Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 31993D0025

    Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni tal-11 ta’ Diċembru 1992 li tapprova ċerti trattamenti biex jinibixxu l-iżvilupp ta’ mikro-organiżmi patoġeniċi f’molluski bivalvi u gastropodi tal-baħar

    ĠU L 16, 25.1.1993, p. 22–23 (ES, DA, DE, EL, EN, FR, IT, NL, PT)

    Dan id-dokument ġie ppubblikat f’edizzjoni(jiet) speċjali (FI, SV, CS, ET, LV, LT, HU, MT, PL, SK, SL)

    Legal status of the document No longer in force, Date of end of validity: 29/10/2003; Imħassar b' 32003D0774

    ELI: http://data.europa.eu/eli/dec/1993/25/oj

    31993D0025



    Official Journal L 016 , 25/01/1993 P. 0022 - 0023
    Finnish special edition: Chapter 3 Volume 48 P. 0039
    Swedish special edition: Chapter 3 Volume 48 P. 0039


    DEĊIŻJONI TAL-KUMMISSJONI

    tal-11 ta' Diċembru 1992

    li tapprova ċerti trattamenti biex jinibixxu l-iżvilupp ta' mikro-organiżmi patoġeniċi f'molluski bivalvi u gastropodi tal-baħar

    (93/25/KEE)

    IL-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ,

    Wara li kkunsidrat it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ekonomika Ewropea,

    Wara li kkunsidrat id-Direttiva tal-Kunsill 91/493/KEE tat-22 ta' Lulju 1991 li tippreskrivi l-kondizzjonijiet tas-saħħa għall-produzzjoni u t-tpoġġija fis-suq ta' prodotti tas-sajd ([1]), u partikolarment il-Kapitolu IV (IV) (2) ta' l-Anness tagħha,

    Billi molluski bivalvi u gastropodi tal-baħar miġbura mill-arji msemmija fil-Kapitolu I (1) (b) and (1) (ċ) ta' l-Anness tad-Direttiva tal-Kunsill 91/492/KEE tal-15 ta' Lulju 1991 li tippreskrivi l-kondizzjonijiet għall-produzzjoni u t-tpoġġija fis-suq ta' molluski bivalvi ħajjin ([2]) jikkostitwixxu theddida potenzjali lill-konsumaturi jekk ma jkunux soġġetti għal trattament xieraq;

    Billi Spanja u r-Renju Unit ressqu trattamenti biex jinibixxu l-iżvilupp ta' patoġeni fil-molluski bivalvi u gastropodi tal-baħar;

    Billi dawn il-proċessi huma biżżejjed biex jiżguraw is-saħħa tal-prodotti u għalhekk mhux meħtieġ li jassoġġettawhom bil-quddiem għall-purifikazzjoni jew rikambji;

    Billi l-miżuri provduti f'din id-Deċiżjoni huma skond l-opinjoni tal-Kumitat Permanenti Veterinarju,

    ADOTTAT DIN ID-DEĊIŻJONI:

    Artikolu 1

    It-trattamenti murija fl-Anness ta' din din id-Deċiżjoni għall-inibizzjoni ta' l-iżvilupp ta' mikro-organiżmi patoġeniċi f'molluski bivalvi u gastropodi tal-baħar miġbura mill-arji msemmija fil-Kapitolu I (1) (b) u (1) (ċ) ta' l-Anness tad-Direttiva tal-Kunsill 91/492/KEE u li ma ġewx soġġetti għar-rikambji jew purifikazzjoni qabel ma jitpoġġew fis-suq huma b'dan approvati.

    Artikolu 2

    Din id-Deċiżjoni hija indirizzata lill-Istati Membri.

    Magħmula f'Brussel, fil-11 ta' Diċembru 1992.

    Għall-Kummissjoni

    Ray MAC SHARRY

    Membru tal-Kummissjoni

    ANNESS

    A. Sterilizzazzjoni

    Molluski bivalvi u gastropodi tal-baħar jistgħu jkunu assoġġettati għall-isterilizzazzjoni f'kontenituri ermetikament issiġillati li jħarsu l-ħtiġiet tal-Kapitolu IV (IV) (4) ta' l-Anness tad-Direttiva 91/493/KEE.

    B. Trattamenti tas-sħana oħrajn

    Molluski bivalvi u gastropodi tal-baħar fil-qoxra u mhux iffriżati jistgħu jgħaddu minn wieħed mill-proċessi li ġejjin:

    1. - immersjoni fl-ilma jagħli għall-perjodu meħtieġ biex jgħolli t-temperatura interna tal-laħam tal-mollusk sa mhux anqas minn 90 °C;

    - żamma ta' din it-temperatura minima għall-perjodu ta' mhux anqas minn 90 sekonda;

    2. - tisjir għal tliet jew ħames minuti fi spażju magħluq fejn:

    - it-temperatura hija bejn 120 u 160 °C,

    - il-pressjoni hija bejn 2 u 5 kg/ċm2, segwit bit-tneħħija tal-qoxra u l-iffriżar tal-laħam sa temperatura ġewwinija ta' -20 °C.

    [1] ĠU L 268, 24.9.1991, p. 15.

    [2] ĠU L 268, 24.9.1991, p. 1.

    Top