This document is an excerpt from the EUR-Lex website
Document 31999R1573
Commission Regulation (EC) No 1573/1999 of 19 July 1999 laying down detailed rules for the application of Council Regulation (EC) No 2201/96 as regards the characteristics of dried figs qualifying for aid under the production aid scheme
Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KEE) Nru 1573/1999 tad-19 ta’ Lulju 1999 li jippreskrivi regoli dettaljati għall-applikazzjoni tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 2201/96 fir-rigward tal-karatteristiċi tat-tin imqadded li jikkwalifika għall-għajnuna skond l-iskema ta’ għajnuna tal-produzzjoni
Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KEE) Nru 1573/1999 tad-19 ta’ Lulju 1999 li jippreskrivi regoli dettaljati għall-applikazzjoni tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 2201/96 fir-rigward tal-karatteristiċi tat-tin imqadded li jikkwalifika għall-għajnuna skond l-iskema ta’ għajnuna tal-produzzjoni
ĠU L 187, 20.7.1999, p. 27–31
(ES, DA, DE, EL, EN, FR, IT, NL, PT, FI, SV) Dan id-dokument ġie ppubblikat f’edizzjoni(jiet) speċjali
(CS, ET, LV, LT, HU, MT, PL, SK, SL, BG, RO, HR)
No longer in force, Date of end of validity: 12/03/2014
Relation | Act | Comment | Subdivision concerned | From | To |
---|---|---|---|---|---|
Repeal | 31984R1709 | Tħassir | artikolu 1 | 01/07/1999 | |
Repeal | 31984R1709 | Tħassir | anness 3 | 01/07/1999 | |
Repeal | 31984R1709 | Tħassir | artikolu 2 | 01/07/1999 | |
Repeal | 31984R1709 | Tħassir | anness 2 | 01/07/1999 | |
Repeal | 31984R1709 | Tħassir | anness 1 | 01/07/1999 | |
Implicit repeal | 31989R2294 | 01/07/1999 | |||
Implementation | 31996R2201 |
Official Journal L 187 , 20/07/1999 P. 0027 - 0031
Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KEE) Nru 1573/1999 tad-19 ta’ Lulju 1999 li jippreskrivi regoli dettaljati għall-applikazzjoni tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 2201/96 fir-rigward tal-karatteristiċi tat-tin imqadded li jikkwalifika għall-għajnuna skond l-iskema ta’ għajnuna tal-produzzjoni Il-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ, Wara li kkonsidrat it-Trattat li jistabilixxi l-Komunità Ewropea, Wara li kkonsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 2201/96 tat-28 ta’ Ottubru 1996 dwar l-organizzazzjoni komuni tas-swieq fi prodotti pproċessati mill-frott u l-ħxejjex [1], kif l-aħħar emendat bir-Regolament (KE) Nru 2199/97 [2], u b’mod partikolari l-Artikolu 4(9) tiegħu, (1) Billi t-Titolu I tar-Regolament (KE) Nru 2201/96 intruduċa sistema ta’ għajnuna tal-produzzjoni għal ċerti prodotti pproċessati miksuba mill-frott u mill-ħxejjex; billi r-Regolament tal-Kummissjoni (KEE) Nru 504/97 tad-19 ta’ Marzu 1997 li jippreskrivi regoli dettaljati għall-applikazzjoni tar-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 2201/96 fir-rigward tas-sistema ta’ għajnuna tal-produzzjoni għall-prodotti pproċessati mill-frott u l-ħxejjex [3], kif l-aħħar emendat bir-Regolament (KE) Nru 702/1999 [4], ippreskriva regoli ġenerali li japplikaw għal din is-sistema ta’ għajnuna; billi mingħajr preġudizzju