This document is an excerpt from the EUR-Lex website
Document 31997D0545
97/545/EC: Commission Decision of 9 July 1997 on a common technical regulation for the general attachment requirements for Data Terminal Equipment (DTE) to connect to Packet Switched Public Data Networks (PSPDNs) offering CCITT Recommendation X.25 interfaces (Text with EEA relevance)
ID-Deċiżjoni tal-Kummissjoni tad-9 ta’ Lulju, 1997 dwar regolament tekniku komuni għall-ħtiġiet ġenerali ta’ konnessjoni għal Tagħmir Terminali ta’ Data (DTE) għall-konnessjoni ma’ Networks ta’ Data Pubbliċi bil-Kommutazzjoni tal-Pakkett (PSPDNs) li joffri interfaces tar-Rakkomandazzjoni CCITT X.25
ID-Deċiżjoni tal-Kummissjoni tad-9 ta’ Lulju, 1997 dwar regolament tekniku komuni għall-ħtiġiet ġenerali ta’ konnessjoni għal Tagħmir Terminali ta’ Data (DTE) għall-konnessjoni ma’ Networks ta’ Data Pubbliċi bil-Kommutazzjoni tal-Pakkett (PSPDNs) li joffri interfaces tar-Rakkomandazzjoni CCITT X.25
ĠU L 223, 13.8.1997, p. 21–23
(ES, DA, DE, EL, EN, FR, IT, NL, PT, FI, SV) Dan id-dokument ġie ppubblikat f’edizzjoni(jiet) speċjali
(CS, ET, LV, LT, HU, MT, PL, SK, SL, BG, RO, HR)
In force
Relation | Act | Comment | Subdivision concerned | From | To |
---|---|---|---|---|---|
Repeal | 31996D0071 |
Official Journal L 223 , 13/08/1997 P. 0021 - 0023
ID-Deċiżjoni tal-Kummissjoni tad-9 ta’ Lulju, 1997 dwar regolament tekniku komuni għall-ħtiġiet ġenerali ta’ konnessjoni għal Tagħmir Terminali ta’ Data (DTE) għall-konnessjoni ma’ Networks ta’ Data Pubbliċi bil-Kommutazzjoni tal-Pakkett (PSPDNs) li joffri interfaces tar-Rakkomandazzjoni CCITT X.25 (Test b’rilevanza għall-żEE) (97/545/KE) IL-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEW, Wara li kkunsidrat it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea, Wara li kkunsidrat id-Direttiva tal-Kunsill 91/263/KEE tad-29 ta’ April 1991 dwar l-approssimazzjoni tal-liġijiet ta’ l-Istati Membri rigward tagħmir terminali tat-telekomunikazzjoni, inkluż r-rikonoxximent reċiproku tal-konformità tagħhom [1], kif emendata bid-Direttiva 93/68/KEE [2], u partikolarment it-tieni inċiż ta’ l-Artikolu 6(2) ta’ din, Billi l-Kummissjoni adottat il-miżura li tidentifika t-tip ta’ tagħmir terminali li għalih huwa meħtieġ regolament tekniku komuni, kif ukoll id-dikjarazzjoni ta’ l-iskop assoċjata magħha; Billi għandhom ikunu adottati l-istandards armonizzati korrispondenti, jew partijiet minnhom, li jimplimentaw il-ħtiġiet essenzjali li għandhom jitbiddlu f’regolamenti tekniċi komuni; Billi biex tkun żgurata l-kontinwità ta’ aċċess għal swieq għal manifatturi, huwa meħtieġ li jkunu stabbiliti disposizzjonijiet ta’ transizzjoni rigward tagħmir approvat skond id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 96/71/KE [3]; Billi d-Deċiżjoni 96/71/KE għandha tkun revokata b’effett mit-tmiem tal-perjodu ta’ transizzjoni; Billi r-regolament tekniku komuni adottat f’din id-Deċiżjoni huwa bi qbil ma’ l-opinjoni ta’ ACTE, ADOTTAT DIN ID-DEĊIŻJONI: Artikolu 1 1. Din id-Deċiżjoni għandha tapplika għal tagħmir terminali ta’data maħsub għall-konnessjoni man-Networks ta’ Data Pubbliċi bil-Kommutazzjoni tal-Pakkett (PSPDNs) għall-interfaces tar-Rakkomandazzjoni CCITT X.25, f’rati ta’ sinjalizzazzjoni ta’ data sa 1920 kbit/s, li jużaw interfaces li joħorġu minn Rakkomandazzjonijiet X.21 u X.21 bis, u li jaqgħu fil-qasam ta’ l-applikazzjoni tal-istandard armonizzat identifikat fl-Artikolu 2(1). 