EUR-Lex Access to European Union law

Back to EUR-Lex homepage

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 31997D0394

Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni tas-6 ta’ Ġunju 1997 li tistabilixxi data minima meħtieġa għad-databases fuq annimali u prodotti tal-annimali mdaħħla fil-KomunitàTest b’rilevanza ŻEE

ĠU L 164, 21.6.1997, p. 42–43 (ES, DA, DE, EL, EN, FR, IT, NL, PT, FI, SV)

Dan id-dokument ġie ppubblikat f’edizzjoni(jiet) speċjali (CS, ET, LV, LT, HU, MT, PL, SK, SL, BG, RO, HR)

Legal status of the document In force

ELI: http://data.europa.eu/eli/dec/1997/394/oj

31997D0394



Official Journal L 164 , 21/06/1997 P. 0042 - 0043


Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni

tas-6 ta’ Ġunju 1997

li tistabilixxi data minima meħtieġa għad-databases fuq annimali u prodotti tal-annimali mdaħħla fil-Komunità

(Test b’rilevanza ŻEE)

(97/394/KE)

IL-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ,

Wara li kkunsidrat it-Trattat li jjistabbilixxi l-Komunitajiet Ewropej,

Wara li kkunsidrat id-Deċiżjoni tal-Kunsill 92/438/KEE tat-13 ta’ Lulju 1992 fuq komputerizzazzjoni ta’ proċeduri veterinarji ta’ importazzjoni (proġett Shift) li jemendaw id-Direttivi 90/675/KEE, 91/496/KEE, 91/628/KEE u d-Deċiżjoni 90/424/KEE u jħassar id-Deċiżjoni 88/192/KEE [1], kif emendata l-aħħar bl-Att ta’ l-Adeżjoni ta’ l-Awstrija, l-Finlandja u l-Isvezja, u b’mod partikolari l-Artikolu 12 tagħha,

Billi, għall-iskopijiet ta’ l-Anness III (1) tad-Deċiżjoni 92/438/KEE, il-livell minimu tad-data meħtieġ għad-databases introdotta mill-Istati Membri dwar l-annimali u prodotti miġjuba fit-territorju tagħhom għandom l-ewwel jiġu stabbiliti;

Billi kull Stat Membru jista iddaħħal data addizzjonali fuq l-annimali u prodotti miġjuba fit-territorju tiegħu, li hu jikkonsidra xieraq;

Billi l-ħtiġijiet tekniċi l-oħra għandhom ikunu stipulati fi żmien aktar tard skond l-istudji korrenti tal-proġett Shift;

Billi l-miżuri li għalihom hemm ipprovdut fit-tali Deċiżjoni huma konformi ma’ l-opinjoni tal-Kumitat Permanenti Veterinarju,

ADOTTAT DIN ID-DEĊIŻJONI:

Artikolu 1

Id-data minima li jridu jiddaħlu mill-Istati Membri fid-databases fuq l-annimali u prodotti miġjuba fit-territorju tagħhom għandhom ikunu dawk stipulati fl-Anness ta’ din id-Deċiżjoni.

Artikolu 2

Din id-Deċiżjoni hija ndirrizata lill-Istati Membri.

Magħmul fi Brussel, fis-6 ta’ Ġunju 1997.

Għall-Kummissjoni

Franz Fischler

Membru tal-Kummissjoni

[1] ĠU Nru L 243, tal-25.8.1992, p. 27.

--------------------------------------------------

L-ANNESS

DATA FUQ ANNIMALI U PRODOTTI

1. Identifikazzjoni tal-lok ta’ spezzjoni tal-fruntiera

Isem u kodiċi Animo innumerat tal-lok ta’ spezzjoni

2. Identifikazzjoni tal-konsenja

(a) Natura tal-oġġetti u kodiċi Animo

(b) Numru/kwantità/unitajiet

(ċ) Numru ta’ l-Anness B

(d) Pajjiz terz ta’ oriġini (kodiċi ISO)

(e) Isem u n-numru ta’ approvazzjoni tal-istabbiliment ta’ oriġini

(f) L-Istat Membru tad-destinazzjoni/pajjiz ta’ destinazzjoni (kodiċi ISO)

3. Iċċekjar li sar

(a) Iċċekjar fuq dokumentazzjoni (iva/le/mhux konformi)

(a) Iċċekjar fuq l-identità (iva/le/mhux konformi)

(ċ) Iċċekjar fiżiku (iva/le/mhux konformi)

(d) Eżami tal-laboratorju (iva/le/mhux konformi)

4. X’jirriżulta

(a) Aċċetat (data)

(b) Ritornat (data)

(ċ) Distrutt (data)

(d) Ipproċċessat (data)

--------------------------------------------------

Top