Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 31993D0100

    Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni tad-19 ta' Jannar 1993 li temenda d-Deċiżjoni tal-Kunsill 79/542/KEE li tħejji lista ta' pajjiżi terzi minn fejn Istati Membri jistgħu jawtorizzaw l-importazzjoni ta' l-annimali ta’ l-ifrat, majjali u equidae, laħam frisk u prodotti tal-laħam u li tħassar id-Deċiżjonijiet 89/15/KEE u 90/135/KEE

    ĠU L 40, 17.2.1993, p. 23–28 (ES, DA, DE, EL, EN, FR, IT, NL, PT)

    Dan id-dokument ġie ppubblikat f’edizzjoni(jiet) speċjali (FI, SV, CS, ET, LV, LT, HU, MT, PL, SK, SL, BG, RO)

    Legal status of the document No longer in force, Date of end of validity: 08/04/2010; Impliċitament imħassar minn 32010D0477

    ELI: http://data.europa.eu/eli/dec/1993/100/oj

    31993D0100



    Official Journal L 040 , 17/02/1993 P. 0023 - 0028
    Finnish special edition: Chapter 3 Volume 48 P. 0103
    Swedish special edition: Chapter 3 Volume 48 P. 0103


    Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni

    tad-19 ta' Jannar 1993

    li temenda d-Deċiżjoni tal-Kunsill 79/542/KEE li tħejji lista ta' pajjiżi terzi minn fejn Istati Membri jistgħu jawtorizzaw l-importazzjoni ta' l-annimali ta’ l-ifrat, majjali u equidae, laħam frisk u prodotti tal-laħam u li tħassar id-Deċiżjonijiet 89/15/KEE u 90/135/KEE

    (93/100/KEE)

    IL-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ,

    Wara li kkunsidrat it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ekonomika Ewropea,

    Wara li kkunsidrat id-Direttiva tal-Kunsill 72/462/KEE tat-12 ta' Diċembru 1972 dwar is-saħħa u l-problemi ta' l-ispezzjoni veterinarja fuq l-importazzjoni ta' l-annimali ta’ l-ifrat, tan-nagħaġ u tal-mogħoż, u l-majjali, laħam frisk u prodotti minn pajjiżi terzi [1], kif l-aħħar emendata bir-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 1601/92 [2], u partikolarment l-Artikolu 3 tiegħu,

    Wara li kkunsidrat id-Direttiva tal-Kunsill 86/469/KEE tas-16 ta' Settembru 1986 li tikkonċerna l-eżami ta' l-annimali u l-laħam frisk għal preżenza tar-residwi [3], u partikolarment l-Artikolu 7 tagħha,

    Wara li kkunsidrat id-Direttiva tal-Kunsill 88/146/KEE tas-7 ta' Marzu 1988 li tipprojbixxi l-użu fit-trobbija tal-qobla ta' ċerti sostanzi li għandhom azzjoni ormonali [4], u partikolarment l-Artikolu Artikolu 6 tagħha,

    Billi bid-Deċiżjoni tal-Kunsill 79/542/KEE [5], kif l-aħħar emendata bid-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 93/99/KEE [6], lista ta' pajjiżi terzi li minnhom l-Istati Membri jistgħu jawtorizzaw l-importazzjoni ta' l-animali ta’ l-ifrat u l-majjali, mir-razza taż-żwiemel, laħam frisk u prodotti tal-laħam kienet ġiet stabbilita;

    Billi bid-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 89/15/KEE [7], kif l-aħħar emendata bid-Deċiżjoni 91/487/KEE [8], l-Istati Membri jistgħu jawtorizzaw l-importazzjoni ta' l-annimali ħajjin u l-laħam frisk minn pajjiżi terzi li kienu taw garanziji f'dak li jirrigwarda l-eżami ta' l-annimali u l-laħam frisk għall-preżenza tar-residwi ta' sostanzi li għandhom azzjoni ormonali;

    Billi bid-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 90/135/KEE [9], kif l-aħħar emendata bid-Deċiżjoni 91/486/KEE [10], il-pjanijiet li jispeċifikaw il-garanziji offruti minn ċerti pajjiżi terzi, f'dak li jirrigwarda l-eżami għar-residwi ta' sostanzi apparti minn dawk li għandhom azzjoni ormonali, huma meqjusa;

