This document is an excerpt from the EUR-Lex website
Document 31992R3912
Council Regulation (EEC) No 3912/92 of 17 December 1992 on controls carried out within the Community in the field of road and inland waterway transport in respect of means of transport registered or put into circulation in a third country
Ir-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 3912/92 tas-17 ta' Diċembru 1992 dwar kontrolli mwettqa fil-Komunità fil-qasam tat-trasport bl-art u bl-ibħra interni dwar mezzi ta' trasport reġistrati jew imqiegħda fiċ-ċirkolazzjoni f'pajjiż terz
Ir-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 3912/92 tas-17 ta' Diċembru 1992 dwar kontrolli mwettqa fil-Komunità fil-qasam tat-trasport bl-art u bl-ibħra interni dwar mezzi ta' trasport reġistrati jew imqiegħda fiċ-ċirkolazzjoni f'pajjiż terz
ĠU L 395, 31.12.1992, p. 6–7
(ES, DA, DE, EL, EN, FR, IT, NL, PT) Dan id-dokument ġie ppubblikat f’edizzjoni(jiet) speċjali
(FI, SV, CS, ET, LV, LT, HU, MT, PL, SK, SL, BG, RO, HR)
In force
Relation | Act | Comment | Subdivision concerned | From | To |
---|---|---|---|---|---|
51992PC0105 | |||||
Partial adoption | 51992PC0105 |
Relation | Act | Comment | Subdivision concerned | From | To |
---|---|---|---|---|---|
Derogated in | 11994N/PRO/09 | A.. | 31/12/1996 |
Official Journal L 395 , 31/12/1992 P. 0006 - 0007
Finnish special edition: Chapter 2 Volume 8 P. 0166
Swedish special edition: Chapter 2 Volume 8 P. 0166
Ir-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 3912/92 tas-17 ta' Diċembru 1992 dwar kontrolli mwettqa fil-Komunità fil-qasam tat-trasport bl-art u bl-ibħra interni dwar mezzi ta' trasport reġistrati jew imqiegħda fiċ-ċirkolazzjoni f'pajjiż terz IL-KUNSILL TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ, Wara li kkunsidra t-Trattat li jwaqqaf il-Komunità Ekonomika Ewropea, u b'mod partikolari l-Artikolu 75 tiegħu, Wara li kkunsidra l-proposta mill-Kummissjoni [1], Wara li kkunsidra l-opinjoni tal-Parlament Ewropew [2], Wara li kkunsidra l-opinjoni tal-Kumitat Ekonomiku u Soċjali [3], Billi l-Komunità bdiet tadotta l-miżuri li jwasslu għat-twaqqif progressiv tas-suq intern sal-31 ta' Diċembru 1992, li ser jinkludi żona mingħajr fruntieri interni li fiha l-moviment ħieles ta' oġġetti, persuni, servizzi u kapital hu żgurat skond id-dispożizzjonijiet tat-Trattat; Billi t-tlestija tas-suq intern ser ifisser li kontrolli u formalitajiet fil-fruntieri interni dwar mezzi ta' trasport u d-dokumentazzjoni relevanti se jkollhom jitneħħew; Billi, skond liġijiet tal-Komunità u liġijiet nazzjonali eżistenti fil-qasam tat-trasport bit-toroq u l-ibħra interni, Stati Membri jagħmlu ċekkjar, verifiki u spezzjonijiet dwar karatteristiċi tekniċi, awtorizzazzjonijiet u dokumentazzjoni oħra li magħhom iridu jikkonformaw vetturi u inġenji ta' l-ibħra interni; billi b'mod ġenerali ser jibqa' jkun hemm il-ħtieġa għal tali ċekkjar, verifiki u spezzjonijiet biex ikun evitat tħarbit ta' organizzazzjoni tas-suq tat-trasport u biex tkun żgurata sigurtà fit-toroq u l-ibħra interni; Billi, skond ir-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 4060/89 tal-21 ta' Diċembru 1989 dwar l-eliminazzjoni ta' kontrolli magħmula fuq il-fruntieri ta' Stati Membri fil-qasam tat-trasport bit-toroq u l-ibħra interni [4], tali ċekkjar m'għandux jibqa' jsir fil-fruntieri bejn Stati Membri fejn dawn jirreferu għal mezzi ta' trasport reġistrati jew li jiċċirkolaw fi Stat Membru; Billi l-istess