This document is an excerpt from the EUR-Lex website
Document 31993R3300
Commission Regulation (EC) No 3300/93 of 30 November 1993 amending Regulation (EEC) No 1274/91 introducing detailed rules for implementing Council Regulation (EEC) No 1907/90 on certain marketing standards for eggs
Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KEE) Nru 3300/93 tat-30 ta’ Novembru 1993 li jemenda r-Regolament (KEE) Nru 1274/91 li jintroduċi regoli ddettaljati sabiex jiġi implimentat ir-Regolament (KEE) Nru 1907/90 dwar ċerti standards tal-marketing tal-bajd
Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KEE) Nru 3300/93 tat-30 ta’ Novembru 1993 li jemenda r-Regolament (KEE) Nru 1274/91 li jintroduċi regoli ddettaljati sabiex jiġi implimentat ir-Regolament (KEE) Nru 1907/90 dwar ċerti standards tal-marketing tal-bajd
ĠU L 296, 1.12.1993, pp. 52–54
(ES, DA, DE, EL, EN, FR, IT, NL, PT) Dan id-dokument ġie ppubblikat f’edizzjoni(jiet) speċjali
(FI, SV, CS, ET, LV, LT, HU, MT, PL, SK, SL, BG, RO)
No longer in force, Date of end of validity: 26/12/2003; Impliċitament imħassar minn 32003R2295
| Relation | Act | Comment | Subdivision concerned | From | To |
|---|---|---|---|---|---|
| Modifies | 31991R1274 | Emenda | artikolu 17 | 01/12/1993 | |
| Modifies | 31991R1274 | Sostituzzjoni | anness 1 | 01/12/1993 | |
| Modifies | 31991R1274 | Emenda | artikolu 1.1 | 01/12/1993 | |
| Modifies | 31991R1274 | Sostituzzjoni | artikolu 15 | 01/12/1993 | |
| Modifies | 31991R1274 | Emenda | artikolu 26.2 | 01/12/1993 | |
| Modifies | 31991R1274 | Emenda | artikolu 5.1 | 01/12/1993 | |
| Modifies | 31991R1274 | Sostituzzjoni | artikolu 14 | 01/12/1993 | |
| Modifies | 31991R1274 | Sostituzzjoni | artikolu 24.1 | 01/12/1993 | |
| Modifies | 31991R1274 | Sostituzzjoni | artikolu 16 | 01/12/1993 | |
| Modifies | 31991R1274 | Emenda | artikolu 25.2 | 01/12/1993 | |
| Modifies | 31991R1274 | Sostituzzjoni | artikolu 21.1 | 01/12/1993 |
| Relation | Act | Comment | Subdivision concerned | From | To |
|---|---|---|---|---|---|
| Corrected by | 31993R3300R(01) | ||||
| Corrected by | 31993R3300R(02) | ||||
| Corrected by | 31993R3300R(03) | ||||
| Corrected by | 31993R3300R(04) | (PL) | |||
| Implicitly repealed by | 32003R2295 | 27/12/2003 |
Official Journal L 296 , 01/12/1993 P. 0052 - 0054
Finnish special edition: Chapter 3 Volume 53 P. 0206
Swedish special edition: Chapter 3 Volume 53 P. 0206
Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KEE) Nru 3300/93 tat-30 ta’ Novembru 1993 li jemenda r-Regolament (KEE) Nru 1274/91 li jintroduċi regoli ddettaljati sabiex jiġi implimentat ir-Regolament (KEE) Nru 1907/90 dwar ċerti standards tal-marketing tal-bajd IL-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEI, Wara li kkunsidrat t-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea, Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 1907/90 tas-26 ta’ Ġunju 1990 dwar ċerti standards fil-marketing tal-bajd [1], kif emendat