This document is an excerpt from the EUR-Lex website
Document 31994D0370
94/370/EC: Council Decision of 21 June 1994 amending Decision 90/424/EEC on expenditure in the veterinary field
Id-Deċiżjoni tal-Kunsill tal-21 ta' Ġunju 1994 li temenda d-Deċiżjoni 90/424/KEE dwar in-nefqa fil-qasam veterinarju
Id-Deċiżjoni tal-Kunsill tal-21 ta' Ġunju 1994 li temenda d-Deċiżjoni 90/424/KEE dwar in-nefqa fil-qasam veterinarju
ĠU L 168, 2.7.1994, p. 31–33
(ES, DA, DE, EL, EN, FR, IT, NL, PT) Dan id-dokument ġie ppubblikat f’edizzjoni(jiet) speċjali
(FI, SV, CS, ET, LV, LT, HU, MT, PL, SK, SL, BG, RO)
No longer in force, Date of end of validity: 17/06/2009; Impliċitament imħassar minn 32009D0470 Id-data tat-tmiem tal-validità hija bbażata fuq id-data tal-pubblikazzjoni tal-att li jħassar li jidħol fis-seħħ fid-data tan-notifika tiegħu. L-att li jħassar kien innotifikat iżda d-data tan-notifika mhix disponibbli fil-EUR-Lex – minflok hija użata d-data tal-pubblikazzjoni.
Relation | Act | Comment | Subdivision concerned | From | To |
---|---|---|---|---|---|
Modifies | 31990D0424 | Tlestija | anness | ||
Modifies | 31990D0424 | Tlestija | artikolu 16 | ||
Modifies | 31990D0424 | Tlestija | artikolu 19 | ||
Modifies | 31990D0424 | Tlestija | artikolu 3.1 | ||
Modifies | 31990D0424 | Tlestija | artikolu 36.1 | ||
Modifies | 31990D0424 | Żieda | artikolu 10BIS | ||
Modifies | 31990D0424 | Żieda | artikolu 24.10 | ||
Modifies | 31990D0424 | Żieda | artikolu 24.11 | ||
Modifies | 31990D0424 | Żieda | artikolu 24.12 | ||
Modifies | 31990D0424 | Żieda | artikolu 25.3 | ||
Modifies | 31990D0424 | Żieda | artikolu 25.4 | ||
Modifies | 31990D0424 | Żieda | artikolu 43BIS | ||
Modifies | 31990D0424 | Emenda | artikolu 11.6 | ||
Modifies | 31990D0424 | Sostituzzjoni | artikolu 24.3 | ||
Modifies | 31990D0424 | Sostituzzjoni | artikolu 24.4 | ||
Modifies | 31990D0424 | Sostituzzjoni | artikolu 24.5 | ||
Modifies | 31990D0424 | Sostituzzjoni | artikolu 24.6 | ||
Modifies | 31990D0424 | Sostituzzjoni | artikolu 24.7 | ||
Modifies | 31990D0424 | Sostituzzjoni | artikolu 24.8 | ||
Modifies | 31990D0424 | Sostituzzjoni | artikolu 24.9 | ||
Modifies | 31990D0424 | Sostituzzjoni | artikolu 26 | ||
Modifies | 31990D0424 | Sostituzzjoni | artikolu 32 | ||
Modifies | 31990D0424 | Sostituzzjoni | artikolu 38.3 | ||
Modifies | 31990D0424 | Sostituzzjoni | artikolu 4.1 | ||
Modifies | 31990D0424 | Sostituzzjoni | artikolu 40 | ||
Modifies | 31990D0424 | abolizzjoni | artikolu 30 | ||
Modifies | 31990D0424 | abolizzjoni | artikolu 31 |
Relation | Act | Comment | Subdivision concerned | From | To |
---|---|---|---|---|---|
Repealed by | 32009D0470 |
Official Journal L 168 , 02/07/1994 P. 0031 - 0033
Finnish special edition: Chapter 3 Volume 58 P. 0223
Swedish special edition: Chapter 3 Volume 58 P. 0223
Id-Deċiżjoni tal-Kunsill tal-21 ta' Ġunju 1994 li temenda d-Deċiżjoni 90/424/KEE dwar in-nefqa fil-qasam veterinarju (94/370/KE) IL-KUNSILL TA' L-UNJONI EWROPEA, Wara li kkunsidra t-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea, u b'mod partikolari l-Artikolu 43 tiegħu, Wara li kkunsidra l-proposta mill-Kummissjoni [1], Wara li kkunsidra l-opinjoni tal-Parlament Ewropew [2], Wara li kkunsidra l-opinjoni tal-Kumitat Ekonomiku u Soċjali [3], Billi, fid-dawl ta' l-esperjenza miksuba, għandhom jiġu mtejba ċerti mekkaniżmi