Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 31999D0478

    Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni ta' l-14 ta' Lulju 1999 li ġġedded il-Kumitat ta' Konsulenza dwar Sajd u Akwakultura (innotifikat taħt id-dokument bin-numru C(1999) 2042)

    ĠU L 187, 20.7.1999, p. 70–73 (ES, DA, DE, EL, EN, FR, IT, NL, PT, FI, SV)

    Dan id-dokument ġie ppubblikat f’edizzjoni(jiet) speċjali (CS, ET, LV, LT, HU, MT, PL, SK, SL, BG, RO, HR)

    Legal status of the document In force: This act has been changed. Current consolidated version: 20/12/2004

    ELI: http://data.europa.eu/eli/dec/1999/478/oj

    31999D0478



    Official Journal L 187 , 20/07/1999 P. 0070 - 0073


    Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni

    ta' l-14 ta' Lulju 1999

    li ġġedded il-Kumitat ta' Konsulenza dwar Sajd u Akwakultura

    (innotifikat taħt id-dokument bin-numru C(1999) 2042)

    (1999/478/KE)

    IL-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ

    Wara li kkonsidrat it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunitá Ewropea,

    (1) Billi huwa importanti għall-Kummissjoni li jkollha r-reazzjonijiet ta' l-interessi konċernati dwar il-kwistjonijiet imqajma bl-istabbiliment ta' politika komuni għas-sajd (PKS);

    (2) Billi fis-settur tas-sajd inħoloq kumitat ta' konsulenza (KKS) bid-Deċiżjoni tal-Kummissjoni Nru 71/128/KEE [1] li t-test tagħha nbidel l-aħħar bid-Deċiżjoni 89/4/KEE [2], kif emendata bid-Deċiżjoni 97/246/KE [3];

    (3) Billi jidher opportun li jitwessa', fi ħdan il-qafas tal-KKS, id-djalogu dwar l-iżvilupp u l-amministrazzjoni tal-PKS għall-partijiet kollha konċernati, partikolarment għas-settur ta' l-akwakultura u l-organizzazzjonijiet mhux professjonali; billi għal dan il-għan hu meħtieġ li terġa' tiġi eżaminata l-istruttura tal-Kumitat;

    (4) Billi, biex ikunu nkoraġġiti l-formolazzjoni ta' analiżi u ta' posizzjonijiet komuni fuq il-PKS, jaqbel li l-membri tal-KKS jiġu mistiedna biex qabel xejn jieħdu ħsieb kwistjonijiet li jirrigwardaw lilhom:

    (5) Billi fl-interess ta' l-effiċjenza hu meħtieġ li n-numru ta' membri fuq il-Kumitat ikun limitat;

    (6) Billi jaqbel li d-djalogu jittejjeb permezz ta' ħolqa aħjar bejn il-kumitat plenarju, imqabbad biex imexxi x-xogħol tal-Kumitat u jagħti opinjonijiet, u l-gruppi ta' ħidma nkarigati bit-tħejjija ta' dawn l-opinjonijiet;

    (7) Billi l-mandat tal-membri tal-Kumitat jintemm fil-31 ta' Lulju 1999 fl-aħħar ta' perjodu transitorju preskritt għar-riforma tal-Kumitat hawn fuq imsemmi u li għalhekk hu f'waqtu li t-test tad-Deċiżjoni jkun emendat fis-sens indikat hawn fuq;

    (8) Billi fl-interess taċ-ċarezza it-test tad-Deċiżjoni 71/128/KEE għandu jinbidel,

    IDDEĊIDIET DAN LI ĠEJ:

    Artikolu 1

    1. Kumitat ta' Konsulenza għas-Sajd u l-Akwakultura jiġi stabbilit fi ħdan il-Kummissjoni, magħmul minn kumitat plenarju wieħed minn hawn iżjed ‘il quddiem imsemmi "il-Kumitat" u erbgħa kumitati ta' ħidma imsemmija fl-Artikolu 7.

    2. Il-Kumitat hu magħmul minn rappreżentanti ta' l-interessi li ġejjin: organizzazzjonijiet professjonali li jirrappreżentaw il-kumpaniji produtturi, l-industrija tal-proċessar u negozjanti ta' prodotti tas-sajd u l-akwakultura u organizzazzjonijiet mhux professjonali li jirrappreżentaw l-interessi tal-konsumaturi, l-ambjent u l-iżvilupp.

