EUR-Lex Access to European Union law

Back to EUR-Lex homepage

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 31993L0064

Id-Direttiva tal-Kummissjoni 93/64/KEE tal-5 ta’ Lulju 1993 li tistabbilixxi l-miżuri ta’ implimentazzjoni dwar is-superviżjoni u l-monitoraġġ tal-fornituri u l-istabbilimenti permezz tad-Direttiva tal-Kunsill 92/34/KEE dwar il-marketing tal-materjal tal-pjanta tal-frott għall-propagazzjoni u l-pjanti tal-frott intiżi għall-produzzjoni tal-frott

ĠU L 250, 7.10.1993, p. 33–34 (ES, DA, DE, EL, EN, FR, IT, NL, PT)

Dan id-dokument ġie ppubblikat f’edizzjoni(jiet) speċjali (FI, SV, CS, ET, LV, LT, HU, MT, PL, SK, SL, BG, RO, HR)

Legal status of the document No longer in force, Date of end of validity: 04/11/2014; Imħassar b' 32014L0098

ELI: http://data.europa.eu/eli/dir/1993/64/oj

31993L0064



Official Journal L 250 , 07/10/1993 P. 0033 - 0034
Finnish special edition: Chapter 3 Volume 52 P. 0261
Swedish special edition: Chapter 3 Volume 52 P. 0261


Id-Direttiva tal-Kummissjoni 93/64/KEE

tal-5 ta’ Lulju 1993

li tistabbilixxi l-miżuri ta’ implimentazzjoni dwar is-superviżjoni u l-monitoraġġ tal-fornituri u l-istabbilimenti permezz tad-Direttiva tal-Kunsill 92/34/KEE dwar il-marketing tal-materjal tal-pjanta tal-frott għall-propagazzjoni u l-pjanti tal-frott intiżi għall-produzzjoni tal-frott

IL-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ,

Wara li kunsidrat it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ekonomika Ewropea,

Wara li kunsidrat id-Direttiva tal-Kunsill 92/34/KEE tad-29 ta’April 1992 dwar il-promozzjoni tal-materjal tal-pjanta tal-frott għall-propagazzjoni u l-pjanti tal-frott intiżi għall-produzzjoni tal-frott [1], u partikolarment l-Artikolu 6(4) tagħha,

Billi huwa xieraq li jkunu stabbiliti miżuri dwar is-superviżjoni u l-monitoraġġ ta’ fornituri u l-istabbilimenti tagħhom, bl-eċċezzjoni ta’ dawk li l-attivitajiet tagħhom huma limitati għat-tqegħid fis-suq tal-materjal għall-propagazzjoni u l-pjanti tal-frott;

Billi l-miżuri li hemm provvediment dwarhom f’din id-Direttiva huma skond l-opinjoni tal-Kumitat Permanenti tal-Materjal tal-Propagazzjoni u l-Pjanti tal-Ġenera u l-Ispeċi tal-Frott,

ADOTTAT DIN ID-DIRETTIVA:

Artikolu 1

1. Din id-Direttiva tistabbilixxi l-miżuri ta’ l-implimentazzjoni li jikkonċernaw is-superviżjoni u l-monitoraġġ tal-fornituri u l-istabbilimenti tagħhom, apparti minn dawk li l-attivita’ tagħhom hija limitata għat-tqegħid fis-suq tal-materjal għall-propagazzjoni u l-pjanti tal-frott, permezz ta’ l-Artikolu 6(4) tad-Direttiva 92/34/KEE, f’każi meta l-ispezzjonijiet referuti fl-Artikolu 5(2) ta’ l-imsemmija Direttiva jitwettqu mill-fornituri nfushom jew minn fornitur akkreditat.

Artikolu 2

Il-korp uffiċjali responsabbli li jwettaq regolarment, mill-inqas darba f’sena fi żmien xieraq, is-superviżjoni u l-monitoraġġ tal-fornituri u l-istabbilimenti tagħhom sabiex jassigura li jkomplu jħarsu l-ħtiġiet stabbiliti fid-Direttiva 92/34/KEE, u partikolarment, rigward il-prinċipji stabbiliti fl-ewwel sar-raba’ inċiżi ta’ l-Artikolu 5(2) tagħha, wara li tkun ikkunsidrata n-natura partikolari ta’ l-attività jew l-attivitajiet tal-fornitur.

Artikolu 3

F’dak li jirrigwardja l-identifikazzjoni tal-punti kritiċi tal-proċess tal-produzzjoni referut fl-ewwel inċiż ta’ l-Artikolu 5(2) tad-Direttiva 92/34/KEE u ż-żamma tar-rekords referuti fir-raba’ inċiż ta’ l-Artikolu 5(2) tagħha, il-korp uffiċjali responsabbli għandu jwettaq is-superviżjoni u l-monitoraġġ tal-fornitur biex jassigura li l-fornitur:

(a) ikompli jikkunsidra l-punti kritiċi li ġejjin, meta xieraq:

- il-kwalità tal-materjal għall-propagazzjoni u l-pjanti tal-frott użati biex jibda l-proċess tal-produzzjoni,

- iż-żriegħ, it-tneħħija tax-xewk, iż-żriegħ fil-qsari, u l-ippjantar tal-materjal għall-propagazzjoni u l-pjanti tal-frott,

- il-konformità mal-kondizzjonijiet stabbiliti fl-Artikoli 3, 4 u 5 tad-Direttiva tal-Kunsill 77/93/KEE [2],