pprovduti fid-Deċiżjoni tal-Kunsill 90/424/KEE tas-26 ta' Ġunju 1990 dwar in-nefqa fil-qasam veterinarju [4]; Billi, b'mod partikolari, għal programmi għall-eradikazzjoni u monitorjar tal-mard ta' l-annimali, programmi għall-kontroll ta' ċerti zoonoses u programmi sabiex jitjiebu l-istrutturi veterinarji konnessi mas-suq intern, għandha ssir skeda taż-żmien għall-ħidmiet diversi, l-Istati Membri għandhom, matul is-sena ta' qabel l-implimentazzjoni tagħhom, jissottomettu l-programmi, għandha titfassal lista tal-programmi magħżula għas-sena ta' wara, għandhom jiġu approvati programmi individwali, għandhom jiġu stabbiliti r-rata tal-kontribuzzjoni Komunitarja u l-ammont massimu ta' din il-kontribuzzjoni, għandha ssir dispożizzjoni għat-tnaqqis progressiv fir-rifużjonijiet fejn ma jiġux osservati l-limiti taż-żmien u għandu jiġi speċifikat il-livell minimu għar-rifużjonijiet dwar il-miżuri ta' emerġenza; Billi b'żieda ma' dan il-lista tal-mard elenkat fil-Grupp 1 ta' l-Anness għandha tiġi ssupplimentata biż-żieda tad-deni klassiku tal-ħnieżer u d-deni vesikolari tal-ħnieżer, ADOTTA DIN ID-DEĊIŻJONI: L-Artikolu 1 Id-Deċiżjoni 90/424/KEE hi hawnhekk emendata kif ġej: 1. iż-żewġ inċiżi li ġejjin għandhom jiġu miżjuda ma' l-Artikolu 3(1): "— id-deni Afrikan tal-ħnieżer, — il-plewropnewmonja li tittieħef tal-bhejjem tal-fart"; 2. il-paragrafu 1 ta' l-Artikolu 4 għandu jiġi mibdul b'li ġej: "1. Id-dispożizzjonijiet ta' l-Artikolu 3 għandhom japplikaw fejn hu involut il-kontroll tar-riskji gravi għas-saħħa għall-Unjoni, li jkunu kkawżati mill-mard riferit fl-Artikolu 3(1), saħansitra jekk it-territorju fejn tiġri l-marda jkun bla ħsara għall-programm ta' l-eradikazzjoni skond l-Artikolu 24"; 3. għandu jiżdied l-Artikolu li ġej: "L-Artikolu 10a Il-kontribuzzjoni finanzjarja Komunitarja ma għandhiex tiġi konċessa fejn l-ammont totali tal-miżura jkun inqas minn 10000 ECU"; 4. fl-Artikolu 11(6), "l-1 ta' Jannar 1995" għandu jiġi mibdul bi "l-1 ta' Jannar 1998"; 5. fl-Artikolu 16, għandu jiġi miżjud il-paragrafu li ġej: "Din il-kontribuzzjoni ma għandhiex tapplika għat-tagħrif imqassam minn organizzazzjonijiet internazzjonali oħra u lanqas li tidduplika dan it-tagħrif"; 6. il-frażi li ġejja għandha tiġi miżjuda fl-aħħar ta' l-Artikolu 19: "u għall-iżvilupp ta' l-edukazzjoni jew tit-taħriġ veterinarji"; 7. fl-Artikolu 24, il-paragrafi 3 sa 9 għandhom jiġu mibdula b'li ġej: "3. Kull sena, mhux aktar tard mill-1 ta' Ġunju u għall-ewwel darba mhux aktar tard mill-1 ta' Awissu 1994 l-Istati Membri għandhom jissottomettu lill-Kummissjoni l-programmi li huma jixtiequ jaraw li jirċievu kontribuzzjoni Komunitarja. F'din l-okkażjoni, l-Istati Membri: (i) għandhom ifornu t-tagħrif finanzjarju kollu approprjat; (ii) għandhom jindikaw l-ispiża stmata ta' kull programm issottomess; (iii) għandhom jindikaw, fil-każ ta' programm pluri-annwali, it-tul ta' dan il-programm u l-istimi finanzjarji annwali. L-ebda programm issottomess wara l-1 ta' Ġunju jew għall-ewwel darba wara l-1 ta' Awissu 1994 ma jista' jiġi kkunsidrat biex jiġi ffinanzjat fis-sena ta' wara. Fejn Stat Membru jissottometti programm li jkun maħsub li jiġi organizzat fuq numru ta' snin (programm multi-annwali), għandu jissottometti t-tagħrif imsemmi hawn fuq għall-ewwel sena u għas-snin ta' wara li jkun hemm. 4. Il-Kummissjoni għandha tikkunsidra