Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 31991R1134

Ir-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 1134/91 tad-29 ta' April 1991 fuq l-arranġamenti tat-tariffi applikabbli għall-importazzjoni ta' prodotti fil-Komunità li joriġinaw f'territorju okkupat u t-tħassir ta' Regolament (KEE) Nru 3363/86

ĠU L 112, 4.5.1991, p. 1–5 (ES, DA, DE, EL, EN, FR, IT, NL, PT)

Dan id-dokument ġie ppubblikat f’edizzjoni(jiet) speċjali (FI, SV, CS, ET, LV, LT, HU, MT, PL, SK, SL, BG, RO, HR)

Legal status of the document In force: This act has been changed. Current consolidated version: 01/01/1996

ELI: http://data.europa.eu/eli/reg/1991/1134/oj

31991R1134



Official Journal L 112 , 04/05/1991 P. 0001 - 0005
Finnish special edition: Chapter 11 Volume 17 P. 0003
Swedish special edition: Chapter 11 Volume 17 P. 0003


Ir-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 1134/91

tad-29 ta' April 1991

fuq l-arranġamenti tat-tariffi applikabbli għall-importazzjoni ta' prodotti fil-Komunità li joriġinaw f'territorju okkupat u t-tħassir ta' Regolament (KEE) Nru 3363/86

IL-KUNSILL TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ,

Wara li kkunsidra t-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ekonomika Ewropea, u b'mod partikolari l-Artikolu 113 tiegħu,

Wara li kkunsidra l-proposta tal-Kummissjoni,

Billi prodotti li joriġinaw fix-xatt tal-punent tax-xmara Ġordan jew l-Istrixxa ta' Gaza (imsejħa "territorju okkupat"), it-tnejn okkupati minn Iżrael, igawdu trattament preferenzjali fil-każ ta' aċċess għas-suq tal-Komunità taħt ir-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 3363/86 tal-27 ta' Ottubru 1986 fuq l-arranġamenti tat-tariffi applikabbli għall-importazzjoni ta' prodotti fil-Komunità li joriġinaw f'territorju okkupat [1];

Billi t-trattament preferenzjali jipprovdi għal aċċess ħieles fis-suq tal-Komunità għal merkanzija industrijali u trattamement tariffarju preferenzjali għal ċerti prodotti agrikoli;

Billi huwa xieraq li jiġu mdaħħla miżuri li jwasslu għal titjib malajr fil-kondizzjonijiet ta' aċċess fis-suq tal-Komunità għall-prodotti agrikoli li joriġinaw f'territorju okkupat; billi, biex jintlaħaq dan il-għan, ir-Regolament (KEE) Nru 3363/86 għandu jiġi mibdul b'Regolament ġdid,

ADOTTA DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

1. Prodotti għajr dawk li jinsabu fil-lista fl-Anness II tat-Trattat u li joriġinaw f'territorju okkupat għandhom jiġu importati fil-Komunità mingħajr restrizzjonijiet ekwivalenti jew miżuri li għandhom effet ekwivalenti u ħielsa minn dazji doganali u piżijiet li għandhom effet ekwivalenti.

2. F'każ ta' merkanzija msemmija fl-Anness tar-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 3033/80 tal-11 ta' Novembru 1980 li jniżżel l-arranġamenti kummerċjali applikabbli għal ċertu merkanzija li tirriżulta mill-ipproċessar ta ċerti prodotti agrikoli [2] li tali lista tinsab fl-Anness I hawnwekk, paragrafu 1 għandu jgħodd biss għall-komponent fiss tal-ħlas impost fuq din il-merkanzija importata fil-Komunità.

Artikolu 2

Id-dazji doganali fuq merkanzija importata fil-Komunità ta' prodotti agrikoli msemmija fl-Anness II u li joriġinaw fit-territorji okkupati għandhom jiġu eliminati f'żewġ rati indaqs, fl-1 ta' Jannar 1992 u fl-1 ta' Jannar 1993, u fil-perjodu indikat għal kull prodott.

