Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 31995R2898

    Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 2898/95 tal-15 ta’ Diċembru 1995 li jikkonċerna l-verifika tal-konformità ma’ l-istandards ta’ kwalità għall-banana

    ĠU L 304, 16.12.1995, p. 17–21 (ES, DA, DE, EL, EN, FR, IT, NL, PT, FI, SV)

    Dan id-dokument ġie ppubblikat f’edizzjoni(jiet) speċjali (CS, ET, LV, LT, HU, MT, PL, SK, SL, BG, RO)

    Legal status of the document No longer in force, Date of end of validity: 08/01/2012; Imħassar b' 32011R1333

    ELI: http://data.europa.eu/eli/reg/1995/2898/oj

    31995R2898



    Official Journal L 304 , 16/12/1995 P. 0017 - 0021


    IR-REGOLAMENT TAL-KUMMISSJONI (KE) Nru 2898/95

    tal-15 ta' Diċembru 1995

    li jikkonċerna l-verifika tal-konformità ma' l-istandards ta' kwalità għall-banana

    IL-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ,

    Wara li kkunsidrat it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea,

    Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 404/93 tat-13 ta' Frar 1993 dwar l-organizazzjoni komuni tas-suq fil-banana ([1]), kif ta' l-aħħar emendat mir-Regolament (KE) Nru 3290/94 ([2]), u b'mod partikolari l-Artikolu 4 tiegħu,

    Billi, skond l-Artikoli 2 sa 4 tar-Regolament (KEE) Nru 404/93, ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 2257/94 ([3]) jistabbilixxi standard ta' kwalità għall-banana li tiġi kunsinnata friska lill-konsumatur; billi dawk l-istandards ta' kwalita japplikaw għall-banana importata minn pajjiżi terzi fl-istadju ta' rilaxx għaċ-ċirkolazzjoni libera, għall-banana li għandha l-oriġini fil-Komunità fl-istadju ta' l-ewwel żbark f'port tal-Komunità u għall-banana kunsinnata friska lill-konsumatur fir-reġjun li jipproduċi fl-istadju ta' tluq mill-barrakka tal-ippakkjar;

    Billi għandhom jiġu adottati miżuri biex jassiguraw l-applikazzjoni uniformi tar-regoli, b'mod partikolari fir-rigward tal-ispezzjonijiet tal-konformità;

    Billi, filwaqt li għandu jkun hemm konsiderazzjoni tan-natura tal-prodott li jmur malajr u tal-prattiċi tan-negozju u l-proċeduri tal-ispezzjoni wżati fil-kummerċ, għandu jkun stabbilit li l-ispezzjonijiet tal-konformità għandhom isiru fi priċipju fl-istadju li għalih japplikaw l-istandards kif stabbiliti fit-tieni paragrafu ta' l-Artikolu 1 tar-Regolament (KE) Nru 2257/94;

    Billi l-prodott li jkun issodisfa l-ispezzjonijiet f'dak l-istadju jkun meqjus li jkun konformi mal-istandards; billi dik l-istima għandha ssir mingħajr preġudizzju għal kwalunkwe spezzjonijiet mhux imħabbra li jsiru sussegwentement sa l-istadju tad-depost tal-maturazzjoni;

    Billi l-ispezzjoni dwar il-konformità m'għandiex tkun sistematika imma mingħajr ordni partikolari, b'valutazzjoni ta' kampjun ġenerali meħud mill-lott magħżul għall-ispezzjoni mill-korp kompetenti u meqjus li jkun rappreżentattiv ta' dak il-lott; billi, għal dak l-iskop, id-dispożizzjonijiet adattati tar-Regolament tal-Kummissjoni (KEE) Nru 2251/92 tad-29 ta' Lulju 1992 dwar l-ispezzjoni tal-kwalità tal-frott u l-ħxejjex friski ([4]), kif l-aħħar emendat bir-Regolament (KE) Nru 3148/94 ([5]), għandu jkun applikabbli, fid-dawl tal-prattika u l-esperjenza akkwistata f'dan is-settur;

    Billi l-kummerċ fil-banana huwa soġġett għal kompetizzjoni qawwija; billi n-negozjanti kkonċernati introduċew huma stess spezzjonijiet stretti; billi l-ispezzjonijiet m'għandhomx, għalhekk, isiru fl-istadju stabbilit minn-negozjanti li joffru garanziji adekwati fir-rigward ta' personal u faċilitajiet tal-immaniġjar u li jistgħu jiggarantixxu li l-banana li huma jinnegozjaw fil-Komunità jkunu konformi mal-istandards tal-Komunità; billi tali eżenzjonijiet għandhom jingħataw mill-Istat Membru li fit-territorju tiegħu l-ispezzjoni għandha bi prinċipju ssir; billi tali eżenzjonijiet għandhom jiġu rtirati meta l-istandards u l-kondizzjonijiet li jittrattaw magħhom ma jkunux intlaħqu;