- il-pjan u l-metodu ta’ koltivazzjoni,

- il-kura ġenerali ta’ l-uċuh tar-raba,

- l-operazzjonijiet tal-multiplikazzjoni,

- l-operazzjonijiet tal-ħsad,

- l-iġjene,

- it-trattamenti,

- l-ippakkjar,

- il-ħażna,

- it-trasport,

- l-amministrazzjoni;

(b) li jżomm rekord, bil-għan li jkollu informazzjoni kompleta disponibbli għall-imsemmija korpi uffiċjali responsabbli, dwar:

(i) il-pjanti jew l-oġġetti l-oħrajn:

- li nxtraw għall-ħażna jew biex jinżergħu fuq il-post,

- li jkunu fil-produzzjoni,

jew

- mibgħuta lill-oħrajn;

u

(ii) li kull trattament bil-kimiċi li kien applikat fuq il-pjanti, u li jżomm id-dokumenti li għandhom x’jaqsmu għal mill-anqas sena;

(ċ) li jkun disponibbli personalment jew jinnomina persuna oħra li hija teknikament bl-esperjenza fil-produzzjoni tal-pjanti u l-affarijiet li għandhom x’jaqsmu mas-saħħa tal-pjanti, biex jiftiehem ma’ l-imsemmija korpi uffiċjali responsabbli;

(d) li jwettaq spezzjonijiet viżwali u f’ħinijiet opportuni f’manjiera li hija aċċettata mill-imsemmija korpi uffiċjali responsabbli;

(e) li jippermetti aċċess lill-persuni li huma ntitolati li jaġixxu għall-imsemmija korpi uffiċjali responsabbli, partikolarment għall-iskopijiet ta’ spezzjoni u/jew ta’ teħid ta’ kampjuni, u jippermetti aċċess għar-rekords u d-dokumenti li għandhom relevanti referuri fil-punt (b);

(f) li apparti minn hekk jikkoopera ma’ l-imsemmija korpi uffiċjali responsabbli.

Artikolu 4

Sa fejn l-istabbiliment u l-implimentazzjoni tal-metodi tal-monitoraġġ u tal-verifika tal-punti kritiċi referuti fit-tieni inċiż ta’ l-Artikolu 5(2) tad-Direttiva 92/34/KEE huma kkonċernati, il-korp uffiċjali responsabbli għandu jagħmel is-superviżjoni u l-monitoraġġ tal-fornitur biex jassigura, meta jkun il-każ, li dawn il-metodi jkomplu jitwettqu, b’attenzjoni partikolari tingħata lejn:

(a) id-disponibbiltà u l-użu attwali tal-metodi għall-ispezzjoni ta’ kull punt kritiku msemmi fl-Artikolu 3;

(b) l-affidibilità ta’ dawk il-metodi;

(ċ) kemm huma adatti għal stima tal-kontenut ta’ l-arranġamenti tal-produzzjoni u tal-marketing, inklużi l-aspetti amministrattivi; u

(d) il-kompetenza ta’ l-impjegati tal-fornitur biex iwettqu l-verifiki.

Artikolu 5

Sa fejn it-teħid tal-kampjuni għall-analiżi f’laboratorju akkreditat kif referut fit-tielet inċiż ta’ l-Artikolu 5(2) tad-Direttiva 92/34/KEE huwa konċernat, il-korp uffiċjali responsabbli biex iwettaq is-superviżjoni u l-monitoraġġ tal-fornitur biex jasigura, meta ikun il-każ, li:

(a) il-kampjuni jittieħdu matul varji stadi tal-proċess tal-produzzjoni u skond il-frekwenza kif ikkomunikata lill-korp uffiċjali responsabbli meta l-metodi tal-produzzjoni kienu verifikati fil-waqt ta’ l-akkreditazzjoni;

(b) il-kampjuni jittieħdu f’manjiera teknikament korretta u bl-użu ta’ proċess statistikalment affidabbli, wara li jkun ikkunsidrat it-tip ta’ analiżi li għandu jitwettaq;

(ċ) il-persuni li jieħdu l-kampjuni huma kkwalifikati li jagħmlu hekk; u

(d) l-analiżi tal-kampjuni titwettaq fl-laboratorju li huwa akkreditat għal dak l-iskop permezz ta’ l-Artikolu 6(2) ta’ l-imsemmija Direttiva.

Artikolu 6

1. L-Istati Membri għandhom idaħħlu fis-seħħ il-liġijiet, ir-regolamenti jew id-dispożizzjonijiet amministrattivi meħtieġa biex ikunu konformi ma’ din id-Direttiva mhux aktar tard mit-30 ta’ Ġunju 1994. Huma għandhom minnufih javżaw lill-Kummissjoni dwar dan.

Meta l-Istati Membri jadottaw dawn id-dispożizzjonijiet, dawn għandhom ikollhom referenza għal din id-Direttiva jew ikunu akkumpanjati bl-imsemmija referenza fil-waqt tal-pubblikazzjoni uffiċjali tagħhom. Il-proċedura għall-imsemmija referenza għandha tkun adottata mill-Istati Membri.

2. L-Istati Membri għandhom jikkomunikaw lill-Kummissjoni t-test tad-dispożizzjonijiet ewlenija tal-liġi domestika li huma jadottaw fil-qasam kopert b’din id-Direttiva.

Artikolu 7

Din id-Direttiva hija indirizzata lill-Istati Membri.

Magħmulha fi Brussel, fil-5 ta’ Lulju 1993.

Għall-Kummissjoni

René Steichen

Membru tal-Kummissjoni

[1] ĠU L 157, ta’ l-10.6.1992, p. 1.

[2] ĠU L 26, tal-31.1.1977, p. 20.

--------------------------------------------------

Top