EUR-Lex Access to European Union law
This document is an excerpt from the EUR-Lex website
Document 31998D0420
98/420/EC: Commission Decision of 30 June 1998 laying down special conditions governing imports of fishery and aquaculture products originating in Nigeria (notified under document number C(1998) 1851) (Text with EEA relevance)
Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni tat-30 ta’ Ġunju 1998 li tistabbilixxi l-kondizzjonijiet speċjali li jirregolaw l-importazzjoni tal-prodotti tas-sajd u ta’ l-akwakultura li joriġinaw fin-Niġerja (notifikata taħt id-dokument numru C(1998) 1851)Test bir-relevanza ŻEE
Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni tat-30 ta’ Ġunju 1998 li tistabbilixxi l-kondizzjonijiet speċjali li jirregolaw l-importazzjoni tal-prodotti tas-sajd u ta’ l-akwakultura li joriġinaw fin-Niġerja (notifikata taħt id-dokument numru C(1998) 1851)Test bir-relevanza ŻEE
ĠU L 190, 4.7.1998, p. 59–65
(ES, DA, DE, EL, EN, FR, IT, NL, PT, FI, SV) Dan id-dokument ġie ppubblikat f’edizzjoni(jiet) speċjali
(CS, ET, LV, LT, HU, MT, PL, SK, SL, BG, RO)
No longer in force, Date of end of validity: 30/04/2007; Imħassar b' 32006R1664
Relation | Act | Comment | Subdivision concerned | From | To |
---|---|---|---|---|---|
Repealed by | 32006R1664 |
Official Journal L 190 , 04/07/1998 P. 0059 - 0065
Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni tat-30 ta’ Ġunju 1998 li tistabbilixxi l-kondizzjonijiet speċjali li jirregolaw l-importazzjoni tal-prodotti tas-sajd u ta’ l-akwakultura li joriġinaw fin-Niġerja (notifikata taħt id-dokument numru C(1998) 1851) (Test bir-relevanza ŻEE) (98/420/KE) IL-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ, Wara li kkunsidrat it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea, Wara li kkunsidrat id-Direttiva tal-Kunsill 91/493/KEE tat-22 ta’ Lulju 1991 li tistabbilixxi l-kondizzjonijiet tas-saħħa għal produzzjoni u tqegħid fis-suq għal prodotti tas-sajd [1], kif l-aħħar emendata bl-Att ta’ l-Adeżjoni ta’ l-Awstrija, il-Finlandja u l-Isvezja, u partikolarment l-Artikolu 11 tagħha, Billi l-espert tal-Kummissjoni wettaq żjara ta’ l-ispezzjoni fin-Niġerja biex jivverifika l-kondizzjonijiet taħt liema l-prodotti tas-sajd huma prodotti, maħżuna u mibgħuta lejn il-Komunità; Billi d-disposizzjonijiet tal-leġislazzjoni tan-Niġerja dwar l-ispezzjoni tas-saħħa u s-sorveljar tal-prodotti tas-sajd jistgħu jkunu kkunsidrati bħala ekwivalenti għal dawk stabbiliti fid-Direttiva 91/493/KEE; Billi, fid-Dipartiment Federali tas-Sajd tan-Niġerja (DFS) tal-Ministeru Federali ta’ l-Agrikoltura u r-Riżorsi Naturali huma kapaċi li jivverifikaw effettivament l-applikazzjoni tal-liġijiet fis-seħħ; Billi l-proċedura għall-akkwist taċ-ċertifikat tas-saħħa referit fl-Artikolu 11(4)(a) tad-Direttiva 91/493/KEE għandu jkopri wkoll id-definizzjoni taċ-ċertifikat bħala kampjun, il-ħtiġiet minimi rigward il-lingwa(i) li fiha għandu jkun imfassal u l-grad tal-persuna bis-setgħa li tiffirmah; Billi, permezz ta’ l-Artikolu 11(4)(b) tad-Direttiva 91/493/KEE, marka għandha tkun imwaħħla mal-pakketti tal-prodotti tas-sajd li tagħti l-isem tal-pajjiż terz u n-numru ta’ l-approvazzjoni-reġistrazzjoni ta’ l-istabbiliment, vapur fabbrika, maħżen tas-silġ u vapur ta’ l-iffriżar ta’ l-oriġini; Billi, permezz ta’ l-Artikolu 11(4)(ċ) tad-Direttiva 91/493/KEE, lista ta’ l-istabbilimenti approvati, vapur fabbrika jew imħażen tas-silġ għandha tkun