EUR-Lex Access to European Union law

Back to EUR-Lex homepage

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 31997D0157

Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni tat-12 ta' Frar 199 li tiddefinixxi t-trattament tad-dħul ta' impriżi għal investiment kollettiv (UCIs) għall-iskop ta' l-implimentazzjoni tad-Direttiva tal-Kunsill 89/130/KEE, Euratom, dwar l-armoniżżazzjoni tal-kompilazzjoni tal-prodott gross nazzjonali bi prezzijiet tas-suq (Test b'relevanza għaż-Żona Ekonomika Ewropea (ŻEE))

ĠU L 60, 1.3.1997, p. 63–63 (ES, DA, DE, EL, EN, FR, IT, NL, PT, FI, SV)

Dan id-dokument ġie ppubblikat f’edizzjoni(jiet) speċjali (CS, ET, LV, LT, HU, MT, PL, SK, SL, BG, RO, HR)

Legal status of the document No longer in force, Date of end of validity: 13/06/2022

ELI: http://data.europa.eu/eli/dec/1997/157/oj

31997D0157



Official Journal L 060 , 01/03/1997 P. 0063 - 0063


Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni

tat-12 ta' Frar 199

li tiddefinixxi t-trattament tad-dħul ta' impriżi għal investiment kollettiv (UCIs) għall-iskop ta' l-implimentazzjoni tad-Direttiva tal-Kunsill 89/130/KEE, Euratom, dwar l-armoniżżazzjoni tal-kompilazzjoni tal-prodott gross nazzjonali bi prezzijiet tas-suq

(Test b'relevanza għaż-Żona Ekonomika Ewropea (ŻEE))

(97/157/KE, Euratom)

IL-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ,

Wara li kkunsidrat it-Trattat li jistabilixxi l-Komunità Ewropea,

Wara li kkunsidrat it-Trattat li jistabilixxi l-Komunità Ewropea għall-Enerġija Atomika,

Wara li kkunsidrat id-Direttiva tal-Kunsill 89/130/KEE, Euratom tat-13 ta' Frar 1989 dwar l-armoniżżazzjoni tal-kompilazzjoni tal-prodott gross nazzjonali bi prezzijiet tas-suq [1],

Billi għall-iskop tad-definizzjoni tal-prodott gross nazzjonali bi prezzijiet tas-suq (GNPmp) skond l-Artikolu 1 tad-Direttiva 89/130/KEE, Euratom, li, bis-saħħa ta' l-Artikolu 8(1) tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 2223/96 tal-25 ta' Ġunju 1996 dwar is-sistema Ewropea ta' kontijiet nazzjonali u reġjonali fil-Komunità [2] huwa applikabbli waqt li d-Deċiżjoni 94/728/KE, Euratom [3] tibqa' fis-seħħ, huwa neċessarju li jiġi kkjarifikat it-trattament tad-dħul ta' impriżi għall-investiment kollettiv (UCIs) skond is-sistema Ewropea ta' kontijiet ekonomiċi integrati (ESA) fis-seħħ;

Billi t-tieni edizzjoni ta' l-ESA ma fihiex dispożizzjonijiet espliċiti għar-reġistrazzjoni tad-dħul ta' UCIs, b'mod partikolari d-dħul tagħhom mhux distribwit;

Billi huwa għalhekk neċessarju li jiġu interpretati r-regoli tat-tieni edizzjoni ta' l-ESA, skond dawn il-prinċipji bażi sabiex jiġi indikat metodu ta' reġistrazzjoni ta' dan id-dħul;

Billi l-miżuri previsti f'din id-Deċiżjoni huma skond l-opinjoni tal-Kumitat stabbilit bl-Artikolu 6 tad-Direttiva 89/130/KEE, Euratom,

ADOTTAT DIN ID-DEĊIŻJONI:

Artikolu 1

Għall-iskop ta' l-implimentazzjoni tad-Direttiva 89/130/KEE, Euratom, id-dħul ta' UCIs jikkonsisti mill-imgħax riċevut fuq id-depożiti u investimenti oħra li jkunu ġew akkwistati minn naħa waħda, u mid-dividendi akkwistati fuq l-ishma miżmuma mill-UCIs, minn naħa l-oħra. Dawn l-imgħaxijiet u d-dividendi jistgħu jitħallsu lill-investituri, jew jiżdiedu mal-kapital.

Meta distribwit, dan id-dħul huwa reġistrat fil-kont tad-Distribuzzjoni tad-dħul ta' l-azzjonisti, fid-dħul minn fuq proprjetà u intrapriża (Kodiċi R40 tas-sistema Ewropea ta' kontijiet ekonomiċi integrati (ESA), kurrentement fis-seħħ).

Meta dan id-dħul mhuwiex distribwit, dan għandu jiġi trattat bħala dħul imħallas mill-UCIs lill-azzjonisti tagħhom, li dawn ta' l-aħħar jerġgħu investu immedjatament fl-UCI. Dan ifisser li dan id-dħul għandu jiġi rreġistrat fid-dħul minn fuq proprjetà u intrapriża bħal fil-każ ta' dħul distribwit. Barra minn hekk, l-istess ammont għandu jiġi kklassifikat bħala parti mill-ishma, fil-kont Finanzjarju ta' l-azzjonisti.

Artikolu 2

Din id-Deċiżjoni hija indirizzata lill-Istati Membri.

Magħmula fi Brussel, fit-12 ta' Frar 1997.

Għall-Kummissjoni

Yves-Thibault De Silguy

Membru tal-Kummissjoni

[1] ĠU L 49, tal-21.2.1989, p. 26.

[2] ĠU L 310, tat-30.11.1996, p. 1.

[3] ĠU L 293, tat-12.11.1994, p. 9.

--------------------------------------------------

Top