    Billi fis-suq intern iċ-ċirkulazzjoni ħielsa ta' l-annimali ħajjin u l-prodotti ta' l-annimali tinvolvi l-organizzazzjoni ta' verifiki veterinarji fuq l-importazzjoni minn pajjiżi terzi, fil-punt tad-dħul fit-territorju tal-Kommunità;

    Billi l-funzjoni xierqa ta' din is-sistema ġdida hi bbażata fuq il-faċilità tal-kommunikazzjoni ta' l-informazzjoni u t-trasperenza;

    Billi sabiex jintlaħaq dan l-objettiv huwa meħtieġ li jkunu miġbura flimkien il-listi differenti tal-pajjiżi terzi li minnhom l-Istati Membri jawtorizzaw l-importazzjoni ta' l-annimali ħajjin u tal-laħam frisk u li jkunu inklużi l-pajjiżi terzi skond il-Kodiċi Internazzjonali tan-Normi (Kodiċi ISO);

    Billi garanziji kienu mogħtija mill-awtoritajiet kompetenti ta' ċerti pajjiżi f'dak li jirigwarda l-użu ta' sostanzi li għandhom effett ormonali għal iskopijiet tas-simna b'relazzjoni ma’ l-annimali ħajjin u dawn għandhom ikunu meqjusa;

    Billi l-projbizzjoni fuq l-użu tas-sostanzi li għandhom effett ormonali għal skopijiet tas-simna tapplika għall-annimali ħajjin intiżi għall-qatla; billi, mhux iġġustifikat, li din il-projbizzjoni taffettwa r-razez taż-żwiemel għat-tnissil u l-produzzjoni u ż-żwiemel irreġistrati li jiġu minn dawk il-pajjiżi elenkati għar-razez taż-żwiemel;

    Billi, aktar minn hekk, huwa meħtieġ li jittieħed akkont tar-reġjonalizzazzjoni ta' ċerti pajjiżi terzi kif stabbiliti fid-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 92/160/KEE [11], kif l-aħħar emendata bid-Deċiżjoni 92/161/KEE [12];

    Billi aktar minn hekk, huwa meħtieġ li jittieħed akkont ta' l-importazzjoni tan-nagħaġ u l-mogħoż minn pajjiżi terzi;

    Billi ċerti Stati Membri jimportaw nagħaġ ħajjin għal qtil immedjat mill-Albanija, u huwa meħtieġ, bħala miżura temporanja li jawtorizzaw importazzjoni diretta ta' dawn l-annimali lejn l-Istati Membri kkonċernati sakemm il-Kummissjoni tkun wettqet missjoni veterinarja; billi huwa meħtieġ li jkun stabbilit limitu ta' żmien ta' 1 Lulju 1993 għall-importazzjoni bħal dawn;

    Billi ċerti garanziji kienu waslu għand l-awtoritajiet kompetenti tal-Litwanja u l-Ukrajna u hu xieraq, bħala l-ewwel pass, li jiżdiedu l-Litwanja u l-Ukrajna mal-lista li tikkonċerni l-introduzzjoni fil-Komunità tar-razez taż-żwiemel;

    Billi l-Istati Membri m'għandhomx jawtorizzaw l-importazzjoni ta' l-annimali u l-prodotti ta' l-annimali koperti b'din id-Deċiżjoni minn pajjiż terz sakemm dawk l-annimali u l-prodotti ta' l-annimali jissodisfaw il-ħtiġiet tas-saħħa ta' l-annimali għall-importazzjoni minn dak il-pajjiż;

    Billi huwa meħtieġ li tkun emendata d-Deċiżjoni 79/542/KEE kif xieraq, u li jitħasru d-Deċiżjonijiet 89/15/KEE u 90/135/KEE;

    Billi l-miżuri li hemm provvediment dwarhom f'din id-Deċiżjoni huma bi qbil ma’ l-opinjoni tal-Kumitat Veterinarju Permanenti,

    ADOTTAT DIN ID-DEĊIŻJONI:

    Artikolu 1

    Id-Deċiżjoni 79/542/KEE hi emendata kif ġej:

    1) it-titolu hu mibdul b'dan li ġej:

    "Id-Deċiżjoni tal-Kunsill 79/542/KEE tal-21 ta' Diċembru 1976 li tħejji lista ta' pajjiżi terzi minn fejn l-Istati Membri jistgħu jawtorizzaw l-importazzjoni ta' l-annimali ta’ l-ifrat, majjali, nagħaġ u mogħoż, laħam frisk u prodotti tal-laħam"

    .

