Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 31991R3425

Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KEE) Nru 3425/91 tal-25 ta' Novembru 1991 rigward il-klassifikazzjoni ta' ċerti oġġetti fin-nomenklatura magħquda

ĠU L 325, 27.11.1991, p. 6–6 (ES, DA, DE, EL, EN, FR, IT, NL, PT)

Dan id-dokument ġie ppubblikat f’edizzjoni(jiet) speċjali (FI, SV, CS, ET, LV, LT, HU, MT, PL, SK, SL, BG, RO, HR)

Legal status of the document In force

ELI: http://data.europa.eu/eli/reg/1991/3425/oj

31991R3425



Official Journal L 325 , 27/11/1991 P. 0006 - 0006
Finnish special edition: Chapter 2 Volume 8 P. 0101
Swedish special edition: Chapter 2 Volume 8 P. 0101


Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KEE) Nru 3425/91

tal-25 ta' Novembru 1991

rigward il-klassifikazzjoni ta' ċerti oġġetti fin-nomenklatura magħquda

IL-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ,

Wara li kkunsidrat it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ekonomika Ewropea,

Wara li kkunsidat ir-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 2658/87 [1] fuq in-nomenklatura tat-tariffa u ta' l-istatistika u fuq it-Tariffa Komuni Doganali, kif l-aħħar emendata bir-Regolament (KEE) Nru 2242/91 [2], u partikolarment Artikolu 9,

Billi biex tkun żgurata l-applikazzjoni uniformi tan-nomenklatura magħquda mehmuża ma’ l-imsemmi Regolament, jeħtieġ li jkunu adottati miżuri rigward il-klassifikazzjoni tal-merkanzija msemmija fl-Anness ta' dan ir-Regolament;

Billi r-Regolament (KEE) Nru 2658/87 ippreskriva regoli ġenerali għall-interpretazzoni tan-nomenklatura magħquda u dawn ir-regoli japplikaw ukoll għal kull nomenklatura oħra li hija għal kollox jew f'parti ibbażata fuqha jew li żżid xi suddiviżjonijiet addizzjonali magħha u li hija stabbilita b'dispożizzjonijiet speċifiċi tal-Komunità, biex ikunu applikati t-tariffi jew miżuri oħra li jirrigwardaw il-kummerċ fil-merkanzija;

Billi, bis-saħħa ta' l-imsemmija regoli ġenerali, il-merkanzija deskritta fil-kolonna 1 tat-tabella mehmuża ma’ dan ir-Regolament għandha tkun klassifikata taħt il-kodiċi NM xieraq indikat fil-kolonna 2, bis-saħħa tar-raġunijiet provduti fil-kolonna 3;

Billi l-miżuri provduti f'dan ir-Regolament huma skond l-opinjoni tal-Kumitat tan-nomenklatura,

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

Il-merkanzija deskritta fil-kolonna 1 tat-tabella annessa hija issa klassifikata ġewwa n-nomenklatura magħquda taħt il-kodiċi NM xieraq indikat fil-kolonna 2 ta' l-imsemmija tabella.

Artikolu 2

Dan ir-Regolament għandu idħol fis-seħħ fil-21 jum wara l-pubblikazzjoni tiegħu fil-Ġurnal Uffiċjali tal-Komunitajiet Ewropej.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u jkun japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, fil-25 ta' Novembru 1991.

Għall-Kummissjoni

Christiane Scrivener

Membru tal-Kummissjoni

[1] ĠU L 256, tas-7.9.1987, p. 1.

[2] ĠU L 204, tas-27.7.1991, p. 21

--------------------------------------------------

ANNESS

Deskrizzjoni tal-oġġetti | Klassifikazzjoni tal-Kodiċi NM | Raġunijiet |

(1) | (2) | (3) |

Rollijiet tat-tabakk mgeżwra f'film taċ-ċellulosa poruż, li mit-tul, ħxuna, kulur, tip ta' tabakk u fermezza, għandhom id-dehra ta' sigaretti. Dawn ir-rollijiet ta' tabakk għandhom jiddaħħlu ġo tubu tal-karta tas-sigaretti qabel ma jitpejpu. | 24022000 | Klassifika fid-determinazzzjoni bid-dispożizzjonijiet tar-Regoli Ġenerali 1, 2 a) u 6 għall-interpretazzjoni tan-Nomenklatura Magħquda u bid-diċitura tal-kodiċijiet NM 2402 u 24022000. |

--------------------------------------------------

Top