2. Din id-Deċiżjoni tistabbilixxi regolament tekniku komuni li jkopri l-ħtiġiet ġenerali ta’ konnessjoni għal tagħmir terminali li għalih jirreferi l-paragrafu 1. Artikolu 2 1. Ir-regolament tekniku komuni għandu jinkludi l-istandard armonizzat mħejji mill-korp rilevanti ta’ standardizzazzjoni li jimplimenta safejn ikunu applikabbli l-ħtiġiet essenzjali li għalihom jirreferi l-Artikolu 4(d) u (f) tad-Direttiva 91/263/KEE. Ir-riferenza għal-istandard hija mniżżla fl-Anness. 2. It-tagħmir terminali kopert b’din id-Deċiżjoni għandu jikkonforma mar-regolament tekniku komuni li għalih jirreferi l-paragrafu 1, għandu jilħaq il-ħtiġiet essenzjali li għalihom jirreferi l-Artikolu 4(a) u (b) tad-Direttiva 91/263/KEE, u għandu jilħaq il-ħtiġiet ta’ kull Direttiva oħra applikabbli, partikolarment id-Direttivi tal-Kunsill 73/23/KEE [4] u 89/336/KEE [5]. Artikolu 3 Il-Korpi Notifikati nominati biex iwettqu l-proċeduri li għalihom jirreferi l-Artikolu 9 tad-Direttiva 91/263/KEE għandhom, rigward tagħmir terminali kopert bl-Artikolu 1(1) ta’ din id-Deċiżjoni, jużaw jew jiżguraw l-użu tal-istandard armonizzat li għalih jirreferi l-Artikolu 2(1) l-iktar tard sa żmien sena min-notifika ta’ din id-Deċiżjoni. Artikolu 4 1. Id-Deċiżjoni 96/71/KEE għandha tkun revokata b’effett mid-data sena wara n-notifika ta’ din id-Direttiva. 2. It-tagħmir terminali, approvat skond id-Direttiva 96/71/KE jista’ jkompli jitqiegħed fis-suq u jitħaddem basta iżda li approvazzjoni bħal din tingħata mhux iktar tard minn sena wara n-notifika ta’ din id-Deċiżjoni. Artikolu 5 Din id-Deċiżjoni hija indirizzata lill-Istati Membri. Magħmula fi Brussel, 9 ta’ Lulju, 1997. Għall-Kummissjoni Martin bangemann Membru tal-Kummissjoni [1] ĠU Nru L 128, tat-23.5.1991, p. 1. [2] ĠU Nru L 220, tal-31.8.1993, p. 1. [3] ĠU Nru L 13, tat-18.1.1996, p. 23. [4] ĠU Nru L 77, tas-26.3.1973, p. 29. [5] ĠU Nru L 139, tat-23.5.1989, p. 19. -------------------------------------------------- L-ANNESS Riferenza għall-istandard armonizzat applikabbli L-istandard armonizzata li għaliha jirreferi l-Artikolu 2 tad-Deċiżjoni hi: Ħtiġiet ta’ konnessjoni għal Tagħmir Terminali ta’ Data (DTE) għall-konnessjoni ma’ Networks ta’ Data Pubbliċi bil-Kommutazzjoni tal-Pakkett (PSPDNs) għall-interfaces tar-Rakkomandazzjoni CCITT X.25 f’rati ta’ sinjalizzazzjoni ta’ data sa 1920 kbit/s, li jużaw interfaces li joħorġu minn Rakkomandazzjonijiet X.21 u X.21 bis ETSI Istitut Ewropew għall-Istandards fit-Telekomunikazzjoni Segretarjat ta’ ETSI TBR 2 - Jannar 1997 (minbarra d-daħla) Tagħrif addizzjonali L-Istitut Ewropew għall-Istandards fit-Telekomunikazzjoni huwa rikonoxxut skond id-Direttiva tal-Kunsill 83/189/KEE [1] L-istandard armonizzat li għalih hemm referenza hawn fuq kien prodott skond Mandat maħruġ fi qbil mal-proċeduri rilevanti tad-Direttiva tal-Kunsill 83/189/KEE. It-test sħiħ tal-istandard armonizzat li għalih jirreferi hawn fuq jista’ jinkiseb mingħand: L-Istitut Ewropew għall-Istandards fit-Telekomunikazzjoni 650, Route des Lucioles, F-06921 Sophia Antipolis Cedex. | Il-Kummisjoni Ewropea, DG XIII/A/2 - (BU 31, 1/7), Rue de la Loi/Wetstraat 200, B-1049 Brussel. | [1] ĠU Nru L 109, tas-26.4.1983, p. 8. --------------------------------------------------