Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 32001D0329

Id-deċiżjoni tal-Kunsill ta' l-24 ta' April 2001 li taġġorna l-parti VI u l-Annessi 3, 6 u 13 ta' l-Istruzzjonijiet Konsulari Komuni u l-Annessi 5(a), 6(a) u 8 tal-Manwal Komuni

ĠU L 116, 26.4.2001, p. 32–34 (ES, DA, DE, EL, EN, FR, IT, NL, PT, FI, SV)

Dan id-dokument ġie ppubblikat f’edizzjoni(jiet) speċjali (CS, ET, LV, LT, HU, MT, PL, SK, SL, BG, RO, HR)

Legal status of the document No longer in force, Date of end of validity: 04/04/2010; Impliċitament imħassar minn 32009R0810

ELI: http://data.europa.eu/eli/dec/2001/329/oj

32001D0329



Official Journal L 116 , 26/04/2001 P. 0032 - 0034


Id-Deċiżjoni tal-Kunsill

ta' l-24 ta' April 2001

li taġġorna l-parti VI u l-Annessi 3, 6 u 13 ta' l-Istruzzjonijiet Konsulari Komuni u l-Annessi 5(a), 6(a) u 8 tal-Manwal Komuni

(2001/329/KE)

IL-KUNSILL TA' L-UNJONI EWROPEA

Wara li kkunsidra r-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 789/2001 ta' l-24 ta' April 2001 li jirriserva l-poteri ta' l-implimentazzjoni tal-Kunsill rigward ċerti disposizzjonijiet iddettaljati u proċeduri prattiċi għall-eżami ta' l-applikazzjonijiet għall-viża [1],

Wara li kkunsidra l-Artikolu 4 tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 790/2001 ta' l-24 ta' April 2001 li jirriserva lill-Kunsill il-poteri ta' l-implimentazzjoni rigward ċerti disposizzjonijiet iddettaljati u proċeduri prattiċi sabiex jitwettqi l-kontrolli u s-sorveljanza fuq il-fruntieri [2],

Wara li kkunsidra l-inizjattiva ta' l-Isvezja,

Billi:

(1) Barra d-Deċiżjoni tal-Kunsill 2000/777/KE ta' l-1 ta' Diċembru 2000 dwar l-applikazzjoni ta' l-acquis ta' Schengen fid-Danimarka, il-Finlandja u l-Isvezja, u fl-Islanda u n-Norveġja [3], huwa meħtieġ li jiġu aġġornati l-Parti VI u l-Annessi 3, 6 u 13 ta' l-Istruzzjonijiet Konsulari Komuni dwar il-Viżi għall-missjonijiet diplomatiċi u l-postijiet konsulari (CCI) [4] u l-Annessi 5(a), 6(a) u 8 tal-Manwal Komuni (CM)

(2) Dan l-istrument jibni fuq l-acquis ta' Schengen, skond il-Protokoll li jintegrah fil-kwadru ta' l-Unjoni Ewropea, kif stabbilit bl-Anness A mad-Deċiżjoni tal-Kunsill 1999/435/KE ta' l-20 ta' Mejju 1999 li tirrigwarda d-definizzjoni ta' l-acquis ta' Schengen bil-għan li tistabbilixxi, skond id-disposizzjonijiet rilevanti tat-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea u t-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea, il-bażi legali għal kull waħda mid-disposizzjonijiet jew id-deċiżjonijiet li jikkostitwixxu l-acquis [5].

(3) Skond l-Artikoli 1 u 2 tal-Protokoll dwar il-pożizzjoni tad-Danimarka anness mat-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea u t-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea, id-Danimarka mhix tieħu sehem fl-adozzjoni ta' dan l-istrument u għalhekk mhix marbuta bih jew bla ħsara għall-applikazzjoni tiegħu. Mogħti illi dan l-istrument jimmira li jibni fuq l-acquis ta' Schengen skond id-disposizzjonijiet tat-Titolu IV tat-Trattat li jistabbilixi l-Komunità Ewropea, skond l-Artikolu 5 tal-Protokoll imsemmi, id-Danimarka għandha tiddeċedi f'perjodu taż-żmien ta' sitt xhur wara li l-Kunsill ikun adotta dan l-istrument jekk tittrasponihx fil-liġijiet nazzjonali tagħha.

(4) Rigward ir-Repubblika ta' l-Islanda u r-Renju tan-Norveġja, dan l-istrument jikkostitwixxi żvilupp ta' l-acquis ta' Schengen fit-tifsira tal-Ftehim konkluż fit-18 ta' Mejju 1999 mill-Kunsill ta' l-Unjoni Ewropea u dwn iż-żewġ Stati [6]. Bħala riżultat tal-proċeduri stabbiliti f'dan il-Ftehim, id-drittijiet u l-obbligi li joħorġu minn dan l-istrument għandhom japplikaw ukoll għal dawn iż-żewġ Stati u fir-relazzjonijiet bejn dawn iż-żewġ Stati u l-Istati Membri li jieħdu sehem f'dan l-istrument.