prinċipju għandu jkun introdott għar-rigward ta' l-applikazzjoni tal-kontrolli provduti fl-imsemmi Regolament u ta' kontrolli magħmula għal finijiet ta' arranġamenti ma' pajjiżi terzi għal mezzi ta' trasport reġistrati jew li jiċċirkolaw f'pajjiż terz; Billi l-awtoritajiet ta' l-Istat Membru fejn il-mezzi ta' trasport jidħlu minn pajjiż terz iridu jibqgħu ikomplu jagħmlu l-kontrolli kollha meħtieġa għar-rigward ta' ċċekkjar li l-imsemmija mezzi ta' trasport ikollhom l-awtorizzazzjoni li jagħmlu operazzjonijiet ta' trasport fuq jew tul it-territorju tiegħu; Billi Stati Membri jridu jiżguraw li ċekkjar, verifiki u spezzjonijiet jistgħu jibqgħu jsiru matul it-territorji rispettivi tagħhom bħala parti mill-proċeduri normali ta' kontroll; Billi koperazzjoni biex jiġu osservati l-obbligi ta' dan ir-Regolament għandha ssegwi r-regoli provduti fir-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 1468/81 tad-19 ta' Mejju 1981 dwar għajnuna reċiproka bejn l-awtoritajiet amministrattivi ta' l-Istati Membri u koperazzjoni bejn dawn ta' l-aħħar u l-Kummissjoni biex tkun żgurata l-applikazzjoni korretta tal-liġi dwar materji tad-dwana jew agrikoli [5], ADOTTA DAN IR-REGOLAMENT: L-Artikolu 1 1. Dan ir-Regolament għandu japplika għal kontrolli permezz ta' ftehim internazzjonali u dawk imsemmija fir-Regolament (KEE) Nru 4060/89 magħmula ġewwa l-Komunità minn Stati Membri dwar operazzjonijiet ta' trasport bl-art u bl-ibħra interni magħmula permezz ta' trasport reġistrat jew li jiċċirkola f'pajjiż terz. 2. Dan ir-Regolament m'għandux jaffettwa l-jeddijiet jew l-obbligi ta' Stat Membru, meta l-mezz ta' trasport imsemmi fil-paragrafu 1 jidħol minn pajjiż terz, biex jagħmel il-kontrolli kollha meħtieġa, sabiex jistabbilixxi li tali mezz ta' trasport huwa awtorizzat li jittrasporta fi jew tul it-territorju ta' l-Istat Membru konċernat. L-Artikolu 2 Għall-finijiet ta' dan ir-Regolament: - "kontroll" tfisser kull ċekkjar, spezzjoni, verifika jew formalità magħmula fuq il-fruntieri ta' Stati Membri minn awtoritajiet nazzjonali li jwaqqfu jew ifixklu l-moviment ħieles tal-vetturi jew vapuri in kwistjoni, - "ftehim internazzjonali" għandha tfisser kull ftehim bejn wieħed jew aktar Stati Membri jew il-Komunità u wieħed jew aktar pajjiżi terzi. L-Artikolu 3 Il-kontrolli msemmija fl-Artikolu 1 m'għandhomx jibqgħu isiru bħala kontrolli fuq il-fruntiera tul il-fruntieri interni tal-Komunità, iżda bħala parti mill-kontrolli li l-Istati Membri normalment jagħmlu matul it-territorju tagħhom. L-Artikolu 4 Għall-finijiet ta' implimentazzjoni ta' dan ir-Regolament, id-dispożizzjonijiet tar-Regolament (KEE) Nru 1468/81 għandhom japplikaw mutatis mutandis. B'żieda ma' dan, Stati Membri għandhom jieħdu l-passi kollha meħtieġa biex jistabbilixxu koperazzjoni bejn l-awtoritajiet kompetenti rispettivi tagħhom. L-Artikolu 5 Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fl- l ta' Jannar1993. Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha. Magħmul fi Brussel, fis-17 ta' Diċembru 1992. Għall-Kunsill Il-President R. Needham [1] ĠU C 103, tat-23.4.1992, p. 11. [2] ĠU C 305, tat-23.11.1992. [3] ĠU C 287, ta' l-4.11.1992, p. 14. [4] ĠU L 390, tat-30.12.1989, p. 18. Regolament kif l-aħħar emendat bir-Regolament (KEE) Nru 3356/91 (ĠU L 318, ta' l-20.11.1991, p. 1). [5] ĠU L 144, tat-2.6.1981, p. 1. Regolament kif emendat bir-Regolament (KEE) Nru 945/87 (ĠU L 90, tat-2.4.1987, p. 3). --------------------------------------------------