bir-Regolament (KEE) Nru 2617/93 [2], u b’mod partikolari l-Artikoli 10(3) u 20 (1) tiegħu, Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 2617/93, u b’mod partikolari l-Artikolu 2 tiegħu, Billi r-Regolament tal-Kummissjoni (KEE) Nru 1274/91 [3], kif l-aħħar emendat bir-Regolament (KEE) Nru 2221/92 [4], jipprovdi għar-regoli ddettaljati meħtieġa sabiex jiġu implimentti dawn l-istandards tal-marketing; Billi sabiex tiġi żgurata l-provvista lill-konsumatur ta’ prodott ta’ kwalità tajba, huwa approprjat illi jiġi pprovvdut il-ġbir iktar ta’ spiss tal-bajd u għall-kriterji iktar stretti tal-kwalità għall-bajd mibjugħ bħala ‘extra’; Billi l-introduzzjoni ta’ l-indikazzjoni mandatorja tad-data tat-tul minimu taż-żmien ta’ kemm jibqa’ tajjeb segwita bir-rakkommandazzjonijiet approprjati rigward il-ħażna tal-pakketti tal-bajd tal-Grad A skond ir-Regolament (KEE) Nru 2617/93 jagħmluha ta’ ħieġa illi jiġu addattati r-regoli ddettaljati dwar l-indikazzjonijiet tad-data stabbiliti bir-Regolament (KEE) Nru 1274/91; Billi l-miżuri pprovduti f’dan ir-Regolament huma skond l-opinjoni tal-Kumitat Maniġerjali tal-Laħam tat-Tjur u tal-Bajd, ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT: Artikolu 1 Ir-Regolament (KEE) Nru 1274/91 huwa emendat kif ġej: 1. fl-Artikolu 1(1), jitħassar it-tieni subparagrafu; 2. fl-Artikolu 5(1), it-tieni inċiż jiġi mibdul b’dan li ġej: "L-Ispazju ta’ l-arja: għoli li ma jaqbiżx is-6 mm, stazzjonarju; madanakollu, għall-bajd li jrid jiġi mqiegħed fis-suq bħala "extra", ma għandux jaqbeż il-4 mm;" 3. L-Artikoli 14, 15 u 16 jiġu mibdula b’li ġej: "Artikolu 14 1. L-indikazzjoni tad-data tat-tul minimu taż-żmien li jibqa’ tajjeb riferita fl-Artikoli 10 u 15 tar-Regolament (KEE) Nru 1907/90 għandha ssir fil-waqt tal-pakkettjar skond l-Artikolu 9(2) tad-Direttiva tal-Kunsill 79/112/KEE [5]. Għandha tikkonsisti f’wieħed jew iktar minn dawn li ġejjin: - Consúmase preferentemente antes del…, - Mindst holdbar til…, - Mindestens haltbar bis…, - Analosi kata protimisi prin apo…, - Best before…, - À consommer de préférence avant le…, - Da consumarsi preferibilmente entro…, - Ten minste houdbaar tot…, - A consumir de prefêrencia antes de Għal dan il-għan id-data għandha tiġi indikata b’żewġ settijiet ta’ ċifri li jirrappreżentaw, fl-ordni li ġejja: - il-jum, mill-1 sal-31 - ix-xahar; mill-1 sat-12 2. Il-pakketti l-kbar, u l-pakketti ż-żgħar saħansitra meta jkunu f’pakketti kbar, għandhom iġorru fuq barra f’tipa li tidher u tinqara biċ-ċar indikazzjoni biex tagħti parir lill-konsumatur li jżomm il-bajd fir-refriġeratur wara x-xiri. 3. Fil-każ tal-bejgħ tal-bajd bil-waħda, għandha tiġi indikata l-għamla tal-kliem ekwivalenti għall-indikazzjoni riferita fil-paragrafu 2 hekk illi jkun jidher biċ-ċar u ma jistax tinftiehem xorta oħra mill-konsumatur Artikolu 15 L-indikazzjoni tad-data ta’ l-ippakkjar imsemmija fl-Artikoli 10 u 15 tar-Regolament (KEE) Nru 1907/90 għandha tikkonsisti f’wieħed jew aktar