(5) Skond l-Artikolu 1 tal-Protokoll dwar il-pożizzjoni tar-Renju Unit u ta' l-Irlanda anness mat-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea u t-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea, l-Irlanda u r-Renju Unit mhumiex qegħdin jipparteċipaw fl-adozzjoni ta' dan l-istrument. B'konsegwenza ta' dan, u mingħajr preġudizzju għad-disposizzjonijiet riferiti fl-Artikolu 1 tal-Protokoll, id-disposizzjonijiet ta' dan l-istrument la japplikaw għall-Irlanda u lanqas għar-Renju Unit,

ADOTTA DIN ID-DEĊIŻJONI

Artikolu 1

1. It-tielet inċiż tat-taqsima 1.1 (l-intestatura "VALIDU GĦAL") tal-Parti VI tas-CCI għandu jiġi mibdul b'dan li ġej:

"- Fil-każijiet ipprovduti fl-Artikolu 14 tal-Konvenzjoni, il-validità limitata territorjali tista' tkopri t-territorju ta' numru ta' Stati Membri; f'dan il-każ, skond il-kodiċijiet ta' l-Istati Membri li jridu jiddaħħlu taħt din l-intestatura, huma disponibbli l-għażliet li ġejjin:

(a) id-dħul tal-kodiċijiet ta' l-Istati Membri interessati;

(b) id-dħul tal-kliem "l-Istati ta' Schengen" fl-ilsien ta' l-Istat Membru tal-ħruġ segwit bejn il-parentesi bis-sinjal tat-tnaqqis u l-kodiċijiet ta' l-Istati Membri għat-territorji li għalihom il-viża mhix valida."

2. Fil-Parti 3 ta' l-Anness 3 tas-CCI u l-parti 3 ta' l-Anness 5(a) ma' l-intestaturi tas-CM"id-Danimarka", "il-Finlandja", "l-Isvezja", "l-Islanda" u "in-Norveġja" għandhom jitħassru, flimkien mal-listi tal-permessi tar-residenza li jinsabu fihom.

3. Fl-Anness 6 mas-CCI għandu jitħassar it-tieni inċiż.

4. Fl-eżempju 14 ta' l-Anness 13 mas-CCI u l-eżempju 14 ta' l-Anness 6(a) mas-CM għandhom jiġu miżjuda l-kodiċijiet li ġejjin:

id-Danimarka: | DK |

Il-Finlandja | FIN |

L-Isvezja | S |

L-Islanda | IS |

In-Norveġja | N |

5. L-eżempju 11 ta' l-Anness 13 mas-CCI, l-eżempju 11 ta' l-Anness 6(a) mas-CM u l-eżempju 2 ta' l-Anness 8 mas-CM għandhom jiġu mibdula bl-eżempju anness ma' din id-Deċiżjoni.

Artikolu 2

Din id-Deċiżjoni għandha tapplika mis-27 ta' April 2001.

Artikolu 3

Din id-Deċiżjoni hija indirizzata lill-Istati Membri skond it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea.

Magħmula fil-Lussemburgu, fl-24 ta' April 2001.

Għall-Kunsill

Il-President

M. Winberg

[1] Ara p.2 ta' dan il-Ġurnal Uffiċjali.

[2] Ara p. 5 ta' dan il-Ġurnal Uffiċjali.

[3] ĠU L 309, tad-9.12.2000, p. 24.

[4] ĠU L 239, tat-22.9.2000, p. 318.

[5] ĠU L 176, ta' l-10.7.1999, p. 1.

[6] ĠU L 176, ta' l-10.7.1999, p. 36.

--------------------------------------------------

L-ANNESS

L-EŻEMPJU 11

IL-VIŻI LTV TA' WAQFA QASIRA, IL-VALIDITÀ LIMITATA GĦAL NUMRU TA' PAJJIŻI

F'dan il-każ, l-intestatura "validu għal" għandha timtela:

- jew bil-kodiċijiet li jindikaw il-pajjiżi li għalihom il-viża hija valida (il-Belġju: B. Id-Danimarka: DK, il-Ġermanja:D, il-Greċja: GR, Spanja: E, Franza: F, L-Italja: I, il-Lussemburgu: L, l-Olanda: NL, l-Awstrija: A, Il-Portugall: P, Il-Finlandja: FIN, l-Isvezja: S, L-Islanda: IS, In-Norveġja: N. Fil-każ tal-pajjiżi tal-Benelux: BNL). Fl-eżempju muri, il-validità territorjali hija limitata għal Franza u Spanja;

+++++ TIFF +++++

- jew bil-kliem "Stati ta' Schengen" segwit bejn il-parentesi bis-sinjal tat-tnaqqis u l-kodiċijiet ta' l-Istati Membri għat-territorji li għalihom il-viża mhix valida. Fl-eżempju muri, il-viża hija valida għat-territorju ta' l-Istati Membri kollha li japplikaw l-acquis ta' Schengen għajr għal Franza u Spanja.

+++++ TIFF +++++

--------------------------------------------------

Top