    3. Esperti fis-settur tas-sajd li jirrappreżentaw korpi xjentifiċi u/jew ekonomiċi, il-banek u l-ewwel point-of-sale huma rappreżentati fil-gruppi definiti fl-Artikolu 7.

    Artikolu 2

    Il-Kumitat jista' jiġi konsultat mill-Kummissjoni dwar, jew jagħti bidu għal, fuq l-inizjattiva tal-president tiegħu jew fuq talba ta' xi membru wieħed jew aktar, kwistjonijiet dwar ir-regoli tal-politika komuni għas-sajd u b'mod partikolari dwar miżuri partikolari li l-Kummissjoni tista' tieħu fil-qafas ta' dawn ir-regoli kif ukoll kwistjonijiet ekonomiċi u soċjali fis-settur tas-sajd, apparti dawk li jikkonċernaw, bħala sħab soċjali, lil min iħaddem u lil ħaddiema.

    Artikolu 3

    Il-kumitat hu magħmul minn 20 membru minn hawn iżjed 'il quddiem imsejħa "il-membri".

    1. Siġġu wieħed jingħata lil kull wieħed minn dawn il-11 interessi li ġejjin, innumerati minn (1) sa (11) Għal kull wieħed minn dawn il-11-il siġġu hu previst membru sħiħ u deputat membru:

    Organizzazzjonijiet professjonali:

    Kumpaniji tas-sajd: | 1) sidien ta' bastimenti privati |

    2) sidien ta' bastimenti f'koperattivi |

    3) organizzazzjonijiet ta' produtturi |

    Kumpaniji ta' l-akwakultura: | 4) dawk li jrabbu ħażniet ta' molluski u frott tal-baħar bil-qoxra |

    5) dawk li jrabbu ħażniet ta' ħut |

    Kumpaniji ta' max-xmajjar: | 6) proċessuri |

    7) negozjanti (importazzjoni/ esportazzjoni u bl-ingrossa) |

    Għaqdiet tal-ħaddiema: | 8) sajjieda u mpjegati ta' dawk il-kumpaniji b'salarju |

    2. Dawn li ġejjin ukoll għandhom siġġu fuq il-Kumitat: il-president u l-viċi-president tal-Kumitat għad-djalogu settorjali tas-Sajd [4], il-president u l-viċi president tal-gruppi ta' ħidma 1, 3 u 4 kif imsemmija fl-Artikolu 7, u l-president tal-grupp ta' ħidma 2 kif imsemmi fl-Artikolu 7.

    Artikolu 4

    1. Il-membri tal-Kumitat jiġu nominati mill-Kummissjoni fuq proposti mill-organizzazzjonijiet stabbiliti f'livell ta' Komunità li jirrappreżentaw l-aktar l-interessi speċifikati fl-Artikolu 3(1). Ir-rappreżentant tal-konsumaturi jkun propost mill-kumitat tal-konsumaturi [5].

    Għal kull siġġu li jrid jimtela, ħlief għas-siġġijiet riservati għall-kumitat ta' djalogu settorjali għas-sajd, l-organizzazzjonijiet jipproponu żewġ kandidati ta' nazzjonalità differenti. Għas-siġġijiet allokati lill-interessi previsti fl-Artikolu 3(1) in-nominazzjonijiet għandhom jispeċifikawl-isem tal-membru sħiħ u dak tas-sostitut.

    It-tul tal-kariga ta' membru tal-Kumitat għandu jkun ta' tliet snin. Jista' jiġi mġedded. Ix-xogħolijiet imwettqa mhumiex suġġetti għal xi ħlas.

    Wara li jgħaddi l-perjodu ta' tliet snin, il-membri tal-Kumitat jibqgħu fil-kariga sakemm jiġu sostitwiti jew sakemm ikun deċiż jekk il-mandat tagħhom għandux jiġġedded.

    Il-mandat ta' membru jasal fit-tmiem tiegħu qabel jiskadi l-perjodu ta' tliet snin minħabba riżenja jew mewt.

    Jista' wkoll jintemm meta l-korp li jkun ressaq il-kandidatura tal-membru jitlob li hu jew hi jiġu sostitwiti.

    Persuna tiġi nominata skond il-proċedura preskritta fil-paragrafu 1 biex tissostitwixxi membru bħal dan għall-kumplament tal-kariga tiegħu jew tagħha.