    2) f'Artikolu 1, il-paragrafu 3 (a) u (b) hu mibdul b'dan li ġej:

    "3. Mingħajr preġudizzju għad-Deċiżjoni 92/160/KEE

    (a) L-Istati Membri għandhom jawtorizzaw l-importazzjoni minn pajjiżi terzi jew minn partijiet ta' pajjiżi terzi li jidhru fil-Parti 1 ta' l-Anness,

    (b) L-Istati Membri għandhom jawtorizzaw id-dħul temporanju fil-Komunità jew ta' żwiemel irreġistrati minn, jew id-dħul mill-ġdid ta' żwiemel irreġistrati wara li jkunu esportati temporanjament lejn pajjiżi terzi jew partijiet tal-pajjiżi terzi li jidhru fil-Parti 2 ta' l-Anness;"

    3) fl-Artikolu 1, il-paragrafu 4 li ġej hu miżjud:

    "4. L-Istati Membri għandhom jawtorizzaw l-importazzjoni ta' l-annimali ħajjin, partikolarment tar-razza taż-żwiemel għal qtil, laħam u prodotti tal-laħam biss minn dawk il-pajjiżi terzi jew minn partijiet ta' dawk il-pajjiżi terzi li jidhru fuq il-lista fil-Parti 1 ta' l-Anness u li huma konformi mal-garanziji rigward ir-residwi."

    4. l-Anness hu mibdul bl-Anness ta' din id-Deċiżjoni.

    Artikolu 2

    Id-Deċiżjoni 89/15/KEE u 90/135/KEE huma mħassra.

    Artikolu 3

    Din id-Deċiżjoni hija indirizzata lill-Istati Membri.

    Magħmula fi Brussel, 19 ta' Jannar 1993.

    Għall-Kummissjoni

    René Steichen

    Membru tal-Kummissjoni

    [1] ĠU L 302, 31.12.1972, p. 28.

    [2] ĠU L 173, 27.6.1992, p. 13.

    [3] ĠU L 275, 26.09.1986, p. 36.

    [4] ĠU L 70, 16.3.1978, p. 16.

    [5] ĠU L 146, 14.6.1979, p. 15.

    [6] ĠU L 40, 17.2.1993, p. 17.

    [7] ĠU L 8, 11.1.1989, p. 11.

    [8] ĠU L 260, 17.9.1991, p. 15.

    [9] ĠU L 76, 22.3.1990, p. 24.

    [10] ĠU L 260, 17.9.1991, p. 13.

    [11] ĠU L 71, 18.3.1992, p.27.

    [12] ĠU L 71, 18.3.1992, p.29.

    --------------------------------------------------

    ANNESS

    PARTI 1

    ANNIMALI ĦAJJIN, LAĦAM FRISK U PRODOTTI TAL-LAĦAM

    F = Annimali ta' l-ifrat (li jinkludu l-bufli)

    N/M = Nagħaġ/Mogħoż

    Ħ = Ħnieżer

    D = Bid-difer maqsum

    Ż = Żwiemel

    X = Awtorizzat bi prinċipju

    O = Mhux awtorizzat

    Rimarki speċjali

    Noti addizzjonali

    XR

    Il-pjan li jikkonċerna r-residwi f'annimali ħajjin u laħam frisk għal sustanzi li jkollhom azzjoni tirostatika, estroġenika, ondroġenika jew ġestoġenika u għal sustanzi ta' xort' oħra

    minn dawk li jkollhom azzjoni ormonali ġie approvat mill-Kummissjoni.