    Billi, sabiex l-ispezzjonijiet ikunu jistgħu jsiru, l-informazzjoni għandha tingħata lill-aġenziji kompetenti minn-negozjanti konċernati;

    Billi ċ-ċertifikat tal-konformità maħruġ wara t-twettiq tal-ispezzjonijiet m'għandux jikkostitwixxi dokument mehmuż għall-banana sa l-istadju finali tan-negozju, imma d-dokument tal-prova tal-konformità tal-banana mal-istandards tal-Komunità sa' l-istadju ta' depost ta' maturazzjoni, skond l-iskop tal-istandard, li għandu jiġi ppreżentat fuq talba mill-awtoritajiet kompetenti; billi għandu jkun enfasizzat li l-banana li ma tkunx konformi mal-istandards stabbiliti fir-Regolament (KE) Nru 2257/94 ma jistgħux ikunu nnegozjati għall-konsum frisk fil-Komunità;

    Billi l-Kumitat ta' Ġestjoni għall-Banana ma tax opinjoni matul il-limitu ta' żmien stabbilit mill-president tiegħu,

    ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

    L-Artikolu 1

    L-Istati Membri għandhom jagħmlu l-ispezzjonijiet skond dan ir-Regolament biex jivverifikaw li l-banana li taqa' fi ħdan il-kodiċi NM ex 0803 intiża għall-kunsinna friska lill-konsumatur tkunu konformi mal-istandards tal-kwalità stabbiliti fir-Regolament (KE) Nru 2257/94.

    L-Artikolu 2

    Il-banana prodotta fil-Komunità għandha tkun soġġetta għall-ispezzjonijiet dwar il-konformità tagħha mal-istandards ta' kwalità tal-Komunità qabel ma' sseħħ it-tagħbija fuq mezz ta' trasport bil-ħsieb ta' kummerċ bħala friska. Tali spezzjonijiet għandhom isiru fl-impjant tal-ippakkjar.

    Il-banana li tkun innegozjata il-barra mir-reġjun tagħha tal-produzzjoni għandha tkun soġġetta għall-ispezzjonijiet mhux imħabbrin meta tkun maħtuta l-ewwel darba f'lokalità oħra tal-Komunità.

    L-ispezzjonijiet li hemm referenza dwarhom fis-subparagrafi preċedenti għandhom jsiru soġġetti għall-applikazzjoni ta' l-Artikolu 7.

    L-Artikolu 3

    Qabel ir-rilaxx għaċ-ċirkolazzjoni libera, l-banana impurtata minn pajjiżi terzi għandha tkunu soġġetta għall-ispezzjonijiet dwar il-konformità tagħha mal-istandards ta' kwalità tal-Komunità fl-Istati Membri ta' l-ewwel ħatt fil-Komunità, soġġetta għall-applikazzjoni ta' l-Artikolu 7.

    L-Artikolu 4

    1) Il-verifika tal-konformità għandha ssir skond l-Artikolu 2 u l-Artikolu 3, bl-eċċezzjoni tal-paragrafu 7 tiegħu, tar-Regolament (KEE) Nru 2251/92.

    2) Għall-prodotti li, għal raġunijiet tekniċi, ma jistgħux jiġu spezzjonati dwar il-konformità fuq l-ewwel ħatt fil-Komunità, għandhom isiru spezzjonijiet sussegwenti, l-iżjed tard mal-wasla fid-depost tal-maturazzjoni u f'kull każ, fir-rigward tal-prodotti impurtati minn pajjiżi terzi, qabel ir-rilaxx għal ċirkolazzjoni libera.

    3) Meta jseħħu l-ispezzjonijiet tal-konformità, iċ-ċertifikat imfassal skond l-Anness I għandu jinħareġ għall-merkanzija li l-konformità tagħha mal-istandard tkun ġiet aċċertata.

    Iċ-ċertifikat tal-ispezzjoni maħruġ għall-banana li għandha l-oriġini f'pajjiżi terzi għandu jkun ippreżentat lill-awtoritajiet doganali għar-rilaxx ta' dawk il-prodotti għaċ-ċirkolazzjoni libera fil-Komunità.

    1) Fl-eventwalità ta' nuqqas ta' konformità, l-Artikolu 3(9) et seq. tar-Regolament (KEE) Nru 2251/92 għandu japplika.

    2) Meta l-awtorità kompetenti ma tkunx spezzjonat ċerta merkanzija, għandha tpoġġi t-timbru uffiċjali tagħha fuq in-notifika li hemm provvediment dwarha fl-Artikolu 5 jew, fin-nuqqas ta' dak, fil-każ ta' prodotti impurtati għandha tinforma lill-awtoritajiet doganali permezz ta' mezzi xierqa oħrajn.