    2. Il-lista tal-membri tal-Kumitat għandha tiġi pubblikata mill-Kummissjoni għal raġunijiet ta' informazzjoni fil-Ġurnal Uffiċjali tal-Komunitajiet Ewropej.

    Artikolu 5

    Il-Kumitat għandu jeleġġi, għal perjodu ta' tliet snin, president wieħed u żewġ viċi presidenti. L-elezzjoni għandha ssir permezz ta' maġġoranza ta' żewġ terzi tal-membri preżenti.

    Il-membri tal-Kumitat imsemmi fl-Artikolu 3(2) għandhom, bl-eċċezzjoni tas-sid ta' bastiment membru tal-kumitat ta' djalogu settorjali, jiffurmaw il-bureau tal-Kumitat.

    Il-bureau għandu jeleġġi l-president tiegħu u jipprepara u jorganizza l-attivitajiet tal-gruppi ta' ħidma imsemmija fl-Artikolu 7.

    Artikolu 6

    Fuq talba ta' waħda mill-organizzazzjonijiet imsemmija fl-Artikolu 4(1), il-president jista' jistieden delegat ta' din l-organizzazzjoni biex jattendi l-laqgħat tal-Kumitat. Hu jew hi jistgħu taħt l-istess kondizzjonijiet jistiednu biex jieħu parti fix-xogħol tal-Kumitat bħala espert lil kull persuna b'xi awtorità partikolari f'wieħed mis-suġġetti fuq l-aġenda. Deputati membri jistgħu jipparteċipaw fil-laqgħat bħala osservaturi bl-ispejjeż għalihom.

    Artikolu 7

    Il-Kumitat għandu jinnomina erba' gruppi ta' ħidma biex ikunu jistgħu jippreparaw l-opinjonijiet tiegħu.

    L-ismijiet ta' dawn il-gruppi kif ukoll tal-presidenzi u l-komposizzjoni tagħhom jidhru fl-anness ta' din id-deċiżjoni.

    Bi qbil mal-Kummissjoni, il-parteċipanti fil-gruppi ta' ħidma jintgħażlu skond l-aġenda ta' kull laqgħa mill-organizzazzjonijiet l-aktar rappreżentattivi stabbiliti fl-ogħla livell tal-Komunità. Ir-rappreżentanti tal-bijoloġija jew ta' l-ekonomija jintgħażlu mill-STECF [6]. Il-Kummissjoni tista', skond l-aġenda, tinnomina esperti addizzjonali.

    Artikolu 8

    1. Il-Kumitat jiltaqa' wara notifika mill-Kummissjoni skond programm ta' xogħol annwali adottat bi ftehim mal-Kummissjoni. Il-bureau jiltaqa' wara notifika mill-president tiegħu u bi ftehim mal-Kummissjoni.

    2. Ir-rappreżentanti tas-servizzi tal-Kummissjoni jieħdu parti fil-laqgħat tal-Kumitat, tal-bureau u tal-gruppi ta' ħidma.

    3. Is-servizzi tal-Kummissjoni jipprovdu s-segretarjat tal-Kumitat, tal-bureau u tal-gruppi ta' ħidma.

    4. Bi qbil mal-Kummissjoni, il-Kumitat ifassal regoli dwar l-implimentazzjoni tal-programm ta' xogħol, il-preparazzjoni għal-laqgħat, il-post fejn isiru l-laqgħat, rapporti, posizzjonijiet jew konklużjonijiet u l-formolazzjoni ta' opinjonijiet jew rakkomandazzjonijiet.

    Artikolu 9

    Il-Kumitat ikun mitlub jagħti opinjoni dwar il-proposti formolati mill-Kummissjoni kif ukoll dwar is-suġġetti li jkunu jidhru fil-programm tiegħu.

    Il-Kummissjoni, waqt li titlob l-opinjoni tal-Kumitat, tista' tiffissa l-perjodu li fih trid tingħata l-opinjoni.

    Il-posizzjonijiet ta' l-interessi konċernati għandhom jidhru f'rapport mgħoddi lill-Kummissjoni.

    Jekk l-opinjoni mitluba tkun is-suġġett ta' ftehim unanimu tal-Kumitat, trid tistabbilixxi konklużjonijiet komuni li jridu jiġu mehmuża mar-rapport.

