EUR-Lex Access to European Union law

Back to EUR-Lex homepage

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 31997D0836

Id-Deċiżjoni tal-Kummissoni tas-27 ta' Novembru bil-ħsieb ta' l-adeżjoni tal-Komunità Ewropea mal-Ftehim tal-Kummissjoni Ekonomika tan-Nazzjonijiet Uniti għall-Ewropa li tikkonċerna l-addozzjoni tal-preskrizzjonijet tekniċi uniformi għall-vetturi bir-roti, tagħmir u partijiet liema jistgħu ikunu iffittjati ma' u/jew ikunu wżati ma' vetturi bir-roti u l-kondizzjonijet reċiproċi ta' l-approvazzjonijiet mogħtija fuq il-bażi ta' dawn il-preskrizzjonijet (Ftehim Rivedut ta' l-1958)

ĠU L 346, 17.12.1997, p. 78–94 (ES, DA, DE, EL, EN, FR, IT, NL, PT, FI, SV)

Dan id-dokument ġie ppubblikat f’edizzjoni(jiet) speċjali (CS, ET, LV, LT, HU, MT, PL, SK, SL, BG, RO, HR)

Legal status of the document In force: This act has been changed. Current consolidated version: 17/09/2013

ELI: http://data.europa.eu/eli/dec/1997/836/oj

Related international agreement

31997D0836



Official Journal L 346 , 17/12/1997 P. 0078 - 0094


Id-Deċiżjoni tal-Kummissoni

tas-27 ta' Novembru

bil-ħsieb ta' l-adeżjoni tal-Komunità Ewropea mal-Ftehim tal-Kummissjoni Ekonomika tan-Nazzjonijiet Uniti għall-Ewropa li tikkonċerna l-addozzjoni tal-preskrizzjonijet tekniċi uniformi għall-vetturi bir-roti, tagħmir u partijiet liema jistgħu ikunu iffittjati ma' u/jew ikunu wżati ma' vetturi bir-roti u l-kondizzjonijet reċiproċi ta' l-approvazzjonijiet mogħtija fuq il-bażi ta' dawn il-preskrizzjonijet

("Ftehim Rivedut ta' l-1958")

(97/836/KE)

IL-KUNSILL TA' L-UNJONI EWROPEA,

Wara li kunsidra t-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea, u b'mod partikolari l-Artikoli 100a u 113 tat-Trattat, flimkien ma' l-Artikolu 228(2), l-ewwel sentenza, l-Artikolu 228(3), tieni sub-inċiż, u l-Artikolu 228(4) tat-Trattat,

Wara li kunsidra l-proposta mill-Kummissjoni [1],

Wara li kunsidra il-kunsens tal-Parlament Ewropew [2],

(1) Billi, fid-Deċiżjoni tiegħu tat-23 ta' Ottubru 1990, il-Kunsill awtorizza l-Kummissjoni biex tieħu sehem fin-negozjati li jikkonċernaw ir-riviżjoni tal-Ftehim tal-Kummissjoni Ekonomika tan-Nazzjonijet Uniti (ECE) li jikkonċerna l-addozzjoni tal-kondizzjonijiet uniformi ta' l-approvazzjoni u r-rikonoxximent reċiproku ta' l-approvazzjoni tat-taghmir u l-partijiet tal-karrozza, magħmulin f'Ġinevra fl-20 ta' Marzu 1958;

(2) Billi l-Ftehim tal-1958 ġie rivedut;

(3) Billi, bħala riżultat tan-negozjati msemmija qabel, il-Komunità għandha l-għażla li ssir Parti Kontraenti mal-Ftehim Rivedut fil-kapaċita tagħha bħala organizzazzjoni ta' integrazzjoni ekonomika reġjonali għal-liema l-Istati Membri trasferew il-poteri fil-qasam kopert bil-Ftehim;

(4) Billi l-adeżjoni fil-Ftehim Rivedut jikkostitwixxi għan għall-politika komuni tal-kummerċ b'mod konformi ma' l-Artikolu 113 tat-Trattat biex ineħħi l-barrieri tekniċi għall-kummerċ fil-karrozzi bejn Partijiet Kontraenti; billi involviment mill-Komunita irid iżid il-piż ma' l-armonizzazzjoni ta' l-attivitajiet li saru skond dak il-Ftehim u għandhom għalhekk jippermettu aċċess eħfef għas-swieq ta' pajjiżi terzi; billi dan l-involviment irid jirriżulta fit-twaqqif ta' konsistenza bejn l-istrumenti riferuti bħala r-"Regolamenti", addottati taħt il-Ftehim Rivedut, u l-leġislazzjoni tal-Komunità f'dan il-qasam;