    3) In-negozjanti għandhom jipprovdu l-faċilitajiet kollha meħtieġa mill-aġenzija kompetenti biex tkun tista twettaq il-verifika skond dan ir-Regolament.

    L-Artikolu 5

    In-negozjant ikkonċernat jew ir-rappreżentant tiegħu, li ma jikkwalifikax għall-eżenzjoni li hemm provvediment dwarha fl-Artikolu 7, għandu jipprovdi lill-aġenzija kompetenti fi żmien xieraq bl-informazzjoni kollha meħtieġa għall-identifikazzjoni tal-lottijiet u l-informazzjoni dettaljata dwar il-post u d-data tal-ippakjar u t-tbaħħir għall-banana miġbura fil-Komunità, il-post u d-data ippjanati ta' ħatt fil-Komunità għall-banana minn pajjiżi terzi jew minn reġjuni tal-Komunità tal-produzzjoni u kunsinni fid-depositi tal-maturazzjoni għall-banana li ma jistgux jiġu spezzjonati meta jkunu maħtuta l-ewwel darba fil-Komunità.

    L-Artikolu 6

    - L-ispezzjonijiet tal-konformità għandhom isiru mid-dipartimenti jew mil-agenziji nnominati mill-awtoritajiet nazzjonali kompetenti. Dawn l-aġenziji għandhom jippreżentaw garanzija xierqa biex iwettqu l-ispezzjonijiet, b'mod partikolari fir-rigward tat-tagħmir, t-taħriġ u l-esperjenza.

    - L-awtoritajiet nazzjonali kompetenti jistgħu jiddelegaw ir-responsabbilità biex isiru l-ispezzjonijiet lill-korpi privati approvati għal dak il-għan li:

    (a) jkollhom spetturi li jkunu attendew kors ta' taħriġ rikonoxxut mill-awtorità kompetenti;

    (b) jkollhom it-tagħmir u l-faċilitajiet meħtieġa biex isiru il-verifiki u l-ananliżi meħtieġa għall-ispezzjonijiet; u

    (ċ) jkollhom il-faċilitajiet adekwati biex tkun ikkomunikata l-informazzjoni.

    - L-awtoritajiet kompetenti għandhom jispezzjonaw perjodikament l-eżekuzzjoni u l-effiċenza tal-ispezzjonijiet. Għandhom jirtiraw l-approvazzjoni meta jsibu xi anomaliji jew irregolaritajiet li jistgħu jaffettwaw l-eżekuzzjoni korretta tal-ispezzjonijiet jew meta il-ħtiġiet ma jkunux aktar milħuqa.

    L-Artikolu 7

    1) Il-kummerċjanti li jinnegozjaw il-banana maħżuna fil-Komunità jew il-banana impurtata minn pajjiżi terzi m'għandhomx ikunu soġġetti għall-ispezzjonijiet dwar il-konformità tal-istandards ta' kwalità fl-istadji li hemm referenza dwarhom fl-Artikoli 2 u 3 meta huma:

    (a) jkollhom persunal bl-esperjenza fl-istandards ta' kwalità u l-immaniġjar u l-faċilitajiet tal-ispezzjoni;

    (b) jżommu rekords tal-ħidmiet li huma jagħmlu; u

    (ċ) jippreżentaw garanziji li l-kwalità tal-banana li huma jinnegozjaw ikunu konformi mal-istandards tal-Komunità.

    Il-kummerċjanti eżentati mill-ispezzjonijiet għandhom iġibu ċertifikat ta' l-eżenzjoni skond il-mudell li jidher fl-Anness II.

    1) L-eżenzjoni mill-ispezzjonijiet għandhom ikunu mogħtija, fuq it-talba tan-negozjant ikkonċernat, mid-dipartimenti tal-ispezzjoni jew mill-aġenziji appuntati mill-awtoritajiet nazzjonali kompetenti taż-żewġ Stati Membri tal-produzzjoni, għall-banana innegozjata fir-reġjun tal-produzzjoni tal-Komunità, jew fl-Istat Membru tal-ħatt, għall-banana tal-Komunità innegozjati band'oħra fil-Komunità u l-banana impurtata minn pajjiżi terzi. L-eżenzjoni mill-ispezzjonijiet għandha tingħata għal perjodu massimu ta' tliet snin u tista terġa tkun imġedda. Din l-eżenzjoni għandha tapplika għas-suq kollu tal-Komunità għall-prodotti maħtuta fl-Istat Membru li jkun ta l-eżenzjoni.

