Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 31999R1721

    Council Regulation (EC) No 1721/1999 of 29 July 1999 laying down certain control measures in respect of vessels flying the flag of Non-Contracting Parties to the Convention on the Conservation of Antarctic Marine Living Resources

    ĠU L 203, 3.8.1999, p. 14–15 (ES, DA, DE, EL, EN, FR, IT, NL, PT, FI, SV)

    Legal status of the document No longer in force, Date of end of validity: 07/04/2004; Imħassar b' 32004R0601

    ELI: http://data.europa.eu/eli/reg/1999/1721/oj

    31999R1721



    Official Journal L 203 , 03/08/1999 P. 0014 - 0015


    IR-REGOLAMENT TAL-KUNSILL (KE) Nru 1721/1999

    tad-29 ta' Lulju 1999

    li jippreskrivi ċerti miżuri ta' kontroll rigward bastimenti li jtajru l-bandiera ta' Partijiet Mhux Kontraenti għall-Konvenzjoni dwar il-Konservazzjoni tar-Riżorsi Ħajjin tal-Baħar ta' l-Antartiku

    IL-KUNSILL TA' L-UNJONI EWROPEA,

    Wara li kkunsidra t-Trattat li jwaqqaf il-Komunità Ewropea, u partikolarment l-Artikolu 37 miġjub fih,

    Wara li kkunsidra l-proposta mill-Kummssjoni(1),

    Wara li kkunsidra l-opinjoni tal-Parlament Ewropew(2),

    Billi:

    (1) Il-Komunità Ewropea hija Parti Kontraenti għall-Konvenzjoni dwar il-Konservazzjoni tar-Riżorsi Ħajjin tal-Baħar ta' l-Antartiku, minn issa l quddiem imsejħa l-"Konvenzjoni KORĦBA"(3);

    (2) Il-Konvenzjoni KORĦBA tipprovdi qafas tajjeb għall-kooperazzjoni reġjonali fil-konservazzjoni u l-maniġment tar-riżorsi ħajjin tal-baħar permezz, fost ħwejjeġ oħra, tat-twaqqif ta' Kummissjoni għall-Konservazzjoni tar-Riżorsi Ħajjin tal-Baħar ta' l-Antarktiku, minn issa l quddiem imsejħa KuKORĦBA' u l-adozzjoni tal-proposti għall-miżuri ta' konservazzjonu u infurzar tar-riżorsi ħajjin tal-baħar fl-arja tal-Konvenzjoni KORBĦA, li jsiru jorbtu lill-Partijiet Kontraenti;

    (3) Il-prattika tat-tħaddim tal-bastimenti tas-sajd li jtajru l-bandiera tal-Partijiet Mhux Kontraenti tal-Konvenzjoni KORĦBA bħala mezz biex jevadu l-konformità mal-miżuri tal-konservazzjoni u l-infurzar stabbiliti mill-KORĦBA tibqa' waħda mill-fatturi li jimminaw sarjament l-effettività ta' dawn il-miżuri u għandhom għalhekk jiġu skoraġġiti;

    (4) KuKORĦBA konsistentement stiednet lill-Partijiet Mhux Kontraenti interessati sabiex jew isiru parti mill-Konvenzjoni KORĦBA jew jaqblu li japplikaw il-miżuri ta' konservazzjoni w infurzar stabbiliti mill-KuKORĦBA bil-ħsieb illi jwettqu r-responsabbiltajiet tagħhom rigward il-bastimenti tas-sajd li jtajru l-bandiera tagħhom;

    (5) Fil-Laqgħa Annwali XVI miżmuma mis-27 ta' Ottubru sas-7 Novembru 1997, KORĦBA adottat miżura ta' konservazzjoni dwar "Skema biex Tippromwovi Konformità mill-Bastimenti tal-Partijiet Mhux Kontraenti mal-Miżuri tal-Konvenzjoni KORĦBA" illi l-għan tagħha huwa li jiżgura illi l-effettività tal-miżuri ta' konservazzjoni w infurzar stabbiliti mill-KuKORĦBA ma tiġix minata mill-bastimenti ta' Partijiet Mhux Kontraenti;

    (6) Din l-Iskema tipprovdi, fost ħwejjeġ oħra, għal spezzjoni obbligatorja tal-bastimenti tal-Partijiet Mhux Kontraenti meta dawn il-bastimenti jkunu minn rajhom fil-portijiet tal-Partijiet Kontraenti, projbizzjoni tat-tniżżil l-art u t-trasbordi jekk, matul din l-ispezzjoni, jiġi stabbilit illi l-qabda tal-ħut tkun ġiet maqbuda b'kontravenzjoni għall-miżuri ta' konservazzjoni w infurzar stabbiliti mill-KUKORĦBA kif ukoll ċerti miżuri oħra kollaterali li jridu jittieħdu mill-Partijiet Kontraenti;