l-programmi ssottomessi kemm mil-lat veterinarju u kemm mil-lat finanzjarju. L-Istati Membri għandhom jikkomunikaw lill-Kummissjoni kull tagħrif addizzjonali li din ta' l-aħħar teħtieġ sabiex tagħmel l-istima tal-programm. Il-perjodu taż-żmien sabiex jiġu kkunsidrati l-programmi għandu jagħlaq fl-1 ta' Settembru ta' kull sena. It-tagħrif addizzjonali għandu jintalab mill-Kummisssjoni mhux aktar tard mill-15 ta' Lulju ta' kull sena. 5. Kull sena, qabel il-15 ta' Ottubru u skond il-proċedura stabbilita fl-Artikolu 42, għandha titfassal il-lista tal-programmi li jikkwalifikaw għall-kontribuzzjoni Komunitarja tas-sena ta' wara u għandhom jiġu stabbiliti r-rata proposta u l-ammont tal-kontribuzzjoni għal kull programm. Din id-Deċiżjoni għandha wkoll tqis il-prospetti sabiex jiġu ffinanzjati l-programmi korrenti li jkunu sejrin jiġu koperti bħala programmi pluri-annwali. 6. Kull programm inkluż fil-lista pprovduta fil-paragrafu 5, emendata fejn approprjat sabiex tqis l-eżami riferit fil-paragrafi 4 u 5, għandu jiġi approvat individwalment skond il-proċedura pprovduta fl-Artikolu 42 qabel l-1 ta' Diċembru. Għandhom jiġu stabbiliti l-livell tal-kontribuzzjoni finanzjarja Komunitarja, u kull kundizzjoni li għaliha tista' jkun bla ħsara u l-ogħla limitu tal-kontribuzzjoni, għal kull programm, skond l-istess proċedura. 7. Il-programmi kollha għandhom jiġu approvati għal perjodu taż-żmien ta' sena u għandhom jiġu implimentati bejn l-1 ta' Jannar u l-31 ta' Diċembru ta' kull sena. Għal kull programm li jkun qiegħed jinħadem l-Istati Membri għandhom jissottomettu lill-Kummissjoni, qabel l-1 ta' Ġunju, evalwazzjoni preliminarja teknika u finanzjarja tal-programm. Din l-evalwazzjoni tista' tkun akkumpanjata minn talba għat-tkomplija tal-miżura skond il-paragrafu 3. Il-Kummissjoni għandha tgħarraf lill-Istati Membri bis-sitwazzjoni rigward l-adozzjoni tad-deċiżjoni pprovduta fil-paragrafu 5. 8. L-applikazzjonijiet għall-ħlas li għandu x'jaqsam man-nefqa miġrura minn Stat Membru rigward programm mogħti għandhom jiġu ssottomessi lill-Kummissjoni qabel l-1 ta' Ġunju tas-sena ta' wara dik li fiha l-programm jintemm. Fejn ma jiġix osservat il-limitu taż-żmien speċifikat, il-kontribuzzjoni finanzjarja Komunitarja għandha titnaqqas b'25 % fl-1 ta' Lulju, b'50 % fl-1 ta' Settembru, b'75 % fl-1 ta' Ottubru u b'100 % fl-1 ta' Novembru ta' din is-sena. 9. Il-Kummissjoni għandha tirregola dwar il-għajnuna qabel il-15 ta' Ottubru. Sa l-1 ta' Novembru, għandha tgħarraf lill-Istati Membri, waqt li jiltaqgħu fil-Kumitat Veterinarju Permanenti, bid-deċiżjoni sabiex ikunu jistgħu jagħtu l-istima tagħhom. 10. Il-Kummissjoni tista' tagħmel kontrolli fuq il-post, bil-kooperazzjoni ta' l-awtoritajiet kompetenti nazzjonali, dwar l-applikazzjoni tal-programmi li jirċievu kontribuzzjoni finanzjarja Komunitarja. Sabiex tagħmel dan, id-dipartimenti tal-Kummissjoni jistgħu jivverifikaw jekk l-awtoritajiet kompetenti jkunux qegħdin jimmonitorjaw il-konformità ma l-applikazzjoni tal-programmi billi jiċċekkjaw perċentwal rappreżentattiv ta' l-ishma. Il-kontrolli msemmija hawn fuq jistgħu jsiru fil-ħin tal-kontrolli l-oħra li jridu jsiru mill-esperti tal-Kummissjoni, skond il-leġislazzjoni veterinarja. Il-Kummissjoni għandha tgħarraf lill-Istati Membri bir-riżultat tal-kontrolli magħmula. 