Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 31997R1065

Ir-Regolament tal-Kummissijoni (KEE) Nru. 1065/97 tat-12 ta’ Ġunju 1997 li jissupplimenta l-Anness mar-Regolament (KE) Nru. 1107/96 dwar ir-reġistrazzjoni ta’ l-indikazzjonijiet ġeografiċi u d-denominazzjoni ta' l-oriġini skond il-proċedura stabbilita fl-Artikolu 17 tar-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru. 2081/92Test b’relevanza għaż-ŻEE

ĠU L 156, 13.6.1997, p. 5–6 (ES, DA, DE, EL, EN, FR, IT, NL, PT, FI, SV)

Dan id-dokument ġie ppubblikat f’edizzjoni(jiet) speċjali (CS, ET, LV, LT, HU, MT, PL, SK, SL, BG, RO, HR)

Legal status of the document In force

ELI: http://data.europa.eu/eli/reg/1997/1065/oj

31997R1065



Official Journal L 156 , 13/06/1997 P. 0005 - 0006


Ir-Regolament tal-Kummissijoni (KEE) Nru. 1065/97

tat-12 ta’ Ġunju 1997

li jissupplimenta l-Anness mar-Regolament (KE) Nru. 1107/96 dwar ir-reġistrazzjoni ta’ l-indikazzjonijiet ġeografiċi u d-denominazzjoni ta' l-oriġini skond il-proċedura stabbilita fl-Artikolu 17 tar-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru. 2081/92

(Test b’relevanza għaż-ŻEE)

IL-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ,

Wara li kkunsidrat it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru. 2081/92 ta' l-14 ta’ Lulju 1992 dwar il-protezzjoni ta’ l-indikazzjonijiet ġeografiċi u d-denominazzjoni ta' l-oriġini għall-prodotti u l-oġġetti ta' l-ikel agrikoli [1], kif emendat bir-Regolament (KE) Nru. 535/97 [2], u b’mod partikolari l-Artikolu 17 (2) tiegħu,

Billi għall-ċerti ismijiet innotofikati mill-Istati Membri skond Artikolu 17 tar-Regolament (KEE) Nru. 2081/92 ġie mitlub tagħrif addizzjonali sabiex jiġi żgurat illi kienu jħarsu l-Artikolu 2 u 4 ta’ dan ir-Regolament; billi dan it-tagħrif addizzjonali juri illi l-ismijiet iħarsu l-Artikoli msemmija; billi għalhekk għandhom jiġu rreġistrati u miżjuda fl-Anness tar-Regolament tal-Kummissjoni (KEE) Nru. 1107/96 [3], kif l-aħħar emendat bir-Regolament (KE) Nru. 123/97 [4];

Billi, wara l-adeżjoni ta’ tliet Stati Membri ġodda, il-perjodu taż-żmien ta’ sitt xhur maħsub fl-Artikolu 17 tar-Regolament (KEE) Nru 2081/92 għandu jibda mid-data ta’ l-adeżjoni; billi wħud mill-ismijiet innotifikati minn dawn l-Istati Membri jħarsu l-Artikoli 2 u 4 ta’ dan ir-Regolament u għandhom għalhekk jiġu rreġistrati;

Billi l-isem ‘ Speck dell’Alto Adige’ jirrigwarda lokalità ġeografika fil-konfini fejn huma mitkellma żewġt ilsna; billi, ġaladarba japplika għalhekk l-Artikolu 5 (5), l-Istati Membri fil-kwistjoni kkonsultaw lil xulxin u waslu għall-ftehim; billi, l-isem diġà ġie rreġistrat bit-Taljan, irid jiġi rreġistrat bil-Ġermaniż ukoll;

Billi l-miżuri pprovduti f'dan ir-Regolament huma skond l-opinjoni tal-Kumitat Regolatorju dwar l-Indikazzjonijiet Ġjografiċi u l-Ismijiet ta' l-Oriġini,

ADOTTAT DAN IR--REGOLAMENT:

Artikolu 1

L-ismijiet fl-Anness ma’ dan ir-Regolament huma hawnhekk miżjuda fl-Anness mar-Regolament (KE) Nru 1107/96.

Artikolu 2

L-isem ‘Speck dell’Alto Adige’ huwa hawnhekk irreġistrat bil-Ġermaniż bħala ‘Südtiroler Markenspeck’ jew ‘Südtiroler Speck’.

Artikolu 3

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fil-jum tal-pubblikazzjoni tiegħu fil-Ġurnal Uffiċjali tal-Komunitajiet Ewropej.

Dan ir-Regolament għandu jkun jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussel, fit-12 ta' Ġunju 1997.

Għall-Kummissjoni

Franz Fischler

Membru tal-Kummissjoni

[1] ĠU Nru L 208, 24. 7. 1992, p. 1.

[2] ĠU Nru L 83, 25. 3. 1997, p. 3.

[3] ĠU Nru L 148, tal-21. 6. 1996, p. 1.

[4] ĠU Nru L 22, 24. 1. 1997, p. 19.

--------------------------------------------------

ANNESS

A. IL-PRODOTTI MAĦSUBA GĦALL-KONSUM MILL-BNIEDEM ELENKATI FL-ANNESS II MAT-TRATTAT

Prodotti bbażati fuq il-laħam

L-ITALJA

"— Prosciutto di Norcia (IĠP)"

L-AWSTRIJA

"— Tiroler Speck (IĠP)"

Il-Ġobnijiet

L-AWSTRIJA

"— Tiroler Bergkäse (DPO)

— Vorarlberger Alpkäse (DPO)

— Vorarlberger Bergkäse (DPO)"

L-OLANDA

"— Boeren-Leidse met sleutels (DPO) [1]."

Prodotti oħra ta' oriġini mill-annimali (il-bajd, il-għasel, il-prodotti mill-ħalib għajr il-butir, eċċ.)

FRANZA

"— Miel de Sapin des Vosges (DPO)"

Iż-Żejt taż-żebbuġa

IL-GREĊJA

"— (Kalamata) (OEM)

— (Il-Kolymvari Hanion ta' Kreta) (OEM) [2], [3]

L-ITALJA

"— Bruzio (DPO)

— Cilento (DPO)

— Colline Salernitane (DPO)

— Penisola Sorrentina (DPO)"

Il-Frott, il-ħaxix ta' l-ikel u ċ-ċereali

IL-GREĊJA

"— It-tuffieħ ta' belludja

(Il-Mila Delicious Pilafa de Tripoli) (DPO)"

FRANZA

"— Lentille verte du Puy (DPO)"

L-ITALJA

"— Lenticchia di Castelluccio di Norcia (IĠP)"

L-AWSTRIJA

"— Waldviertler Graumohn (DPO)."

[1] Il-protezzjoni ta' l-isem “Leidse” mhijiex imfittxa

[2] Il-protezzjoni ta' l-isem “Hanion” mhix imfittxa

[3] Il-protezzjoni ta' l-isem “Kritis” mhix imfittxa"

--------------------------------------------------

Top