    (7) Din il-miżura ta' konservazzjoni trid issir obbligatorja għall-Partijiet Kontraenti kollha b'effett mill-10 ta' Mejju 1998 u għalhekk huwa meħtieġ illi l-Komunità timplimentaha;

    (8) Skond it-Trattat, l-awtorità fuq l-ibħra u l-portijiet interni hija eżerċitata mill-Istati Membri; iżda, rigward l-aċċess għall-faċilitajiet tal-port fil-Komunità mill-bastimenti ta' Parti Mhux Kontraenti li ntlemħu jagħmlu attivitajiet ta' sajd fl-Arja tal-Konvenzjoni, huwa meħtieġ illi jgħaddu liġijiet dwar miżuri addizzjonali uniformi fil-livell tal-Komunità sabiex il-ħidmiet ta' dawn il-bastimenti fil-portijiet tal-Komunità jkunu regolati sabiex tiġi żgurata l-effettività tal-miżuri ta' konservazzjoni w infurzar stabbiliti mill-KUKORĦBA,

    ADOTTA DAN IR-REGOLAMENT:

    Artikolu 1

    Għall-għanijiet ta dan ir-Regolament għandhom japplikaw id-definizzjonijiet li ġejjin:

    (a) "Bastiment ta' Parti Mhux Kontraenti": bastiment illi jtajjar il-bandiera ta' Parti Mhux Kontraenti għall-Konvenzjoni KORĦBA u li ntlemaħ jagħmel l-attivitajiet tas-sajd fl-Arja tal-Konvenzjoni;

    (b) "dehra": kull osservazzjoni ta' bastiment ta' Parti Mhux Kontraenti magħmula minn bastiment li jtajjar il-bandiera ta' Parti Kontraenti tal-Konvenzjoni KORĦBA u li jkun fuq xogħol fl-arja tal-Konvenzjoni, jew minn inġenju ta' l-ajru reġistrat f'Parti Kontraenti tal-Konvenzjoni KORĦBA u li jittajjar fuq l-Arja tal-Konvenzjoni jew minn spettur tas-servizzi għall-kontroll tas-sajd tal-Partijiet Kontraenti assenjati mas-Sistema ta' Spezzjonijiet tal-KUKORĦBA;

    ir-rapport dwar dehra għandu partikolarment ikun fih tagħrif dwar l-identifikazzjoni tal-bastiment, it-tip ta' l-attività li fiha il-bastiment ikun qiegħed jagħmel xogħol u l-pożizzjoni ġeografika tiegħu;

    (ċ) "Arja tal-Konvenzjoni": il-medda ta' baħar lejn in-nofs in-nhar mill-latitudni 60 Sud u l-arja bejn din il-latitudni u l-Konverġenza ta' l-Antarktiku. Il-Konverġenza ta' l-Antarktiku għandha titqies bħala l-linja li tgħaqqad il-postijiet li ġejjin matul il-paralleli tal-latitudni u l-meridjani tal-lonġitudni: 50 °S, 0 °; 50 °S, 30 °E; 45 °S, 30 °E; 45 °S, 80 °E; 55 °S, 80 °E; 55 °S, 150 °E; 60 °S, 150 °E; 60 °S, 50 °W; 50 °S, 50 °W; 50 °S, 0 °.

    Artikolu 2

    Malli tirċievi rapport dwar dehra il-Kummissjoni għandha tittrasmetti dan it-tagħrif mingħajr dewmien lis-Segretarjat tal-KUKORĦBA u, fejn possibbli, lill-bastiment tal-Parti Mhux Kontraenti, fejn tinforma lill-bastiment illi t-tagħrif ikun sejjer jiġi trasmess lill-Istat tal-bandiera tiegħu.

    Artikolu 3

    Il-Kummissjoni għandha tikkomunika lill-Istati Membri kollha mingħajr dewmien kull rapport dwar dehra, li tkun irċeviet skond l-Artikolu 2 jew permezz ta' notifika mis-Segretarjat tal-KUKORĦBA jew minn Parti Kontraenti ieħor.

    Artikolu 4

    Il-bastimenti Komunitarji tas-sajd ma għandhomx jirċievu trasbordi ta' ħut minn bastiment ta' Parti Mhux Kontraenti li jkun deher u ġie rappurtat illi kien jagħmel ix-xogħol ta' l-attivitajiet tas-sajd fl-Arja tal-Konvenzjoni u għalhekk presunt illi kien qiegħed jimmina l-effettività tal-Miżuri tal-Konservazzjoni tal-KUKORĦBA.