(5) Billi l-approvazzjoni tal-karrozzi u l-armonizzazzjoni teknika ssir fuq il-bażi ta' Direttivi li jikkonċernaw sistemi ta' vetturi, komponenti u unitajiet tekniċi separati skond l-Artikolu 100a tat-Trattat, liema tikkonċerna t-twaqqif u t-tħaddim tas-suq intern; billi, mill-1 ta' Jannar fir-rigward tal-kategorija tal-vetturi M1, l-armonizzazzjoni hi totali u mandatorja fit-tifsira tad-Direttiva tal-Kunsill 70/156/KEE tas-6 ta' Frar 1970 fuq l-appromizzazzjoni tal-liġijiet ta' l-Istati Membri li jirrelataw mat-tip ta' approvazzjoni ta' karozzi u t-trejlers tagħhom [3] u d-Direttivi separati fuq din il-kategorija ta' vettura;

(6) Billi l-adeżjoni fil-Ftehim Rivedut mill-Komunità teħtieġ emendi għall-istrumenti addottati b'mod konformi mal-proċedura provduta fl-Artikolu 189b tat-Trattat; billi l-kunsens tal-Parlament Ewropew hu għalhekk meħtieġ;

(7) Billi l-istumenti riferuti bħala r-"Regolamenti" addottati fl-entitajiet skond il-Ftehim tar-Revediment għandhom jorbtu lill-Komunità fl-iskadenza tal-perjodu ta' sitt xhur wara n-notifikazzjoni tagħhom jekk il-Komunità għad m'għamlitx magħrufa l-opposizzjoni tagħha għalihom, billi hi għandha għalhekk tistipula li l-vot tal-Komunità li jikkonċerna t-tali strumenti għandu jkun preċedut bid-deċiżjoni addottata b'mod konformi ma' l-istess proċedura bħal dik li tapplika għall-Adeżjoni tal-Ftehim Rivedut, jekk dawk l-istrumenti ma jikkostitwux sempliċiment addozzjoni għall-progress tekniku;

(8) Billi, madankollu, jassumi li l-addozzjoni ta' regolament ta' dan it-tip sempliciment tikkostitwixxi addozzjoni għall-progress tekniku, l-vot tal-Komunità għandu jiġi deċiż b'mod konformi mal-proċedura wżata għall-addozzjonijet tekniċi lid-Direttivi fuq it-tip ta' approvazzjoni tal-vetturi;

(9) Billi hu xieraq biex tistabbilixxi arranġamenti prattiċi fir-rigward ta' l-involviment tal-Komunità u ta' l-Istati Membri fil-Ftehim Rivedut;

(10) Billi l-Ftehim Rivedut jipprovdi għall-proċedura sempliċi għall-emendi tiegħu; billi forma ta' teħid ta' deċiżjoni fil-livell Komunità għandha tkun mibdija billi jieħdu kont tal-limitazzjonijiet ta' dik il-proċedura;

(11) Billi, kif meħtieġ fil-Ftehim Rivedut, kwalunkwe' Parti Kontratanti ġdida għandha għażla, meta titfa' l-istrumenti tagħha tas-sħubija, li tiddikjara b'mod impenjattiv li għandha l-ħsieb li ma tkunx marbuta b'ċerti Regolamenti UN/ECE ta' liema hi trid tagħti d-dettalji; billi il-Komunità tixtieq li tagħmel użu mid-dispożizzjoni biex teċċedi immedjatament mal-lista ta' Regolamenti konsidrati li huma essenzali għat-tħaddim tajjeb tas-sistema ta' approvazzjoni tal-vetturi, kif definuti qabel fid-Direttivi 70/156/KEE, 74/150/KEE [4] u 92/61/KE [5], u in vista' ta' l-importanza fir-rigward ta' l-approvazzjoni tal-vetturi fil-livell tal-Komunità u, l-istess, fl-livell internazzjonali, biex teżamina l-iskop għall-adeżjoni sussegwenti għar-Regolamenti l-oħrajn fuq bażi ta' każ b'każ;

(12) Billi l-adeżjoni ma tippreġudikax l-għażla tat-twaqqif ta' l-applikazzjoni tar-Regolamenti UN/ECE stabbiliti fil-lista aċċettata mill-Komunità, kif provduta fl-Artikolu 1(6) tal-Ftehim Rivedut; billi t-tali twaqqif ħa jikkonċerna b'mod partikolari l-każi fejn il-Komunità taddotta valuri limitati iktar strinġenti għal min iħammeġ u min ikun responsabbli ghal emmissjonijiet tal-ħoss u filwaqt li r-Regolamenti UN/ECE korrispondenti m'humiex emendati kif jixraq;