għad-disposizzjonijiet l-oħra tar-Regolament (KE) Nru 504/97 ċerti regoli speċifiċi għandhom jiġu prekritti għall-karatteristiċi meħtieġa tat-tin imqadded jekk irid jikkwalifika għall-għajnuna tal-produzzjoni; (2) Billi l-kwalità tat-tin imqadded qabel u wara l-ipproċessar tvarja; billi l-prezz minimu u l-għajnuna tal-produzzjoni għandhom jiġu fissati għal tip speċifiku ta’ prodott; billi l-produzzjoni fil-Komunità hija karatterizzata minn żewġ tipi ta’ tin imqadded, frott żgħir u oħrajn; billi l-karatteristika essenzjali li tiddistingwi l-prezz tas-suq taż-żewġ tipi hija d-daqs tagħhom; billi l-prezz minimu u l-għajnuna tal-produzzjoni għandhom għalhekk jiġu fissati għall-klassi l-aktar rappresentattiva tad-daqs għal kull wieħed miż-żewġ tipi ta’ tin imqadded maħsub għall-konsum dirett, u l-prezz u l-għajnuna applikabbli għad-daqsijiet l-oħra għandhom jiġu derivati minn dawn il-prezzijiet u rati ta’ għajnuna; (3) Billi l-għan tal-ħtiġiet minimi ta’ kwalità preskritti fl-Artikolu 4(4)(b) tar-Regolament (KE) Nru 2201/96 huwa li tiġi evitata l-produzzjoni ta’ prodotti li għalihom ma jkun hemm l-ebda domanda jew li jistgħu jikkawżaw distorsjoni fis-suq; billi dawn il-ħtiġiet għandhom ikunu bażati fuq proċeduri tradizzjonali u ġusti ta’ manifattura; billi, sabiex tiġi assigurata l-konformità ma’ dawn id-disposizzjonijiet, għandhom jiġu definiti l-karatteristiċi minimi meħtieġa għat-tin imqadded mhux proċessat mixtri mill-proċessuri u t-tin imqadded li jikkwalifika għall-għajnuna; (4) Billi, sabiex tiġi assigurata l-applikazzjoni uniformi, għandhom jiġu preskritti regoli dwar it-twettiq ta’ verifiki fuq il-karatteristiċi tat-tin imqadded qabel u wara l-proċessar; (5) Billi ċerti ħtiġiet ta’ dan ir-Regolament jitolbu għal aġġustamenti li jwasslu fil-bogħod fis-settur tal-produzzjoni u l-ipproċessar; billi dawn il-ħtiġiet iridu għalhekk jiġu introdotti progressivament matul il-ħames snin tas-suq li jiġu wara d-dħul fi-seħħ ta’ dan ir-Regolament; (6) Billi dan r-Regolament jinkorpora d-dispożizzjonijiet speċifiċi għat-tin fl-Artikoli 1 u 2 tar-Regolament tal-Kummissjoni (KEE) Nru 1709/84 tad-19 ta’ Ġunju 1984 dwar il-prezzijiet minimi li jridu jitħallsu lill-produtturi u l-ammonti ta’ għajnuna tal-produzzjoni għal ċerti prodotti proċessati mill-frott u l-ħxejjex eliġibbli għall-għajnuna tal-produzzjoni [5], kif l-aħħar emendat bir-Regolament (KE) Nru 1591/98 [6], aġġornat bl-linja ma’ l-iżviluppi legali, tekniċi u ekonomiċi; billi, għalhekk, l-Artikoli 1 u 2 ta’ dan ir-Regolament u l-Annessi I, II u III li jinsabu miegħu għandhom jiġu mħassra; (7) Billi l-miżuri li għalihom jipprovdi dan ir-Regolament huma skond l-opinjoni tal-Kumitat ta’ Ġestjoni għall-Prodotti Proċessati mill-Frott u l-Ħxejjex, ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT: Artikolu 1 1. Sabiex jikkwalifika għall-ħlas tal-prezz minimu, it-tin imqadded mhux proċessat għandu jikkorrespondi mal-karatteristiċi stipulati fl-Anness II. 2. Sabiex jikkwalifika għall-ħlas ta’ għajnuna, it-tin imqadded u kunserva tat-tin iridu jikkorrespondu mal-karatteristiċi stipulati fl-Anness III. 3. Il-prezz minimu