    Dawk id-dipartimenti jew l-aġenziji għandhom jirtiraw l-eżenzjoni meta jsibu anomaliji jew irregolaritajiet li jistgħu jaffetwaw il-konformità tal-banana mal-istandards jew meta l-kondizzjonijiet stabbiliti fil-paragrafu 1 ma' jkunux aktar milħuqa.

    L-irtirar għandu jkun jew temporanju jew permanenti, skond il-gravità tan-nuqqasijiet li jinstabu.

    L-Istati Membri għandhom jistabbilixxu reġistru ta' negozjanti tal-banana eżentati mill-ispezzjonijiet, jallokawhom numru tar-reġistrazzjoni u jieħdu l-passi xierqa biex ixerdu tali nformazzjoni.

    1) Id-dipartimenti kompetenti jew l-aġenziji tal-Istati Membri għandhom jivverifikaw perjodikament il-kwalità tal-banana kkumerċjalizzata minn-negozjanti li hemm referenza dwarhom fil-paragrafu 1 u l-konformità mal-kondizzjonijiet stabbiliti hemmhekk. In-negozjanti eżentati għandhom jipprovdu wkoll il-faċilitajiet kollha meħtieġa biex isiru tali verifiki.

    Għandhom jinnotifkaw lill-Kummissjoni dwar il-lista tan-negozjanti li jkunu ngħataw l-eżenzjoni li hemm provvediment dwarha f'dan l-Artikolu u ta' kull irtirar ta' l-eżenzjoni.

    L-Artikolu 8

    Dan ir-Regolament għandu japplika mingħajr preġudizzju għal kull spezzjonijiet mhux imħabbra li jsiru sussegwentement sa l-istadju tad-despot tal-maturazzjoni.

    L-Artikolu 9

    Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ mill-1 ta' April 1996.

    Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u applikabbli direttament fl-Istati Membri kollha.

    Magħmul fil-Brussel, fil-15 ta' Diċembru 1995.

    Għall-Kummissjoni

    Franz FISCHLER

    Membru tal-Kummissjoni

    L-ANNESS I

    1. Kummerċjant/Trasportatur (1) Ċertifikat tal-ispezzjoni KE Nru.......................... (Dan iċ-ċertifikat huwa għall-użu esklussiv ta' l-aġenziji tal-ispezzjoni)

    2. L-ippakjatur identifikat fuq il-pakketti (jekk ikun differenti mill-kummerċjant/importatur) 3. L-awtorità tal-ispezzjon:

    4. Il-post tal-ispezzjoni/ pajjiż ta' l-oriġini (2) 5. Ir-reġjun jew il-pajjiż tad-destinazzjoni

    6. l-identifikazzjoni tal-meżżi tat-trasport 7. Verifiki fid-destinazzjoni (meta xierqa) 7.A. Interna Importazzjoni Esportazzjoni

    8. Ippakkjar (numru u tip) 9. Tip tal-prodott (varjetà jekk l-istandard hekk jeħtieġ) 10. Klassi tal-kwalità 11. Piż totali f'kg grossi/netti (1)

    12. L-awtorità tal-ispezzjoni msemmija hawn fuq b'dan tiċċertifika, b'segwiment tal-ispezzjoni tal-kampjun, li l-merkanzija msemmija hawn fuq hija korrespondenti fil-waqt tal-ispezzjoni għall-istandards eżistenti tal-kwalità. Uffiċċju doganali: dħul/ħruġ (1) Perijodu tal-validità: . jiem Post u data tal-ħruġ Spettur Firma (isem f'ittri kapitali)

    13. Rimarki:

    _________________

    (1) Ħassar kif xieraq.

    (2) Meta l-prodott huwa esportat mill-ġdid, indika l-oriġini tiegħu fil-Kaxxa 9.

    L-ANNESS II

    Iċ-ċertifikat ta' l-eżenzjoni mill-verifika tal-konformità mal-istandards ta' kwalità għall-banana

    Il-kummerċjant eżentat: ......

    (isem, isem tal-kumpanija, indirizz)

    Numru tar-reġistrazzjoni maħruġ mid-dipartiment tal-ispezzjoni jew l-aġenzija kompetenti: .

    Dipartiment jew aġenzija kompetenti: ...

    (isem, indirizz)

    Data tal-ħruġ taċ-ċertifikat: ....

    Perijodu tal-validità taċ-ċertifikat: .....

    Firma u/jew timbru uffiċjali tad-Dipartiment jew l-aġenzija kompetenti: .

    [1] ĠU L. 47, tal-25.2.1993, p.1.

    [2] ĠU L. 349, tal-31.12.1994, p.105.

    [3] ĠU L. 245, ta' l-20.9.1994, p.6.

    [4] ĠU L. 219, ta' l-4.8.1992, p.9.

    [5] ĠU L. 332, tat-22.12.1994, p.28.

    Official stamp

    Top