(13) Billi, fejn il-Komunità teċċedi mhux għar-Regolamenti UN/ECE kollha, imma għal-lista definita tat-tali Regolamenti konsidrati essenzali għat-tħaddim tajjeb tal-proċedura ta' l-approvazzjoni tat-tip ta' vettura, dawk l-Istati Membri li jinkitbu għat-tali Regolamenti għal-liema l-Komunità ma taċċedix m'għandhomx ikunu permessi biex ikomplu jimmaniġaw u jiżviluppaw dawk ir-Regolamenti;

(14) Billi, skond l-Artikolu 234 tat-Trattat, Stati Membri għandhom jassiguraw li bħalissa m'hemm l-ebda inkompatibbilita bejn ir-Regolamenti UN/ECE iffirmati qabel, imma għal-liema l-Komunita ma sseħbitx, u l-leġislazzjoni kurrenti korrispondenti tal-Komunità;

(15) Billi l-kitba fir-Regolamenti UN/ECE mill-Istati Membri m'għandhiex tkun inkompatibbli mad-dispożizzjonijiet tad-Direttivi 70/156/KEE, 74/150/KEE u 92/61/KEE, u għandha tieħu kont tal-proċeduri tad-Direttiva tal-Kunsill 83/189/KEE tat-28 ta' Marzu 1983 li tfassal proċedura għall-proviżjoni ta' l-informazzjoni fil-qasam ta' l-istandards tekniċi u regolamenti [6];

(16) Billi, taħt ir-regoli tal-Komunità, l-Istati Membri jridu jiehdu hsieb biex jimplimentaw l-obligazzjonijet li joħorġu minn l-Artikoli 2, 4 u 5 tal-Ftehim Rivedut,

IDDEĊIEDA KIF ĠEJ:

Artikolu 1

Il-Komunità għandha tissieħeb fil-Ftehim ta' l-Ewropa tal-Kummissjoni Ekonomika tan-Nazzjonijiet Uniti li jikkonċerna l-addozzjoni tal-preskrizzjonijet tekniċi uniformi għall-vetturi bir-roti, taghmir u partijiet liema jistgħu jkunu iffittjati ma' u/jew ikunu wżati ma' vetturi bir-roti u l-kondizzjonijet għar-rikonoxximent reċiproku ta' l-approvazzjonijiet mogħtija fuq il-bażi ta' dawn il-preskrizzjonijet, minn hawn ‘il quddiem riferrut bħala l-"Ftehim Rivedut".

It-test tal-Ftehim Rivedut hu stabilit bħal fl-Anness I ma' din id-Deċiżjoni.

Artikolu 2

Il-President tal-Kunsill għandu jkun awtorizzat biex jaħtar persuna bil-poter li titfa' l-istrument ta' l-adeżjoni kif meħtieġ bl-Artikolu 6(3) tal-Ftehim Rivedut u jagħmel n-notifikazzjoni li tinsab fl-Anness IV ma' din id-Deċiżjoni.

Artikolu 3

1. Skond l-Artikolu 1(5) tal-Ftehim Rivedut, il-Komunità għandha tgħid li l-adeżjoni tagħha ħa tkun ristretta għall-implimentazzjoni tar-Regolamenti UN/ECE mniżżlin fl-Anness II ta' din id-Deċiżjoni.

2. Skond l-Artikolu 1(6) tal-Ftehim Rivedut, il-Komunità tista', b'mod konformi mal-proċedura stabilita fit-tieni daħla ta' l-Artikolu 4(2) ta' din id-Deċiżjoni, tiddeċiedi biex tieqaf tapplika Regolament UN/ECE li hi tkun aċċettat qabel.

3. Skond l-Artikolu 1(7) tal-Ftehim Rivedut, il-Komunità tista', b'mod konformi mal-proċedura stabilita fit-tieni daħla ta' l-Artikolu 4(2) ta' din id-Deċiżjoni, tiddeċiedi biex taplika wieħed, ftit jew kollha mir-Regolamenti UN/ECE għal-liema hi ma ssieħbitx fiż-żmien ta' l-adeżjoni tagħha fil-Ftehim Rivedut.

Artikolu 4

1. L-arranġamenti prattiċi fir-rigward ta' l-involviment tal-Komunità u l-Istati Membri fir-rigward tax-xogħol ta' l-UN/ECE huma stabiliti fl-Anness III.

Il-kontibuzzjoni tal-Komunità fir-rigward tal-prijoritajiet tal-programm ta' xogħol tal-UN/ECE għandha tkun stabbilita b'mod konformi mal-proċedura stabbilita fl-Anness III, punt 1.