li jrid jitħallas lill-produtturi tat-tin imqadded mhux proċessat u l-għajnuna tal-produzzjoni għat-tin imqadded għandhom jiġu fissati għall-prodotti li jikkorrespondu mal-karatteristiċi preskritti fl-Annessi II u III rispettivament u ta’ bejn il-75 u l-105 frotta għal kull kilogramma fid-daqs għall-varjetajiet ta’ frott żgħir u ta’ bejn il-65 u l-85 frotta għal kull kilogramma fid-daqs tal-varjetajiet l-oħra. Għat-tin imqadded l-ieħor il-prezz minimu u l-ammont t’ al-għajnuna għandhom ikunu moltiplikati b’wieħed mill-koeffiċjenti elenkati fl-Anness I. Artikolu 2 1. Il-verifika tal-karatteristiċi u tad-daqs tat-tin imqadded mhux proċessat għandha titwettaq fuq il-bażi ta’ kampjuni rappreżentattivi tal-lott kollu meħuda mill-proċessatur bi fteħim mal-produttur. Il-kampjuni għandhom jiġu eżaminati kemm mill-proċessatur u kemm mill-produtur u r-riżultati tal-verifika għandhom jiġu reġistrati. Għal dan l-iskop, "lott" għandha tfisser il-prodotti kollha presentati fl-istess ħin minn produttur jew organizzazzjoni tal-produtturi sabiex jiġu aċċettati minn proċessatur. 2. Għat-tin imqadded il-proċessatur għandu jivverifika billi jieħu kampjun minn kull lott mibjugħ li l-prodotti jilħqu l-karatteristiċi meħtieġa sabiex jibbenefikaw mill-għajnuna u li huma tad-daqs korrett. Ir-riżultati tal-verifika għandhom jiġu reġistrati. Il-piż minimu nett ta’ kull kampjun li għandu jiġi eżaminat għandu jkun ta’ kilogramma waħda. 3. L-Istati Membri jistgħu jadottaw disposizzjonijiet addizzjonali fir-rigward tal-gradazzjoni skond kif jirrigwardaw il-perċentwali minimu, il-kontrolli u d-destinazzjoni b’mod partikolari. Artikolu 3 L-Artikolu 1 u 2 tar-Regolament (KEE) Nru 1709/84 u l-Annessi I, II u III li jinsabu miegħu huma mħassra. Artikolu 4 Dan ir-Regolamet għandu jidħol fis-seħħ fis-seba’ jum wara l-pubblikazzjoni tiegħu fil-Ġurnal Uffiċjali tal-Komunitajiet Ewropej. Għandu jibda japplika mis-sena tas-suq 1999/2000. Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha. Magħmul fi Brussel, fid-19 ta’ Lulju 1999. Għall-Kummissjoni Franz Fischler Membru tal-Kummissjoni [1] ĠU L 297, tal-21.11.1996, p. 29. [2] ĠU L 303, tas-6.11.1997, p. 1. [3] ĠU L 78, tal-20.3.1997, p. 14. [4] ĠU L 89, ta’ l-1.4.1999, p. 26. [5] ĠU L 162, tal-20.6.1984, p. 8. [6] ĠU L 208, ta’ l-24.7.1998, p. 14. -------------------------------------------------- ANNESS I IL-KOEFFIĊJENTI APPLIKABBLI GĦALL-PREZZ MINIMU U GĦALL-GĦAJNUNA TAL-PRODUZZJONI Daqs (Numru ta' frott kull kilogramma) | Koeffiċjent applikabbli għall-prezz minimu u l-għajnuna tal-produzzjoni | Varjetajiet ta' frott żgħir | Varjetajiet oħra | Anqas minn (75) frotta/kg | Anqas minn (65) frotta/kg | 1,2 | (75 to 105) frott/kg | (65 to 85) frott/kg | 1 | (106 to 136) frott/kg | (86 to 116) frott/kg | 0,8 | Prodotti bla daqs | Prodotti bla daqs | 0,65 | Sena tas-suq | Koeffiċjent applikabbli għall-prezz minimu | Koeffiċjent applikabbli għall-għajnuna | 1999/2000 | 0,70 | 1,0 | 2000/2001 | 0,70 | 1,0 | 2001/2002 | 0,65 | 0,9 | 2002/2003 | 0,65 | 0,8 | 2003/2004 | 0,65 | 0,7 | -------------------------------------------------- ANNESS II IL-KARATTERISTIĊI TAT-TIN IMQADDED MHUX IPPROĊESSAT 1. Tifsira It-tin imqadded mhux proċessat għandu jkun ġie miksub minn frott misjur tal-varjetajiet Ficus carica domestica L. imqadda b’mod naturali. 