minn dawn li ġejjin: - Embalado el:…, - Pakkettet den:…, - Verpackt am:…, - Ime ominia syskevasias:…, - Packing Date:…, - Emballé le:…, - Data d’imballaggio:…, - Verpakt op:…, - Embalado em segwita b’żewġ settijiet ta’ ċifri kif riferit fit-tieni subparagrafu ta’ l-Artikolu 14(1). Artikolu 16 1. B’żieda mad-data tat-tul minimu taż-żmien ta’ meta jibqa’ tajjeb u/jew id-data ta’ l-ippakkjar, tista’ tiġi indikata d-data rrakkommandata ta’ sakemm għandu jinbigħ mill-operatur fiż-żmien ta’ l-ippakkjar tal-bajd jew fuq il-pakketti li jkunu fihom jew fuq it-tnejn. 2. Id-data rrakkommandata ta’ sakemm irid jinbigħ hija indikazzjoni ta’ l-aħħar data li fiha l-bajd għandu jiġi offrut għall-bejgħ lill-konsumatur, li warajha jibqa’ perjodu taż-żmien tal-ħażna ta’ sebat ijiem. Din għandha tiġi ffissata hekk illi l-bajd tal-Grad "A"; irid iżomm il-karatteristiċi deskritti fl-Artikolu 5(1) sa l-aħħar ta’ dan il-perjodu taż-żmien tal-ħażna meta jkun maħżun kif jixraq. Id-data tat-tul minimu taż-żmien ta’ kemm jibqa’ tajjeb tikkorrispondi ma’ l-aħħar data ta’ dan il-perjodu taż-żmien tal-ħażna L-indikazzjoni trid tkun magħmula fi kliem hekk illi t-tifsira tad-data rrakkommandata ta’ l-aħħar bejgħ tkun ċara. 3. Id-data tal-għemil tal-bajd tista’ tiġi indikata mill-operatur fuq il-pakketti fil-waqt ta’ l-ippakkjar, li f’dan il-każ għandha tiġi indikata wkoll fuq il-bajd li jkun il-pakketti. Id-data tal-għemil tal-bajd tista’, madanakollu, tiġi stampata wkoll fuq il-bajd fir-razzett. 4. Għall-indikazzjoni tad-dati msemmija f’dan l-Artikolu dwar il-bajd, u fil-każ tad-data ta’ l-aħħar bejgħ u dik tal-għemil tal-bajd fuq il-pakketti wkoll, għandha tintuża espressjoni jew iktar stabbiliti fl-Anness I. 5. Id-dati msemmija f’dan l-Artikolu għandhom jiġu indikati b’żewġ settijiet ta’ ċifri kif riferit fit-tieni subparagrafu ta’ l-Artikolu 14(1)."; 4. fil-frażi ta’ introduzzjoni ta’ l-Artikolu 17, ir-referenza għall-"Artikolu 15" tiġi mibdula b’referenza għall-"Artikolu 16"; 5. l-Artikolu 21(1) jiġi mibdul b’dan li ġej: "1. L-istrixxi u t-tikketti pprovvduti fl-Artikolu 11 tar-Regolament (KEE) Nru 1907/90 għandhom ikunu bojod u l-indikazzjonijiet għandhom jiġu stampati fl-iswed fuq dawn l-istrixxi u t-tikketti."; 6. L-Artikolu 24(1) jiġi mibdul b’dan li ġej: "1. L-istrixxa jew it-tikketta msemmija fl-Artikolu 12 tar-Regolament (KEE) Nru 1907/90 għandhom jiġu stampati jew imwaħħla hekk illi l-ebda parti mit-tagħrif fuq il-pakkett ma jiġi mgħotti mill-pożizzjoni ta’ l-istrixxa jew tat-tikketta. L-indikazzjoni li ġejja għandha tiġi stampata bil-korsiv fuq l-istrixxa jew it-tikketta: "extra sa…"; segwita biż-żewġ settijiet taċ-ċifri kif riferit fit-tieni subparagrafu ta’ l-Artikolu 14(1) li jindikaw is-seba’ jum wara l-pakkjar, u għolja mill-inqas 1 ċm."; 7. L-Artikolu 25(2)(e) jiġi mibdul b’ li ġej: "(e) - għall-bajd tal-Grad A: id-data oriġinali tat-tul minimu taż-żmien li jibqa’ tajjeb, u taħtha l-kliem "bajd mogħti l-grad mill-ġdid";, - għall-bajd