imħejjija; billi lista tal-vapuri tal-friża rreġistrati fis-sens tad-Direttiva tal-Kunsill 92/48/KEE [2] għandha tkun imħejjija; billi din il-lista għandha tkun imħejjija fuq il-bażi tal-komunikazzjoni mid-DFS lejn il-Kummissjoni; billi huwa għalhekk għad-DFS biex tassigura l-konformità mad-disposizzjonijiet stabbiliti għal dak l-għan fl-Artikolu 11(4) tad-Direttiva 91/493/KEE; Billi d-DFS ipprovdiet l-assikurazzjonjiet uffiċjali rigward il-konformità mar-regoli stabbiliti fil-Kapitolu V ta’ l-Anness tad-Direttiva 91/493/KEE u dwar il-ħarsien tal-ħtiġiet ekwivalenti għal dawk stabbiliti b’dik id-Direttiva għall-approvazzjoni jew għar-reġistrazzjoni ta’ l-istabbilimenti, vapuri fabbriki, imħażen tas-silġ jew vapuri tal-friża; Billi l-miżuri li hemm provvediment dwarhom f’din id-Deċiżjoni huma bi qbil ma’ l-opinjoni tal-Kumitat Veterinarju Permanenti, ADOTTAT DIN ID-DEĊIŻJONI: Artikolu 1 Id-Dipartiment Federali tas-Sajd (DFS) tal-Ministeru Federali ta’ l-Agrikoltura u r-Riżorsi Naturali għandu jkun l-awtorità kompetenti fin-Niġerja biex tivverifika u tiċċertifika l-konformità tal-prodotti tas-sajd u l-akwakultura mal-ħtiġiet tad-Direttiva 91/493/KEE. Artikolu 2 Il-prodotti tas-sajd u ta’ l-akwakultura li joriġinaw fin-Niġerja għandhom jilħqu l-kundizzjonijiet li ġejjin: 1. kull konsenja għandha tkun akkumpanjata b’ċertifikat oriġinali tas-saħħa nnumerat, mimli kif meħtieġ, iffirmat, bid-data u jkollu folja waħda bi qbil mal-mudell fl-Anness A ta’ hawnhekk; 2. il-prodotti għandhom jiġu minn stabbilimenti approvati, vapuri fabbrika, imħażen tas-silġ jew vapuri tal-friża rreġistrati, kif elenkati fl-Anness B ta’ hawnhekk; 3. ħlief fil-każ tal-prodotti tas-sajd iffriżati fil-massa u intiżi għal manifattura ta’ l-ikel ippriservat, il-pakketti kollha għandhom ikollhom fuqhom il-kelma ‘NIĠERJA’ u n-numru ta’ l-approvazzjoni-reġistrazzjoni ta’ l-istabbiliment, vapur fabbrika, imħażen tas-silġ jew vapur tal-friża ta’ l-oriġini, f’ittri li ma jitħassrux. Artikolu 3 1. Iċ-ċertifikati referiti fl-Artikolu 2(1) għandhom ikunu mħejjija mill-inqas f’lingwa waħda uffiċjali ta’ l-Istat Membru ta’ fejn jitwettqu l-verifiki. 2. Iċ-ċertifikati għandhom ikollhom fuqhom l-isem, il-pożizzjoni u l-firma tar-rappreżentant tad-DFS u t-timbru uffiċjali ta’ dik ta’ l-aħħar f’kulur differenti minn dak tal-kitba l-oħra. Artikolu 4 Dan id-Deċiżjoni hija indirizzata lill-Istati Membri. Magħmula fi Brussel, it-30 ta’ Ġunju 1998. Għall-Kummissjoni Franz Fischler Membru tal-Kummissjoni [1] ĠU L 268, 24.9.1991, p. 24. [2] ĠU L 187, 7.7.1992, p. 41. -------------------------------------------------- ANNESS A +++++ TIFF +++++ +++++ TIFF +++++ -------------------------------------------------- ANNESS B I. LISTA TA'L-ISTABBILIMENTI Szám | Név | Cím | FDF/E/01 | OCEAN FISHERIES LTD | IKORODU | FDF/E/02 | UNIVERSAL ASSOCIATES COMPANY LTD | LAGOS | FDF/E/03 | ORC FISHING AND FOOD PROCESSING LTD | LAGOS | FDF/E/04 | OLOKUN (PISCES) LTD | LAGOS | II. LISTA TA'L-IMĦAÆEN TAS-SILĠ Szám | Név | Cím | FDF/E/01 | OCEAN FISHERIES LTD | IKORODU | FDF/E/02 | SAVANNAH SHIPPING COMPANY NIG. LTD | LAGOS | FDF/E/03 | ORC FISHING AND FOOD PROCESSING LTD | LAGOS | FDF/E/04 | BANARLY NIG. LTD | LAGOS | FDF/E/06 | TARABAROZ FISHERIES LTD | LAGOS | FDF/E/07 | BENGUELA FISHING INDUSTRIES LTD | LAGOS | FDF/E/08 | UNITED FISHERIES LTD | LAGOS | FDF/E/09 | OBELAWO FARCHA INDUSTRIES LTD | LAGOS | III. LISTA TAL-BASTIMENTI Szám | Név (tulajdonos) | Kikötő | FDF/V/02-01 | ORC 1 | Olodi, Apapa | FDF/V/02-02 | Freedom | FDF/V/02-03 | Silver Streak | FDF/V/02-04 | Petunia | FDF/V/02-05 | Robin | FDF/V/02-06 | Magnolia | FDF/V/02-07 | Dahlia | | (ORC Fishing and Food Processing Ltd) | | FDF/V/03-01 | Susiah | Apapa, Lagos | FDF/V/03-02 | Ti Oluwani | FDF/V/03-03 | Oluwi | | (Honeywell Fisheries Ltd) | | FDF/V/04-01 | Banarly I | Apapa, Lagos | FDF/V/04-02 | Banarly II | FDF/V/04-03 | Banarly III | | (Banarly Nigeria Ltd) | | FDF/V/05-01 | HRV I | Ibafon, Apapa | FDF/V/05-02 | HRV II | FDF/V/05-03 | HRV III | | (HR Ventures Ltd) | | FDF/V/06-01 | Vaneesha | Apapa, Lagos | FDF/V/06-02 | Sonia | FDF/V/06-03 | Shiv | FDF/V/06-04 | Sea Princess | | (Ocean Fisheries Nig. Ltd) | | FDF/V/07-01 | Lecon I | Island, Apapa, Lagos | FDF/V/07-02 | Gloria | FDF/V/07-03 | Theo | FDF/V/07-04 | Taraba I | FDF/V/07-05 | Hanatu | | (Tarabaroz Fisheries Ltd) | | FDF/V/08-01 | Kulak I | Apapa, Lagos | FDF/V/08-02 | Kulak II | FDF/V/08-03 | Kulak III | FDF/V/08-04 | Kulak IV | FDF/V/08-05 | Kulak V | FDF/V/08-06 | Kulak VI | | (Kulak Trades and Ind. plc) | | FDF/V/09-01 | Magami I | Tincan Wharf, Lagos | FDF/V/09-02 | Magami II | | (Magami Trawlers Ltd) | | FDF/V/10-01 | Oke-Oghene I | Apapa, Lagos | FDF/V/10-02 | Oke-Oghene II | | (Emosin General Ent. Ltd) | | FDF/V/11-01 | Mountaha | Apapa, Lagos | FDF/V/11-02 | Mustapha | | (Dalia Farms Nig. Ltd) | | FDF/V/12A-01 | Madam Tinubu | Apapa, Lagos | FDF/V/12A-02 | Bisola | FDF/V/12A-03 | M/Emotan | FDF/V/12A-04 | Awele | FDF/V/12A-05 | Dada | FDF/V/12A-06 | Fatu | FDF/V/12A-07 | Lady Anne | FDF/V/12A-08 | Binta | FDF/V/12A-09 | Omolara | FDF/V/12A-10 | M/Asiya | | (Intercontinental Fishing Nig. Ltd) | | FDF/V/12B-11 | Tulip | Apapa, Lagos | FDF/V/12B-12 | Chenny | FDF/V/12B-13 | Pearl | | (Savannah Shipping Company Nig. Ltd) | | FDF/V/12C-14 | Lily I | Apapa, Lagos | FDF/V/12C-15 | Lily II | | (Intra Fisheries Nig. Ltd) | | FDF/V/12D-16 | Lily III | Apapa, Lagos | FDF/V/12D-17 | Lily IV | FDF/V/12D-18 | Universal IV | FDF/V/12D-19 | Universal V | FDF/V/12D-20 | Queen Amina | FDF/V/12D-21 | Silvermaid I | FDF/V/12D-22 | Silvermaid II | FDF/V/12D-23 | Lotus I | FDF/V/12D-24 | Lotus II | FDF/V/12D-25 | | | (Atlantic Shrimpers Ltd) | | FDF/V/12E-26 | Universal I | Apapa, Lagos | | (Universal Fishing Company Nig. Ltd) | | FDF/V/12F-27 | Lotus III | Apapa, Lagos | FDF/V/12F-28 | Lotus IV | | (Paramount Frozen Food Ltd) | | FDF/V/12G-29 | Cosmos I | Apapa, Lagos | FDF/V/12G-30 | Cosmos II | FDF/V/12G-31 | Cosmos III | FDF/V/12G-32 | Cosmos IV | FDF/V/12G-33 | Cosmos V | FDF/V/12G-34 | Cosmos VI | FDF/V/12G-35 | Cosmos VII | FDF/V/12G-36 | Cosmos VIII | | (Cosmos Fishing Company Ltd) | | FDF/V/12G-37 | Silvermaid III | Apapa, Lagos | FDF/V/12G-38 | Silvermaid IV | | (Nigeria Fishing Company Nig. Ltd) | | FDF/V/12H-39 | Sea Queen | Apapa, Lagos | | (Primlaks Frozen Food Products Ltd) | | FDF/V/12J-40 | Rose I | Apapa, Lagos | FDF/V/12J-41 | Rose II | FDF/V/12J-42 | Rose III | FDF/V/12J-43 | Rose IV | | (Universal Associate Company Ltd) | | FDF/V/13-01 | Benguela I | Apapa, Lagos | FDF/V/13-02 | Benguela II | | (Benguela Fishing Company Ltd) | | FDF/V/14-01 | Unicorn I | Port Harcourt | FDF/V/14-02 | Unicorn II | FDF/V/14-03 | Unicorn III | FDF/V/14-04 | Unicorn IV | FDF/V/14-05 | Unicorn V | FDF/V/14-06 | Kingfisher VII | | (Offshore Trawlers Ltd) | | --------------------------------------------------