2. Il-Komunità għandha tivvota favur l-addozzjoni ta' kwalunkwe' abbozz ta' Regolament UN/ECE jew abbozz ta' emenda għar-Regolament

- fejn, jekk Regolament eżistenti għal-liema hi aċċediet qed ikun addottat għal progress tekniku, l-abozz ġie approvat b'mod konformi mal-proċeduri stabiliti fl-Artikolu 13 tad-Direttiva 70/156/KEE,

- fil-każijiet l-oħrajn kollha, fejn fuq proposta mill-Kummissjoni u fuq il-wasla tal-kunsens mill-Parlament Ewropew, il-Kunsill approva l-abbozz b'maġġoranza kwalifikata.

3. Fejn Regolament UN/ECE jew emenda għar-Regolament UN/ECE ikunu addottati mingħajr mal-Komunità tkun ivvotat favur, il-Komunità għandha tesprimi oġġezzjoni b'mod konformi mat-tieni sub-inċiż ta' l-Artikolu 1(2) tal-Ftehim Rivedut.

4. Fuq l-assunzjoni li l-Komunità ivvotat favur Regolament UN/ECE jew emenda għar-Regolament UN/ECE, id-deċiżjoni għandha tgħid jekk ir-Regolament sarx parti mis-sistema tal-KE fuq it-tip ta' approvazzjoni tal-vettura kollha u tbiddel l-liġi eżistenti fil-Komunità.

5. Ir-Regolamenti UN/ECE u emendi għar-Regolamenti UN/ECE jorbtu fuq il-Komunità għandhom ikunu pubblikati fil-lingwi uffiċċjali tal-Komunitajiet fil-Ġurnal Uffiċjali tal-Komunitajiet Ewropej qabel id-dħul fis-seħħ.

Artikolu 5

1. L-emendi proposti mal-Ftehim Rivedut sottomess lill-Parti Kontraenti f'isem il-Komunità għandhom ikunu addottati mill-Kunsill li jaġixxi fuq maġġoranza kwalifikata, fuq proposta mill-Kummissjoni u wara li jirċievi l-opinjoni mill-Parlament Ewropew.

2. Id-deċizjoni jekk tqajjimx oġġezzjoni, jew mod ieħor, għall-emendi proposti mal-Ftehim Rivedut miġjuba mill-Partijiet Kontraenti l-oħrajn għandha tkun konformi mal-proċedura segwita biex tissieħeb ma' dak il-Ftehim. Fejn il-proċedura ma ġietx kompluta ġimgħa qabel l-iskadenza tal-limitu taż-żmien provdut fl-Artikolu 13(2) tal-Ftehim Rivedut, il-Kummissjoni tagħmel oġġezzjoni għall-emenda, f'isem il-Komunità, qabel mal-limitu taż-żmien jiskadi.

Artikolu 6

Dawk l-Istati Membri li għandhom jissieħbu, jew issieħbu, mar-Regolamenti UN/ECE għal-liema l-Komunità m'hix marbuta jistgħu jkomplu jimmaniġgjaw jew jiżviluppaw dawn ir-Regolamenti billi jaddottaw emendi li jirriflettu l-progress tekniku fil-waqt li jassiguraw:

- li l-adeżjoni f'dawn ir-Regolamenti m'hix kompatibbli mad-dispożizzjonijiet tad-Direttivi 70/156/KEE, 74/150/KEE u 92/61/KEE, u

- li l-proċeduri tad-Direttiva 83/189/KEE huma osservati.

Magħmul fi Brussel, fis-27 ta' Novembru 1997.

Għall-Kunsill

Il-President

G. Wohlfart

[1] ĠU C 69, tas-7.3.1996, p. 4.

[2] Kunsens mogħti fil-21 ta' Novembru 1997 (għadu mhux ippubblikat fil-Ġurnal Uffiċċjali).

[3] ĠU L 42, tat-23.2.1970, p. 1. Direttiva kif l-aħħar emendata bid-Direttiva 96/27/KE (ĠU L 169, tat-8.7.1996, p. 1).

[4] ĠU L 84, ta' l-24.3.1974, p. 10. Direttiva kif l-aħħar emendata bl-Att ta' l-Adeżjoni ta' l-1994.

[5] ĠU L 225, ta' l-10.8.1992, p. 72. Direttiva kif l-aħħar emendata bl-Att ta' l-Adeżjoni ta' l-1994.

[6] ĠU L 109, tas-26.4.1983, p. 8. Direttiva kif l-aħħar emendata bid-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 96/139/KE (ĠU L 32, ta' l-10.2.1996, p. 31).

--------------------------------------------------

Top