tal-gradi l-oħra: il-kliem "id-data ta’ l-ippakkjar:";, segwit bid-data ta’ l-ewwel pakkjar; u taħtha l-kliem "mogħti l-grad mill-ġdid:";, segwit bid-data tal-għoti tal-grad l-ieħor, bl-istess mod kif ipprovvdut fit-tieni subparagrafu ta’ l-Artikolu 14(1)."; 8. L-Artikolu 26(2)(e) jiġi mibdul b’ li ġej: "(e) - għall-bajd tal-Grad A: id-data oriġinali tat-tul minimu taż-żmien li jibqa tajjeb, u taħtha l-kliem "bajd ippakkjat mill-ġdid";, - għall-bajd tal-gradi l-oħra: il-kliem "id-data ta’ l-ippakkjar:";, segwit bid-data ta’ l-ewwel pakkjar; u taħthom il-kliem "ippakkjat mill-ġdid:";, segwit bid-data ta’ l-ippakkjar mill-ġdid, bl-istess mod kif ipprovvdut fl-Artikolu 14(1)."; 9. L-Anness I jiġi mibdul bl-Anness ma’ dan ir-Regolament. Artikolu 2 Sat-30 ta’ Settembru 1994 l-operaturi jistgħu jissoktaw jużaw il-materjal eżistenti ta’ l-ippakkjar bl-indikazzjonijiet skond id-dispożizzjonijiet li kienu japplikaw qabel l-1 ta’ Diċembru 1993. Madanakollu, l-indikazzjoni tad-data tat-tul minimu taż-żmien li jibqa’ tajjeb u tal-parir illi l-bajd jinżamm fir-refriġeratur wara x-xiri rigward dawn il-pakketti għandhom isiru l-iktar tard sa l-1 ta’ Ġunju 1994 billi jitwaħħlu strixxa jew tikketta li jġorru l-indikazzjonijiet imsemmija fl-Artikolu 14(1) u (2) tar-Regolament (KEE) Nru 1274/91. Mill-1 ta’ Ġunju 1994, l-indikazzjoni msemmija fit-tieni sentenza ta’ l-Artikolu 24(1) tar-Regolament (KEE) Nru 1274/91 għandha dejjem tkun murija fuq l-istrixxa jew it-tikketta. Artikolu 3 Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fl-1 ta’ Diċembru 1993. Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha. Magħmul fi Brussel, fit-30 ta’ Novembru 1993. Għall-Kummissjoni René Steichen Membru tal-Kummissjoni [1] ĠU L 173, tas-6.7.1990, p. 5. [2] ĠU L 240, tal-25.9.1993, p.1. [3] ĠU L 121, tas-16.5.1991, p.11. [4] ĠU L 218, ta’ l-1.8.1992, p. 81. [5] ĠU L 33, tat-8.2.1979, p.1. -------------------------------------------------- ANNESS “ANNESS I 1. Id-data tat-tul minimu taæ-æmien li jibqa' tajjeb: cons. preferente Mindst holdbar til Mind. haltbar Analosi prin apo Best before …, à cons. de préf. av. or DCR [1] da cons. pref. entro tenm. houdb. tot Cons. de pref. antes de 2. Id-Data ta' l-ippakkjar: Emb. Pakkettet Verp. Syskevasia Packed Emballé le Imball. il Verp. Emb. 3. Id-Data ta' l-aħħar bejgħ: vender antes Sidste salgsdato Verkauf bis Polisi Sell by à vend. préf. av. or DVR [2] data vend. racc. uit. verk. dat. Cons. de pref. antes de 4. Data tal-bidien tal-bajd: Puesta Laeggedato Gelegt (Irid jinbigħ qabel) Laid Pondu le Deposto il Gelegd Postura» [1] Jekk jintuæaw l-espressjonijiet DVR jew DCR, l-indikazzjoni fuq il-pakkett għandha tiġi mqiegħda fi kliem hekk illi t-tifsira ta' dawn l-inizjali tkun ċara. [2] Jekk jintuæaw l-espressjonijiet DVR jew DCR, l-indikazzjoni fuq il-pakkett għandha tiġi mqiegħda fi kliem hekk illi t-tifsira ta' dawn l-inizjali tkun ċara. --------------------------------------------------