EUR-Lex Access to European Union law

Back to EUR-Lex homepage

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 31998D0083

Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni tat-8 ta’ Jannar 1998 li tagħraf ċerti pajjiżi terzi u ċerti żoni ta’ pajjiżi terzi bħala ħielsa mill-Xanthomonas campestris (ir-razez kollha patoġeniċi għaċ-Ċitru), iċ-Cercospora angolensis Carv. et Mendes u l-Guignardia citricarpa Kiely (ir-razez kollha patoġeniċi għaċ-Ċitru)

ĠU L 15, 21.1.1998, p. 41–42 (ES, DA, DE, EL, EN, FR, IT, NL, PT, FI, SV)

Dan id-dokument ġie ppubblikat f’edizzjoni(jiet) speċjali (CS, ET, LV, LT, HU, MT, PL, SK, SL)

Legal status of the document No longer in force, Date of end of validity: 07/07/2006; Imħassar b' 32006D0473 Id-data tat-tmiem tal-validità hija bbażata fuq id-data tal-pubblikazzjoni tal-att li jħassar li jidħol fis-seħħ fid-data tan-notifika tiegħu. L-att li jħassar kien innotifikat iżda d-data tan-notifika mhix disponibbli fil-EUR-Lex – minflok hija użata d-data tal-pubblikazzjoni.

ELI: http://data.europa.eu/eli/dec/1998/83(1)/oj

31998D0083



Official Journal L 015 , 21/01/1998 P. 0041 - 0042


Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni

tat-8 ta’ Jannar 1998

li tagħraf ċerti pajjiżi terzi u ċerti żoni ta’ pajjiżi terzi bħala ħielsa mill-Xanthomonas campestris (ir-razez kollha patoġeniċi għaċ-Ċitru), iċ-Cercospora angolensis Carv. et Mendes u l-Guignardia citricarpa Kiely (ir-razez kollha patoġeniċi għaċ-Ċitru)

(98/83/KE)

IL- KUMMISSJONI TAL- KOMUNITAJIET EWROPEJ,

Wara li kkunsidrat it-Trattat li jistabbilixi l-Komunità Ewropea,

Wara li kkunsidrat id-Direttiva tal-Kunsill 77/93/KEE tal-21 ta’ Diċembru 1976 dwar miżuri protettivi kontra d-dħul fil-Komunità ta’ organiżmi perikolużi għall-pjanti jew għall-prodotti mill-pjanti u kontra l-firxa tagħhom ġewwa l-Komunità [1], kif l-aħħar emendata bid-Direttiva tal-Kummissjoni 97/14/KE [2], u b’mod partikolari il-punti 16.2, 16.3 u 16.3(a) tat-Taqsima I tal-Parti A ta’ l-Anness IV magħha,

Billi l-punti 16.2, 16.3 u 16.3(a) tat-Taqsima I, tal-Parti A ta’ l-Anness IV fihom referenza għall-frott taċ-Citrus L., il-Fortunella Swingle, il-Poncirus Raf. u l-ibridi tagħhom li joriġinaw f’pajjiżi terzi fejn il-Xanthomonas campestris (ir-razez kollha patoġeniċi għaċ-ċitru), iċ-Cerkospora angolensis Carv. et Mendes jew il-Giugnardia citricarpa Kiely (ir-razez kollha patoġeniċi għaċ-ċitru) huma magħrufa li jiġru;

Billi dawn id-dispożizzjonijiet għandhom jiġu rrinfurzati; billi mod wieħed kif isir dan huwa li jiġu stabbiliti l-pajjiżi terzi li huma magħrufa bħala ħielsa mill-Xanthomonas campestris (ir-razez kollha patoġeniċi għaċ-ċitru), Cercospora angolensis Carv. Et Mendes u Guignardia citricarpa Kiely (ir-razez kollha patoġeniċi għaċ-ċitru) u biex jistabbilixxu ż-żoni ħielsa minn dawn l-organiżmi perikolużi fil-pajjiżi terzi fejn huma magħrufa li jiġru;

B’konsiderazzjoni għat-tagħrif ipprovvdut mill-Organizzazzjoni Ewropea u Mediterranja għall-Protezzjoni tal-Pjanti u ċ-‘Ċentru Internazzjonali ta’ l-Agrikoltura u l-Bioxjenza’;

Billi din id-Deċiżjoni hija mingħajr preġudizzju għal kull sejba sussegwenti li wieħed jew aktar mill-organiżmi perikolużi rispettivi jiġru fil-pajjiżi terzi jew f’żoni interessati ta’ pajjiżi terzi;

Billi l-Kummissjoni trid tiżgura illi l-pajjiżi terzi interessati jipprovdu t-tagħrif tekniku kollu meħtieġ għall-monitoraġġ tas-sitwazzjoni;

Billi l-miżura pprovvduta f’din id- Direttiva hija skond l-opinjoni tal-Kumitat Permanenti tas-Saħħa tal-Pjanti,

ADOTTAT DIN ID- DEĊIŻJONI:

Artikolu 1

Huwa hawnhekk iddikjarat illi l-pajjiżi terzi li ġejjin huma magħrufa bħala ħielsa mir-razez kollha tal-Xanthomonas campestris patoġeniċi għaċ-ċitru:

- il-pajjiżi kollha li jkabbru ċ-ċitru huma fir-reġjun Ewro-Mediterranj, li jinkludu l-Ewropa, l-Alġerija, Ċipru, l-Iżrael, il-Libja, Malta, il-Marokk, it-Tuniżija u t-Turkija,

- fl-Afrika: l-Afrika ta’ Isfel, il-Gambia, il-Ghana, il-Guinea, il-Kenya, is-Sudan, is-Swaziland u ż-Zimbabwe,

- fl-Amerika Ċentrali u ta’ Isfel u l-Karibew: il-Bahamas, il-Belize, iċ-Ċilì, il-Kolombja, il-Costa Rica, Cuba, l-Ekwador, il-Honduras, il-Ġamajka, il-Messiku, in-Nicaragua, il-Perù, ir-Repubblika Dominikana, Santa Lucia, El Salvador, is-Surinam u l-Venezuela.

Artikolu 2

Huwa hawnhekk iddikjarat illi ż-żoni li ġejjin huma magħrufa bħala ħielsa mir-razez kollha tal-Xanthomonas campestris patoġeniċi għaċ-ċitru:

- fl-Arġentina: il-Catamarca, il-Jujuy, is-Salta u t-Tucumin,

- fl-Awstralja: in-New South Wales, Queensland, is-South Awstralja u l-Victoria,

- fil-Brażil: Sao Paulo, bl-eċċezzjoni tal-Presidente Prudente,

- Fl-Istati Uniti: l-Ariżona, California, Florida (bl-eċċezzjoni tal-Kontea Dade u l-Kontea Manatee), Guam, Hawaii, Louisiana, il-Gżejjer Marjana tat-Tramuntana, Puerto Rico, is-Samoa Amerikana, Texas u l-Gżejjer Virgin ta’ l-Istati Uniti,

- iż-żoni kollha ta’ l-Urugwaj, bl-eċċezzjoni tad-Dipartmenti Salto, Riviera u Paysandu, fit-tramuntana tax-Xmara Chapicuy.

Artikolu 3

Huwa hawnhekk iddikjarat illi l-pajjiżi terzi li ġejjin huma magħrufa bħala ħielsa miċ- Ċerkospora angolensis Carv. et Mendes:

- il-pajjiżi terzi kollha li jkabbru ċ-ċitru fl-Amerika ta’ Fuq, Ċentrali u ta’ Isfel, il-Karibew, l-Asja (bl-eċċezzjoni tal-Jemen), l-Ewropa u l-Oċeanja,

- il-pajjiżi terzi kollha li jkabbru ċ-ċitru fl-Afrika bl-eċċezzjoni ta’ l-Angola, il-Cameroon, ir-Repubblika Afrikana Ċentrali, ir-Repubblika Demokratika tal-Kongo, il-Gabon, il-Guinea, il-Kenya, il-Mozambique, in-Nigeria, l-Uganda, iż- Zambia u ż-Żimbabwe.

Artikolu 4

Huwa hawnhekk iddikjarat illi l-pajjiżi terzi li ġejjin huma magħrufa bħala ħielsa mir-razez kollha tal-Guinardia citricarpa Kiely patoġeniċi għaċ-ċitru:

- il-pajjiżi terzi kollha li jkabbru ċ-ċitru fl-Amerika ta’ Isfel, Ċentrali u ta’ Isfel, il-Karibew u l-Ewropa,

- il-pajjiżi terzi kollha li jkabbru ċ-ċitru fl-Asja, bl-eċċezzjoni tal-Bhutan, iċ-Ċina, l-Indonesja, il-Filippini u t-Tajwan,

- il-pajjiżi terzi kollha li jkabbru ċ-ċitru fl-Afrika, bl-eċċezzjoni ta’ l-Afrika ta’ Isfel, il-Kenya, il-Mozambique, iż-Żambja u ż-Żimbabwe,

- il-pajjiżi terzi kollha li jkabbru ċ-ċitru fl-Oċeanja, bl-eċċezzjoni ta’ l-Awstralja, New Zealand u l-Vanuatu.

Artikolu 5

Huwa hawnhekk iddikjarat illi ż-żoni li ġejjin huma magħrufa bħala ħielsa mir-razez kollha tal-Guinardia citricarpa Kiely patoġeniċi għaċ-ċitru:

- fl-Afrika ta’ Isfel: il-Western Cape

- fl-Awstralja: is-South Awstralja, il-Western Awstralja u n-Northern Territory,

- fiċ-Ċina: iż-żoni kollha bl-eċċezzjoni tas-Sichuan, il-Yunnan, il-Guangdong, il-Fujian u ż-Żhejiang.

Artikolu 6

Din i-Deċiżjoni hija indirizzata lill-Istati Membri.

Magħmula fi Brussel, fit-8 ta’ Jannar 1998.

Għall-Kummissjoni

Franz Fischler

Membru tal-Kummissjoni

[1] ĠU L 26, tal-31.1.1977, p. 20.

[2] ĠU L 87, tat-2.4.1997, p. 17.

--------------------------------------------------

Top