    Kodiċi ISO tal-Pajjiż | Pajjiż | Laħam frisk u prodotti tal-laħam | Laħam Frisk | Annimali ħajjin | Rimarki Speċjali | Kodiċi ISO tal-Pajjiż |

    Domestiċi | Ferjali | Laħam frisk | Prodotti tal-laħam | Annimali ħajjin | Residwi | F | M/N | Ħ | Ż |

    F | M/N | Ħ | Ż | D | Ż |

    AL | l-Albanija | o | x | x | x | o | x | o | x | o | o | | o | AL |

    AR | l-Arġentina | x | x | o | x | o | x | x | x | x | x | | | | XR | AR |

    AT | l-Awstrija | x | x | x | x | x | x | x | x | x | x | | | | XR | AT |

    AU | l-Awstralja | x | x | x | x | x | x | x | x | x | x | | | | XR | AU |

    BG | Il-Bulgarija | x | x | x | x | x | x | x | x | x | x | | | | XR | BG |

    BR | Il-Brażil | x | x | o | x | o | x | o | o | o | x | | | | XR | BR |

    BW | Il-Botswana | x | x | o | x | x | x | o | o | o | o | | | | XR | BW |

    BY | Il-Belarussja | x | x | x | x | x | x | x | x | x | x | | | | o | BY |

    BZ | Il-Beliże | x | o | o | x | o | x | o | o | o | o | | | | o | BZ |

    Il-Bożnia-Ħerzegovina | x | x | x | x | x | x | x | x | o | x | | | | o | |

    CA | Il-Kanada | x | x | x | x | x | x | x | x | x | x | | | | XR | CA |

    CH | L-Isvizzera | x | x | x | x | x | x | x | x | x | x | | | | XR | CH |

    CL | Iċ-Ċili | x | x | o | x | x | x | o | x | o | x | | | | XR | CL |

    CN | Ir-Repubblika taċ-Ċina | o | o | x | x | x | x | o | o | o | o | | | | o | CN |

