-Anness 5B bla ħsara għall-konsultazzjoni ma' awtorità ċentrali - tal-Ministeru ta' l-Affarijiet Barranin jew ta' korp ieħor - (l-Artikolu 17(2) tal-Kovenzjoni), għandhom jinħarġu viżi uniformi u viżi għal waqfien fit-tul validi fl-istess ħin bħala viżi għal waqfien fil-qosor skond il-proċedura deskritta fil-qosor hawn taħt."

    Artikolu 2

    Il-Parti VI ta' l-Istruzzjonijiet Konsulari Komuni dwar il-viżi hija hawnhekk emendata kif ġej:

    1. Fit-tieni subparagrafu tat-taqsima 1.1, l-intestatura "valida għal":

    (a) il-kliem tad-dħul għandu jiġi mibdul b'dan li ġej:

    "Din l-intestatura tista' tiġi kkompletata biss f'waħda mill-erba' manjieri li ġejjin:"

    (b) għandu jiżdied dan li ġej:

    "(d) l-Istat ta' Schengen (bl-użu ta' l-abbrevjazzjonijiet fil-(b)) li jkun ħareġ il-viża nazzjonali għal waqfien fit-tul + l-Istati ta' Schengen:";

    (ċ) Għandu jiddaħħal dan li ġej bħala t-tielet inċiż:

    "— Meta jintuża sticker sabiex tinħareġ viża għal waqfien fit-tul fl-istess ħin bħala viża uniformi għal waqfien fil-qosor għal perjodu massimu taż-żmien ta' tliet xhur mid-data tal-bidu tal-validità tagħha, din l-intestatura trid timtela mill-Istat Membru li jkun ħareġ il-viża nazzjoni tal-waqfien fit-tul, segwita minn "l-Istati ta' Schengen";";

    2. Dan li ġej għandu jiżdied ma' l-ewwel subparagrafu tal-paragrafu 1.7, l-intestatura

    "it-tip tal-viża"

    :

    "D + Ċ: il-viża nazzjonali għal waqfien fit-tul fl-istess ħin bħala viża ta' waqfa fil-qosor".

    Artikolu 3

    Għandu jiġi miżjud eżempju kif iddikjarat fl-Anness ma' din id-Deċiżjoni, tal-metodu dwar il-mili ta' l-isticker tal-viża sabiex tinħareġ viża nazzjonali għal waqfien fit-tul valida fl-istess ħin bħala viża uniformi għal waqfien fil-qosor ma' l-Anness 13 ta' l-Istruzzjonijiet Konsulari Komuni dwar il-Viżi u ma' l-Anness 6(a) tal-Manwal Komuni.

    Artikolu 4

    Din id-Deċiżjoni għandha tibda tapplika mill-15 ta' Ġunju 2001.

    Artikolu 5

    Din id-Deċiżjoni hija indirizzata lill-Istati Membri skond it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea.

    Magħmula fi Brussel, fit-28 ta' Mejju 2001.

    Għall-Kunsill

    Il-President

    T. Bodström

    [1] ĠU L 116, tas-26.4.2001, p. 2.

    [2] ĠU L 116, tas-26.4.2001, p. 5.

    [3] ĠU L 150, tas-6.6.2001, p. 4.

    [4] ĠU L 176, ta' l-10.7.1999, p. 1.

    [5] ĠU L 176, ta' l-10.7.1999, p. 36.

    --------------------------------------------------

    L-ANNESS

    IL-VIŻA NAZZJONALI GĦAL WAQFIEN FIT-TUL VALIDA FL-ISTESS ĦIN BĦALA VIŻA GĦAL WAQFIEN QASIR

    L-EŻEMPJU 15

    - F'da il-każ, l-intestatura "VALIDA GĦAL" għandha timtela bil-kodiċi tal-pajjiż li jkun ħareġ il-viża għal waqfien fit-tul + il-kliem "l-Istati ta' Schengen".

    - Dan l-eżempju juri viża nazzjonali għal waqfien fit-tul maħruġa minn Franza u valida fl-istess ħin bħala viża uniformi għal waqfien qasir.

    - Viża għal waqfien fit-tul valid fl-istess ħin bħala viża ta' waqfa qasira jkollha l-kodiċi ta' l-identifikazzjoni D + Ċ.

    --------------------------------------------------

    Top