Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 31993L0050

    Id-Direttiva tal-Kummissjoni 93/50/KEE tal-24 ta’ Ġunju 1993 li tispeċifika ċerti pjanti mhux elenkati fl-Anness V, il-parti A tad-Direttiva tal-Kunsill 77/93/KEE, li l-produtturi tagħhom, jew l-imħażen, ċentri tad-dispaċċ fiz-zoni tal-produzzjoni ta’ dawk il-pjanti, għandhom ikunu elenkati f’reġistru uffiċjali

    ĠU L 205, 17.8.1993, p. 22–23 (ES, DA, DE, EL, EN, FR, IT, NL, PT)

    Dan id-dokument ġie ppubblikat f’edizzjoni(jiet) speċjali (FI, SV, CS, ET, LV, LT, HU, MT, PL, SK, SL, BG, RO, HR)

    Legal status of the document In force

    ELI: http://data.europa.eu/eli/dir/1993/50/oj

    31993L0050



    Official Journal L 205 , 17/08/1993 P. 0022 - 0023
    Finnish special edition: Chapter 3 Volume 51 P. 0184
    Swedish special edition: Chapter 3 Volume 51 P. 0184


    Id-Direttiva tal-Kummissjoni 93/50/KEE

    tal-24 ta’ Ġunju 1993

    li tispeċifika ċerti pjanti mhux elenkati fl-Anness V, il-parti A tad-Direttiva tal-Kunsill 77/93/KEE, li l-produtturi tagħhom, jew l-imħażen, ċentri tad-dispaċċ fiz-zoni tal-produzzjoni ta’ dawk il-pjanti, għandhom ikunu elenkati f’reġistru uffiċjali

    IL-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ,

    Wara li kunsidrat it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ekonomika Ewropea,

    Wara li kunsidrat id-Direttiva tal-Kunsill 77/93/KEE tal-21 ta’ Diċembru 1976 dwar miżuri protettivi kontra d-dħul fil-Komunità ta’ organiżmi li jagħmlu ħsara lill-pjanti jew lill-prodotti tal-pjanti u kontra t-tixrid tagħhom fil-Komunità [1], kif l-aħħar emendata bid-Direttiva 93/19/KEE [2], u b’mod partikolari l-Artikolu 6(5) u l-Artikolu 6(7), il-ħames inċiż,

    Billi, bil-ħsieb tal-produzzjoni ta’ ċerti prodotti mhux elenkati fl-Anness V, il-parti A li jinsab ma’ l-imsemmija Direttiva, bħala ma hi l-patata apparti milli l-patata taż-żergħa, jew frott ta’ Citrus L., Fortunella Swingle, Poncirus Raf. u l-ibridi tagħhom, li m’humiex infestati jew infettati bl-organiżmi li jagħmlu l-ħsara riferiti fid-Direttiva 77/93/EEC, u għal-immonitorjar adekwat mill-Istati Membri ta’ dik il-produzzjoni, huwa meħtieġ li ssir lista tal-produtturi ta’ l-imsemmija prodotti jew fejn ikun aktar jaqbel, l-imħażen kollettivi jew ċentri ta’ dispaċċ fiz-zoni tal-produzzjoni ta’ dawn il-prodotti f’reġistru uffiċjali lokali, reġjonali jew nazzjonali;

    Billi l-miżuri li hemm provvediment dwarhom f’din id-Deċiżjoni huma skond l-opinjoni tal-Kumitat Permanenti dwar is-Saħħa tal-Pjanti,

    ADOTTAT DIN ID-DIRETTIVA:

    Artikolu 1

    L-Istati Membri għandhom jassiguraw li l-produtturi, jew imħażen kollettivi, jew ċentri tad-dispaċċ fiz-zoni tal-produzzjoni tal-prodotti elenkati fl-Anness li jinsab ma’ din id-Direttiva għandhom ikunu elenkati f’reġistru uffiċjali lokali, reġjonali jew nazzjonali.

    Artikolu 2

    1. L-Istati Membri għandhom iġibu fis-seħħ il-liġijiet, ir-regolamenti jew dispożizzjonijiet amministrattivi meħtieġa għall-konformità ma’ din id-Direttiva fid-data referita fl-Artikolu 3(1) tad-Direttiva tal-Kunsill 91/683/EEC [3]. Huma għandhom javżaw minnufih b’dan lill-Kummissjoni.

    Meta l-Istati Membri jadottaw dawn id-dispożizzjonijiet, dawn għandhom ikollhom referenza għal din id-Direttiva jew għandhom ikunu akkumpanjati b’dik ir-referenza fl-okkażżjoni tal-pubblikazzjoni uffiċjali tagħhom. Il-proċedura għal dik ir-referenza għandha tiġi adottata mill-Istati Membri.

    2. L-Istati Membri għandhom minnufih jikkomunikaw mal-Kummissjoni id-dispożizzjonijiet tal-liġi nazzjonali li huma jadottaw fil-qasam kopert b’din id-Direttiva. Il-Kummissjoni għandha tavża lill-Istati Membri l-oħra b’dan.

    Artikolu 3

    Din id-Direttiva hija indirizzata lill-Istati Membri.

    Magħmulha fi Brussell, fl-24 ta’ Ġunju 1993.

    Għall-Kummissjoni

    René Steichen

    Membru tal-Kummissjoni

    [1] ĠU L 26, tal-31.1.1977, p. 20.

    [2] ĠU L 96, tat-22.4.1993, p. 33.

    [3] ĠU L 376, tal-31.12.1991, p. 29.

    --------------------------------------------------

    L-ANNESS

    1. Tuberi Solanum tuberosum L., apparti milli l-patata taż-żergħa.

    2. Frott taċ-Citrus L., Fortunella Swingle, Poncirus Raf., u l-ibridi tagħhom.

    --------------------------------------------------

    Top