    CO | Il-Kolombja | x | o | o | x | o | x | o | o | o | o | | | | o | CO |

    CR | Il-Kosta Rika | x | o | o | x | o | x | o | o | o | o | | | | o | CR |

    CS | Iċ-Ċekoslovakkja | x | x | x | x | x | x | x | x | x | x | | | | XR | CS |

    CU | Kuba | x | o | o | x | o | x | o | o | o | o | | | | o | CU |

    CY | Iċ-Ċipru | x | x | x | x | x | x | o | o | x | x | | | | o | CY |

    DZ | L-Alġerija | o | o | o | o | o | o | o | o | o | x | | | | o | DZ |

    EE | L-Estonja | x | x | x | x | x | x | x | x | x | x | | | | o | EE |

    ET | L-Etjopia | o | o | o | o | o | o | o | o | o | o | | | | o | ET |

    FI | Il-Finlandja | x | x | x | x | x | x | x | x | x | x | | | | XR | FI |

    GL | Il-Groenlandja | x | x | o | x | x | x | o | o | o | x | | | | XR | GL |

    GT | Il-Gwatemala | x | o | o | x | o | x | o | o | o | o | | | | o | GT |

    HK | Ħong Kong | o | o | o | o | o | o | o | o | o | o | | | | o | HK |

    HN | Ħonduras | x | o | o | x | o | x | o | o | o | o | | | | o | HN |

    HR | Il-Kroazja | x | x | x | x | x | x | x | x | x | x | | | | o | HR |

    HU | L-Ungerija | x | x | x | x | x | x | x | x | x | x | | | | XR | HU |

    IL | L-Iżrael | o | o | o | x | o | x | o | o | o | x | | | | o | IL |

    IN | L-Indja | o | o | o | o | o | o | o | o | o | o | | | | o | IN |

    IS | L-Iżlanda | x | x | x | x | x | x | x | x | x | x | | | | XR | IS |

    KE | Il-Kenja | o | o | o | o | o | o | o | o | o | o | | | | o | KE |

    LI | Il-Litwanja | x | x | x | x | x | x | x | x | x | x | | | | | LI |

    LV | Il-Latvja | x | x | x | x | x | x | x | x | x | x | | | | o | LV |

    MA | Il-Marokk | o | o | o | x | o | x | o | o | o | x | | | | o | MA |

    MG | Il-Madagaskar | x | x | o | x | o | x | o | o | o | o | | | | XR | MG |

    MT | Malta | x | o | x | x | o | x | x | x | x | x | | | | XR | MT |

    MU | Il-Mawritus | o | o | o | o | o | o | o | o | o | x | | | | o | MU |

    MX | Il-Messiku | x | o | o | x | o | x | o | o | o | x | | | | XR | MX |

    NA | In-Namibja | x | x | o | x | x | x | o | o | o | o | | | | XR | NA |

    NI | In-Nikaragwa | x | o | o | x | o | x | o | o | o | o | | | | o | NI |

    NO | In-Norveġja | x | x | x | x | x | x | x | x | x | x | | | | XR | NO |

    NZ | In-Nova Żelanda | x | x | x | x | x | x | x | x | x | x | | | | XR | NZ |

    PA | Il-Panama | x | o | o | x | o | x | o | o | o | o | | | | o | PA |

    PL | Il-Polonja | x | x | x | x | x | x | x | x | x | x | | | | XR | PL |

    PY | Il-Paragwaj | x | x | o | x | o | x | o | o | o | x | | | | XR | PY |

    RO | Ir-Rumanija | x | x | x | x | x | x | x | x | x | x | | | | XR | RO |

    RU | Ir-Russja | x | x | x | x | x | x | x | x | x | x | | | | o | RU |

    SE | L-Isvezja | x | x | x | x | x | x | x | x | x | x | | | | XR | SE |

    SG | Is-Singapor | o | o | o | o | o | o | o | o | o | o | | | | o | SG |

    SI | L-Islovenja | x | x | x | x | x | x | x | x | x | x | | | | o | SI |

    SV | L-El Salvador | x | x | o | x | o | x | o | o | o | o | | | | o | SV |

    SZ | Is-Sważilandja | x | o | o | x | x | x | o | o | o | o | | | | XR | SZ |

    TH | It-Tajlandja | o | o | o | o | o | o | o | o | o | o | | | | o | TH |

    TN | It-Tunisija | o | o | o | o | o | o | o | o | o | x | | | | o | TN |

    TR | It-Turkija | o | o | o | x | o | x | o | o | o | o | | | | o | TR |

    UA | L-Ukrajna | o | o | o | o | o | o | o | o | o | x | | | | | UA |

    US | L-Istati Uniti ta' l-Amerika | x | x | x | x | x | x | x | x | x | x | | | | XR | US |

    UY | L-Urugwaj | x | x | o | x | o | x | o | o | o | x | | | | XR | UY |

    YU | Ir-Repubblika tal-Jugoslavja | x | x | x | x | x | x | x | x | x | x | | | | XR | YU |

    ZA | L-Afrika ta' Isfel | x | x | x | x | x | x | o | o | o | x | | | | XR | ZA |

    ZW | Iż-Żimbabwe | x | o | o | o | o | o | o | o | o | o | | | | XR | ZW |

    PARTI 2

    KOLONNA SPEĊJALI GĦAÆ-ÆWIEMEL IRREĠISTRATI

    x = Awtorizzat bi prinċipju

    Kodiċi ISO tal-Pajjiż | Pajjiż | Żwiemel irreġistrati | Rimarki Speċjali |

    AE | L-Emirati Għarab Uniti | x | |

    BB | Il-Barbados | x | |

    BH | Il-Baħrajn | x | |

    BM | Bermuda | x | |

    BO | Il-Bolivja | x | |

    CO | Il-Kolombja | x | |

    CR | Kosta Rika | x | |

    CU | Kuba | x | |

    EC | L-Ekwador | x | |

    EG | L-Eġittu | x | |

    HK | Ħong Kong | x | |

    JM | Il-Ġamajka | x | |

    JO | Il-Ġordan | x | |

    JP | il-Ġappun | x | |

    KW | Il-Kuwajt | x | |

    LY | Il-Libja | x | |

    OM | L-Oman | x | |

    PE | Il-Peru | x | |

    TR | It-Turkija | x | |

    VE | Il-Venezwela | x | |

    --------------------------------------------------

    Top