    Artikolu 5

    1. Il-kaptan ta' bastiment ta' Parti mhux Kontraenti illi jixtieq jidħol f'port ta' Stat Membru għandu jgħarraf lill-awtoritajiet kompetenti f'dan l-Istat Membru mill-inqas 72 siegħa minn qabel dwar il-ħin stmat tal-wasla tiegħu fih, l-oriġini tal-qabda tal-ħut abbord u, fejn xieraq, il-bastimenti jew bastimenti li minnhom il-qabdiet ġew trasbordati. Il-bastiment ma jistax jidħol fil-port jekk kemm-il darba l-awtoritajiet kompetenti ta' l-Istat Membru rilevanti ma jagħrfux l-irċevuta tan-notifika meħtieġa minn qabel.

    2. Għajr f'każijiet ta' forza maġġuri jew ta' periklu, il-bastimenti ta' Parti Mhux Kontraenti jista' tidħol biss f'dawk il-portijiet illi jkunu ġew nominati mill-Istati Membri għall-għanijiet ta' dan ir-Regolament.

    3. Fid-data li fiha dan ir-Regolament jidħol fis-seħħ, l-Istati Membri għandhom jibagħtu lill-Kummissjoni lista tal-portijiet msemmija fil-paragrafu 2. Għandhom jgħarrfu lill-Kummissjoni b'kull bidla sossegwenti f'din il-lista.

    Il-Kummissjoni għandha tippubblika l-lista tal-portijiet u l-bdil fiha fis-serje C tal-Ġurnal Uffiċjali tal-Komunitajiet Ewropej.

    Artikolu 6

    1. L-Istati Membri għandhom jiguraw illi kull bastiment ta' Parti Mhux Kontraenti li jidħol f'port nominat jiġi spezzjonat mill-awtoritajiet kompetenti tagħhom. Il-bastiment ma jistax iniżżel l-art jew jittrasbordja xi qabda ta' ħut sakemm itemm l-ispezzjoni.

    2. Meta, matul spezzjoni minn dan, l-awtoritajiet kompetenti jsibu illi l-bastiment tal-Parti Mhux Kontraenti għandu abbord xi waħda mill-ispeċji tal-ħut soġġetti għall-Miżuri ta' Konservazzjoni tal-KUKORĦBA, l-Istat Membru rilevanti għandu jipprojbixxi t-tniżżil l-art u/jew it-trasbord ta' dawn l-ispeċji ta' ħut.

    3. Madankollu, din il-projbizzjoni ma għandhiex tapplika fil-każ illi l-kaptan tal-bastiment spezzjonat tal-Parti Mhux Kontraenti jagħti prova għas-sodisfazzjon ta' l-awtoritajiet kompetenti ta' l-Istat Membru rilevanti illi

    - l-ispeċji tal-ħut miżmuma abbord kienet ġiet maqbuda l barra mill-Arja tal-Konvenzjoni KORĦBA; jew

    - l-ispeċji tal-ħut miżmuma abbord kienet ġiet maqbuda bi qbil mal-Miżuri rilevanti ta' Konservazzjoni tal-KUKORĦBA u tal-ħtiġiet skond il-Konvenzjoni.

    Artikolu 7

    L-Istati Membri għandhom jikkomunikaw mingħajr dewmien lill-Kummissjoni dwar ir-riżultati ta' kull spezzjon u, fejn xieraq, b'kull projbizzjoni sossegwenti ta' tniżżil l-art jew trasbordi ta' ħut illi tkun ġiet applikata bħala riżultat ta' l-ispezzjon.

    Il-Kummissjoni għandha tittrasmetti dan it-tagħrif mingħajr dewmien lis-Segretarjat tal-KUKORĦBA u malajr kemm jista' jkun lill-Istat tal-bandiera tal-bastiment tal-Parti Mhux Kontraenti spezzjonat.

    Artikolu 8

    Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ sebat ijiem wara l-pubblikazzjoni tiegħu fil-Ġurnal Uffiċjali tal-Komunitajiet Ewropej.

    Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

    Magħmul fi Brussel, fid-29 ta' Lulju 1999.

    Għall-Kunsill

    Il-President

    S. HASSI

    (1) ĠU C 218, ta' l-14.7.1998.

    (2) ĠU C 98, tad-9.4.1999.

    (3) ĠU L 252, tal-5.9.1981, p. 26.

    Top