    Artikolu 10

    Bla ħsara għad-dispożizzjonijiet ta' l-Artikolu 287 tat-Trattat, il-membri tal-Kumitat kif ukoll dawk tal-gruppi ta' ħidma huma obbligati ma jiżvelawx informazzjoni li jkunu kisbu mix-xogħol tal-Kumitat jew tal-gruppi ta' ħidma, fil-każ li l-Kummissjoni tinfurmahom li l-opinjoni mitluba jew il-kwistjoni mqajma tittratta dwar suġġett konfidenzali.

    F'dak il-każ, il-membri tal-Kumitat u r-rappreżentanti tas-servizzi tal-Kummissjoni biss jistgħu jattendu l-laqgħat.

    Artikolu 11

    Id-Deċiżjonijiet Nru 71/128/KEE u 97/247/KE [7] huma mħassra.

    Artikolu 12

    Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ fl-1 ta' Awissu 1999.

    Magħmul fi Brussel, fl-14 ta' Lulju 1999.

    Għall-Kummissjoni

    Emma Bonino

    Membru tal-Kummissjoni

    [1] ĠU L 68, tat-22.03.1971, p. 18.

    [2] ĠU L 5, 07.01.1989, p. 33.

    [3] ĠU L 97, tat-12.04.1997, p. 27.

    [4] ĠU L 225, tat-12.8.1998, p.27 (98/500/KE).

    [5] ĠU L 162, tat-13.07.1995, p. 37.

    [6] ĠU L 297, 02.12.1993, p. 25.

    [7] ĠU L 97, tat-12.04.1997, p. 28.

    --------------------------------------------------

    ANNESS

    gruppi ta' ħidma msemmija fl-Artikolu 7

    1. Ismijiet tal-gruppi ta' ħidma

    Group 1 : Aċċess għar-riżorsi tas-sajd u l-amministrazzjoni ta' attività tas-sajd.

    Group 2 : Akwakultura: ħut, frott tal-baħar bil-qoxra u molluski.

    Group 3 : Politika dwar swieq u kummerċ.

    Group 4 : Kwistjonijiet ġenerali: ekonomija u analiżi settorjali.

    2. Presidenti u viċi-presidenti

    Rappreżentant tas-sidien ta' bastimenti privati għandu jippresiedi l-gruppi ta' ħidma 1 u 4.

    Rappreżentant tas-sidien ta' bastimenti f'koperattiva ikun viċi-president tal-grupp ta' ħidma 1.

    Rappreżentant ta' dawk li jrabbu ħażniet tal-ħut u rappreżentant ta' dawk li jrabbu ħażniet ta' molluski/frott tal-baħar bil-qoxra għandhom ikunu president u viċi-president li jalternaw tal-grupp ta' ħidma 2.

    Rappreżentant tal-proċessuri għandu jippresiedi l-grupp ta' ħidma 3.

    Rappreżentant tan-negozjanti għandu jippresiedi l-grupp ta' ħidma 4.

    Rappreżentant ta' l-organizzazzjonijiet ta' produtturi għandu jkun viċi-president tal-grupp ta' ħidma 3.

    3. Numru ta' siġġijiet għal kull interess konċernat:

    | Grupp 1 | Grupp 2 | Grupp 3 | Grupp 4 |

    Sidien ta' bastimenti privati | 5 | — | 1 | 3 |

    Sidien ta' bastimenti f'koperattiva | 3 | — | 1 | 2 |

    Sajjieda impjegati | 2 | 1 | 1 | 2 |

    Organizzazzjonijiet ta' produtturi | 1 | — | 3 | 1 |

    Dawk li jrabbu ħażniet ta' ħut | — | 6 | 1 | 1 |

    Dawk li jrabbu ħażniet ta' molluski/frott tal-baħar bil-qoxra | — | 4 | 1 | 1 |

    Proċessuri | — | — | 3 | 2 |

    Negozjanti | — | — | 2 | 1 |

    Konsumaturi | — | 1 | 1 | 1 |

    Ambjent | 1 | 1 | 1 | 1 |

    Żvilupp | 1 | — | 1 | 1 |

    Bijoloġija | 1 | 1 | — | — |

    Ekonomija | 1 | 1 | 1 | 1 |

    Banek | — | — | 1 | 1 |

    Irkanti u portijiet | — | — | 1 | — |

    | 15 | 15 | 19 | 18 |

    Il-Kummissjoni tista' tinnomina esperti addizzjonali skond l-aġenda.

    --------------------------------------------------

    Top