Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 31999R2780

    Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KEE) Nru 2780/1999 tas-27 ta' Diċembru, 1999 li jemenda r-Regolament (KE) Nru 2449/96 li jiftaħ u jipprovdi għall-amministrazzjoni ta' ċerti kwoti annwali tat-tariffa għall-prodotti koperti bil-kodiċijiet NM 07141091, 07141099, 07149011 u 07149019 li joriġinaw f'ċerti pajjiżi terzi ħlief għat-Tajlandja

    ĠU L 334, 28.12.1999, p. 20–20 (ES, DA, DE, EL, EN, FR, IT, NL, PT, FI, SV)

    Dan id-dokument ġie ppubblikat f’edizzjoni(jiet) speċjali (CS, ET, LV, LT, HU, MT, PL, SK, SL, BG, RO)

    Legal status of the document No longer in force, Date of end of validity: 04/02/2008

    ELI: http://data.europa.eu/eli/reg/1999/2780/oj

    31999R2780



    Official Journal L 334 , 28/12/1999 P. 0020 - 0020


    Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KEE) Nru 2780/1999

    tas-27 ta' Diċembru, 1999

    li jemenda r-Regolament (KE) Nru 2449/96 li jiftaħ u jipprovdi għall-amministrazzjoni ta' ċerti kwoti annwali tat-tariffa għall-prodotti koperti bil-kodiċijiet NM 07141091, 07141099, 07149011 u 07149019 li joriġinaw f'ċerti pajjiżi terzi ħlief għat-Tajlandja

    IL-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ,

    Wara li kkunsidrat it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea,

    Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1095/96 tat-18 ta' Ġunju, 1996 dwar l-implimentazzjoni tal-konċessjonijiet imniżżla fl-Iskeda CXL imfassla bħala riżultat tal-konklużjoni tan-negozjati tal-GATT XXIV.6 [1], u b'mod partikolari l-Artikolu 1(1) tiegħu,

    Billi:

    (1) Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 2449/96 [2] jistabillixxi r-regoli dettaljati għall-applikazzjoni għal ċerti kwoti annwali tat-tariffa li taħtha prodotti li jaqgħu taħt il-kodiċijiet NM 07141091, 07141099, 07149011 u 07149019 u li joriġinaw minn pajjiżi terzi ħlief għat- Tajlandja li jistgħu jiġu mpurtati fil-Komunità b'rata mnaqqsa ta' dazju;

    (2) ir-regoli dettaljati għall-aplikazzjoni jipprovdu għall-ħruġ ta' liċenzi ta' importazzjoni mill-awtoritajiet kompetenti ta' l-Istati Membri biss jekk il-Kummissjoni tiftiehem bil-quddiem għall-ħruġ tagħhom;

    (3) billi din id-dispożizzjoni qamet minn xewqa ta' amministrazzjoni kif imiss tal-kwoti, l-esperjenza turi li m'hijiex meħtieġa u li tikkomplika l-amministrazzjoni;

    (4) għandha għalhekk titħassar, waqt li ssir dispożizzjoni sabiex il-Kummissjoni jkollha żmien suffiċjenti meta liċenzi ta' importazzjoni jkunu qed jinħarġu biex tintervjeni ma' l-awtoritajiet nazzjonali meta jinqalgħu l-problemi;

    (5) il-miżuri li għalihom jipprovdi dan ir-Regolament huma skond l-opinjoni tal-Kumitat ta' Ġestjoni għaċ-ċereali,

    ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

    Artikolu 1

    Il-paragrafi (4) u (5) ta' l-Artikolu 8 tar-Regolament (KE) Nru 2449/96 huma sostitwiti b'dan li ġej:

    "4. Il- liċenzi ta' importazzjoni għandhom għandhom jinħarġu fir-raba ġurnata tax-xogħol li jiġu wara d-data ta' meta jintbagħtu, minbarra fejn il-Kummissjoni tkin informat lill-awtoritajiet ta' Istati Membri permezz ta' fax jew telex li l-kondizzjonijiet għall-ħruġ tal-liċenzi in kwistjoni ma jkunu ġew imħarsa.

    F'dawk il-każi l-Kummissjoni, wara li tkun ikkonsultat ma' l-awtoritajiet tal-pajjiż terz ta' oriġini fejn meħtieġ, għandha tieħu l-miżuri xierqa.

    5. Liċenzi ta' importazzjoni għall-prodotti li joriġinaw fl-Indonesja jew iċ-Ċina li fir-rigward tagħhom applikazzjonijiet jintbagħtu f'Diċembru għas-sena ta' wara m'għandhomx jiħarġu qabel l-ewwel ġurnata tax-xogħol f'Jannar tas-sena in kwistjoni."

    Artikolu 2

    Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fl-1 ta' Jannar 2000.

    Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

    Magħmula fi Brussel, fis-27 ta' Diċembru 1985.

    Għall-Kummissjoni

    Margot Wallström

    Membru tal-Kummissjoni

    [1] ĠU L 146, ta' l-20.6.1996, p. 1.

    [2] ĠU L 333, tal-21.12.1996, p. 14

    --------------------------------------------------

    Top