Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 31998D0392

Id-Deċiżjoni tal-Kunsill tat-23 ta' Marzu 1998 li tirrigwarda l-konklużjoni mill-Komunità Ewropea tal-Konvenzjoni tan-Nazzjonijiet Uniti tal-10 ta' Diċembru 1982 dwar il-Liġi tal-Baħar u l-Ftehim tat-28 ta' Lulju 1994 li għandu x'jaqsam ma' l-implimentazzjoni tal-Parti XI tiegħu

ĠU L 179, 23.6.1998, p. 1–2 (ES, DA, DE, EL, EN, FR, IT, NL, PT, FI, SV)

Dan id-dokument ġie ppubblikat f’edizzjoni(jiet) speċjali (CS, ET, LV, LT, HU, MT, PL, SK, SL, BG, RO, HR)

Legal status of the document In force: This act has been changed. Current consolidated version: 23/06/1998

ELI: http://data.europa.eu/eli/dec/1998/392/oj

Related international agreement
Related international agreement

31998D0392



Official Journal L 179 , 23/06/1998 P. 0001 - 0002


Id-Deċiżjoni tal-kunsill

tat-23 ta' Marzu 1998

li tirrigwarda l-konklużjoni mill-Komunità Ewropea tal-Konvenzjoni tan-Nazzjonijiet Uniti tal-10 ta' Diċembru 1982 dwar il-Liġi tal-Baħar u l-Ftehim tat-28 ta' Lulju 1994 li għandu x'jaqsam ma' l-implimentazzjoni tal-Parti XI tiegħu

(98/392/KE)

IL-KUNSILL TA' L-UNJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidra t-Trattat li jistabbilixxi l-Komunitajiet Ewropej, u b' mod partikolari l-Artikoli 43, 113 u 130s(1), f'għaqda ma' l-ewwel sentenza ta' l-Artikolu 228(2) u t-tieni subparagrafu ta' l-Artikolu 228(3) tiegħu,

Wara li kkunsidra l-proposta mill-Kummissjoni [1],

Wara li kkunsidra l-kunsens tal-Parlament Ewropew [2],

Billi l-Komunità Ewropea hija firmatarja tal-Konvenzjoni tan-Nazzjonijiet Uniti dwar il-Liġi tal-Baħar (minn issa ‘l quddiem imsejħa "l-Konvenzjoni") u tal-Ftehim li għandu x'jaqsam ma' l-implimentazzjoni tal-Parti XI tiegħu (minn issa ‘l quddiem imsejjaħ "il-Ftehim");

Billi l-Konvenzjoni u l-Ftehim daħlu fis-seħħ u maġġoranza ta' l-Istati Membri tal-Komunità tagħmel parti minnhom; billi fl-Istati Membri l-oħra għaddej il-proċess tar-ratifika;

Billi ġew imwettqa l-kondizzjonijiet li jippermettu lill-Komunità li tiddepożita l-istrument tal-konferma formali msemmi fl-Artikolu 3 ta' l-Anness IX ta' mal-Konvenzjoni u rriferit fl-Artikolu 4(4) tal-Ftehim;

Billi l-Komunità ilha tapplika provviżorjament il-Ftehim u l-Parti XI tal-Konvenzjoni mis-16 ta' Novembru 1994 u presentement hija membru provviżorju ta' l-Awtorità Internazzjonali dwar il-Qiegħ tal-Baħar;

Billi l-Konvenzjoni u l-Ftehim għandhom jiġu approvati sabiex jgħinu lill-Komunità ssir parti tagħhom fil-limiti tal-kompetenza tagħha;

Billi meta tiddepożita l-istrument tal-konferma formali, il-Komunità trid ukoll tiddepożita dikjarazzjoni li tispeċifika l-materji rregolati mill-Konvenzjoni u mill-Ftehim li rigward tagħhom il-kompetenza ġiet ittrasferita lilha mill-Istati Membri tagħha u dikjarazzjoni skond l-Artikolu 310 tal-Konvenzjoni;

Billi f'dan l-istadju l-Komunità ma tridx li tagħżel proċedura speċifika għall-qtugħ tal-kontroversji skond l-Artikolu 287 tal-Konvenzjoni; billi, madankollu, din id-deċiżjoni għad trid tiġi rriveduta f'perjodu speċifikat taż-żmien;

Billi l-Komunità u l-Istati Membri tagħha huma involuti fil-ħidma ta' l-Awtorità Internazzjonali dwar Qiegħ il-Baħar u għalhekk trid tikkoordina l-posizzjonijiet illi jieħdu f'din l-organizzazzjoni,

IDDEĊIDIET DAN LI ĠEJ:

Artikolu 1

1. Il-Konvenzjoni tan-Nazzjonijiet Uniti dwar il-Liġi tal-Baħar u l-Ftehim li għandu x'jaqsam ma' l-implimentazzjoni tal-Parti XI tagħha huma hawnhekk approvati f'isem il-Komunità Ewropea.

2. It-testi tal-Konvenzjoni u tal-Ftehim jidhru fl-Anness I.

3. L-istrument Komunitarju tal-konferma formali, li jidher fl-Anness II, għandu jiġi ddepożitat għand is-Segretarju Ġenerali tan-Nazzjonijiet Uniti. Għandu jikkomprendi dikjarazzjoni skond l-Artikolu 310 tal-Konvenzjoni u dikjarazzjoni ta' kompetenza.

Artikolu 2

Il-Komunità u l-Istati Membri tagħha għandhom jikkordinaw il-posizzjonijiet li jadottaw f'korpi ta' l-Awtorità Internazzjonali dwar Qiegħ il-Baħar b'mod konformi mal-proċedura preskritta fl-Anness III.

Artikolu 3

Il-President tal-Kunsill huwa hawnhekk awtorizzat li jinnomina l-persuna mogħtija l-poter li tiddepożita l-istrument tal-konferma formali sabiex jorbot lill-Komunità.

Din id-Deċiżjoni għandha tiġi ppubblikata fil-Ġurnal Uffiċjali tal-Komunitajiet Ewropej.

Magħmula fi Brussel, fit-23 ta' Marzu 1998.

Għall-Kunsill

Il-President

M. Meacher

[1] ĠU C 155, tat-23.5.1997, p. 1.

[2] ĠU C 325, tas-27.10.1997, p. 14.

--------------------------------------------------

Top