11. Għandha tiġi adottata regola dettaljata sabiex jiġi applikat dan l-Artikolu, u b'mod partikolari l-paragrafu 8 tiegħu, skond il-proċedura stabbilita fl-Artikolu 41. 12. Il-programmi diġà approvati mill-Kummissjoni jew li jkunu sejrin jiġu approvati għall-perjodu taż-żmien mill-1 ta' Lulju 1994 sal-31 ta' Diċembru 1994 għandhom jissoktaw ikunu rregolati bid-dispożizzjonijiet ta' l-Artikolu 24 li japplika qabel l-emenda li tirriżulta mid-Deċiżjoni tal-Kunsill 94/370/KE tal-21 ta' Ġunju 1994 li temenda d-Deċiżjoni 90/424/KEE dwar in-nefqa fil-qasam veterinarju [5]. Madankollu, il-programmi msemmija hawn fuq għandhom jintemmu mhux aktar tard mill-31 ta' Diċembru 1994.". 8. fl-Artikolu 25, għandhom jiżdiedu l-paragrafi li ġejjin: "3. Madankollu, għall-programmi li jridu jiġu ffinanzjati li jkunu sejrin jiġu approvati fl-1994, il-kontribuzzjoni finanzjarja Komunitarja tista' tkun anqas minn 50 %. 4. Il-Kunsill, filwaqt li jaġixxi b'maġġoranza kkwalifikata fuq proposta mill-Kummissjoni, għandu jirrevedi dan l-Artikolu mill-inqas qabel il-31 ta' Diċembru 1995, fid-dawl ta' l-esperjenza miksuba u sabiex jintlaħaq il-għan li jitlesta s-suq intern."; 9. l-Artikolu 26 għandu jiġi mibdul b'li ġej: "L-Artikolu 26 Għall-miżuri pprovduti taħt dan it-Titolu, l-ammont ta' l-approprjazzjonijiet meħtieġa għandu jiġi ffissat kull sena skond il-proċedura dwar l-estimi finanzjarji."; 10. l-Artikoli 30 u 31 għandhom jitħassru; 11. l-Artikolu 32 għandu jiġi mibdul b'li ġej: "L-Artikolu 32 Għall-għanijiet ta' dan il-Kapitolu, għandu japplika l-Artikolu 24(3) sa (11)."; 12. fl-Artikolu 36(1), għandu jiżdied is-subparagrafu li ġej: "Dawn il-korsijiet jew laqgħat ta' aġġornament jistgħu, skond id-disponibbiltà, jkunu miftuħa, fuq it-talba ta' l-awtoritajiet kompetenti u wara li l-Kummissjoni tkun qablet, għall-persuni minn pajjiżi mhux membri li jkunu għamlu ftehim ta' kooperazzjoni ma' l-Unjoni fil-qasam ta' l-ispezzjonijiet veterinarji u għax-xjenzati veterinarji ggradwati sabiex jestendu t-taħriġ fil-qasam tar-regoli Komunitarji."; 13. l-Artikolu 38(3) għandu jiġi mibdul b'li ġej: "3. Għall-għanijiet ta' dan l-Artikolu, għandhom japplikaw id-dispożizzjonijiet ta' l-Artikolu 24(3) sa (11)."; 14. l-Artikolu 40 għandu jiġi mibdul b'li ġej: "L-Artikolu 40 Il-pagamenti għandhom isiru fl-eku bir-rati ppubblikati fil-Ġurnal Uffiċjali tal-Komunitajiet Ewropej fl-ewwel jum tax-xogħol tax-xahar li fih tkun ġiet irċevuta l-applikazzjoni għall-pagament"; 15. għandu jiddaħħal l-Artikolu li ġej: "L-Artikolu 43a Il-Kummissjoni għandha tissottometti rapport kull tliet snin lill-Kunsill u lill-Parlament Ewropew dwar il-kondizzjonijiet ta' l-applikazzjoni ta' din id-Deċiżjoni."; 16. fl-Anness, taħt "il-Grupp 1" , għandhom jiżdiedu l-inċiżi li ġejjin: "— il-marda vesikolari tal-ħnieżer, — il-marda klassika endemika tal-ħnieżer, — in-nekrosi ematopejka li tittieħed (IHN)." L-Artikolu 2 Din id-Deċiżjoni hija indirizzata lill-Istati Membri. Magħmula fil-Lussemburgu, fil-21 ta' Ġunju 1994. Għall-Kunsill Il-President G. Moraitis [1] ĠU C 4, tas-6.1.1994, p. 5. [2] ĠU C 91, tat-28.3.1994. [3] ĠU C 148, tat-30.5.1994, p. 23. [4] ĠU L 224, tat-18.8.1990, p. 19. Deċiżjoni kif l-aħħar emendata mid-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 94/77/KE (ĠU L 36, tat-8.2.1994, p. 15). [5] ĠU L 168, tat-2.7.1994, p. 31 --------------------------------------------------