2. Ħtiġiet minimi u tolleranzi It-tin imqadded mhux ipproċessat irid: - ikollu kontenut massimu ta’ umdità ta’ 24 % - ikollu daqs minimu ta’ 136 frotta għal kull kilogramma tal-varjetajiet tal-frott miż-żgħir [1] u ta’ 116 frotta għal kull kilogramma għall-varjetajiet l-oħra, - ikollu qoxra rqiqa u l-polpa bil-konsistenza ta’ l-għasel, - ikun ta’ kulur uniformi, - ikun nadif u ħieles kważi għal kollox minn materjali barranin. Għal kull lott għandhom jiġu permessi t-tolleranzi li ġejjin [2]: - 30 % tan-numru jew il-piż ta’ tin imqadded bi ħsara interna jew esterna minn kull kawża, li minnu mhux iktar minn 18 % tat-tin ikollu ħsara mill-insetti, - 3 % fin-numru jew piż tat-tin imqadded li ma jkunux tajba għall-ipproċessar. [1] Cuello de Dama, Pajarito, Granito, Preto de Torres, Pingo de melor Moscatel, Cachopeira, Cotio, Branco do Douro, Rei branco, Rei preto, Cordoví, Blancos, De la Casta, Verdejos. [2] Sat-tmiem tas-sena tas-suq 2003/04, it-tolleranzi permessi huma kif ġej: - 40 % għas-snin tas-suq 1999/2000 u 2000/01 u 35 % għas-snin li jiġu wara, bin-numru jew il-piż tat-tin imqadded bi ħsara interna jew esterna minn kull kawża, li minnu mhux iktar minn 25 %, għas-snin tas-suq 1999/2000 u 2000/01, u 20 %, għas-snin tas-suq ta’ wara, tat-tin bil-ħsara mill-insetti, - 10 % għas-snin tas-suq 1999/2000 u 2000/01 u 6 % għas-snin tas-suq ta’ wara, bin-numru jew il-piż tat-tin imqadded mhux tajjeb għall-proċessar. -------------------------------------------------- ANNESS III A. IL-KARATTERISTIĊI TAT-TIN IMQADDED 1. Tifsira It-tin imqadded għandu jkun ġie miksub minn frott misjur tal-varjetajiet Ficus carica domestica L. imqadded b’mod naturali. 2. Ħtiġiet minimi u tolleranzi It-tin imqadded irid: - ikollu kontenut massimu ta’ umdità ta’ 24 %, - ikollu daqs minimu ta’ 136 frotta għal kull kilogramma tal-varjetajiet tal-frott miż-żgħir [1] u ta’ 116 frotta għal kull kilogramma għall-varjetajiet l-oħra, - ikollu qoxra rqiqa u l-polpa bil-konsistenza ta’ l-għasel, - ikun ta’ kulur uniformi, - ikun nadif u ħieles minn materjali barranin. Għal kull lott għandhom jiġu permesssi t-tolleranzi li ġejjin: - 25 % tan-numru jew il-piż ta’ tin imqadded bi ħsara interna jew esterna minn kull kawża, li minnu mhux iktar minn 15 % tat-tin ikollu ħsara mill-insetti, B. KARATTERISTIĊI TAL-KUNSERVA TAT-TIN Tifsiriet u ħtiġiet minimi Il-kunserva tat-tin tinkiseb minn tin imqadded mhux proċessat li jikkorrespondi mal-karatteristiċi stipulati fl-Anness II minbarra d-daqs, li jista’ jkun iżgħar. It-tin imqadded mhux proċessat użat fil-produzzjoni ta’ kunserva irid ikun ġie maħsul bil-misħun u mnixxef bl-arja sħuna. Jista’ jkollu kontenut massimu ta’ umdità ta’ 24 %. [1] Cuello de Dama, Pajarito, Granito, Preto de Torres, Pingo de mel or Moscatel, Cachopeira, Cotio, Branco do Douro, Rei branco, Rei preto, Cordoví, Blancos, De la Casta, Verdejos. --------------------------------------------------