Artikolu 3

1. L-Artikolu 2 għandu jgħodd fil-limiti ta' kwota tariffarja tal-Komunità ta' 1200 tunnellata metrika għal frawli taħt il-kodiċi NM 08101090.

2. Il-kwantità tar-referenza hija msemmija fl-Anness II hawnhekk għal ċerti prodotti.

Meta l-importazzjoni ta' xi prodotti minn dawn tisboq il-kwantità tar-referenza, il-prodotti miftiehma jistgħu jiġu soġġetti għal tariffa Komunitarja fuq il-kwota li għandha tgħodd għall-volum ekwivalenti tal-kwantitajiet tar-referenza, jekk l-ammonti importati jidhru li x'aktarx sejrin joħolqu problemi fis-suq tal-Komunità.

3. F'każi ta' Prodotti msemmija fl-Anness II għajr dawk imsemmija f'paragrafi 1 u 2, il-kwantitajiet tar-referenza tista' tiġi iffissata jekk l-ammonti importati jidhru li x'aktarx sejrin joħolqu problemi fis-suq tal-Komunità.

Dawn il-prodotti jistgħu sussegwentement jiġu soġġetti għal tariffi fuq il-kwoti taħt l-istess kondizzjonijiet bħal dawk msemmija fil-paragrafu 2.

4. Ir-rati ta' riduzzjonijiet msemmija fl-Anness II għandhom jgħoddu għall-ammonti importati fl-eċċess tal-kwoti.

5. Skond l-applikazzjoni ta' l-Artikolu 2, dazji doganali jkunu laħqu livell ta' 2 % jew inqas, il-ġabra tagħhom għanda tkun totalment sospiża.

Artikolu 4

Ir-regoli tal-Oriġini li japplikaw għandhom ikunu dawk stabbiliti fir-Regolament tal-Kummissjoni (KEE) Nru 4129/86 [3].

Artikolu 5

Ir-Regolament (KEE) Nru 3363/86 huwa hawnhekk imħassar.

Artikolu 6

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fl-1 ta' Jannar 1992.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fil-Lussemburgu, fid-29 ta' April 1991.

F'isem il-Kunsill

Il-President

R. Goebbels

[1] ĠU L 306, ta' l-1.11.1986, pġ. 103.

[2] ĠU L 323, tad-29.11.1980, pġ. 1.

[3] ĠU L 381, tal-31.12.1986, pġ. 1.

--------------------------------------------------

ANNESS I

Kodiċi tan-NM | Deskrizzjoni |

ex0403 | xorrox tal-butir, baqta tal-ħalib u krema, jogurt, kephir u ħalib u krema li jkunu iffermentaw jew qrasu, kemm jekk ikkonċentrat jew le jew li jkun fihom zokkor miżjud jew tip ta' dolċifikant ieħor jew b'togħmiet differenti jew li jkun fih frott jew kawkaw, ġewż jew kawkaw: |

04031051 sa04031099 | — Jogurt, b'togħmiet differenti jew li jkun fih frott jew kawkaw |

04039071 sa04039099 | — Oħrajn, b'togħmiet differenti jew li jkun fih frott jew kawkaw |

07104000 | Qamħ ħelu (mhux imsajjar jew imsajjar jew imsajjar fuq il-fwar jew mgħolli fl-ilma), iffriżat |

07119030 | Qamħ ħelu ippriservat għal żmien qasir (per eżempju, bil-gas tad-diossidju tal-kubrit, fis-salmura, ilma bil-kubrit jew f'soluzzjonijiet preservattivi oħra), li mhux tajbin għall-ikel f'dak l-istat |

ex1517 | Marġerina; taħlit li jittiekel jew preparazzjonijiet ta' xaħam jew zjut ta' l-annimali jew veġetali ta' dan il-kapitolu, għajr minn xaħam jew zjut li jittieklu jew il-frazzjonijiet tagħhom tal-intestatura |

15171010 | –Marġerina, eskluż Marġerina likwida li jkollha iktar minn 10 % iżda mhux izjed minn 15 % mill-piż ta' xaħam tal-ħalib |

15179010 | – Oħrajn, li jkollhom iktar minn 10 % iżda mhux izjed minn 15 % mill-piż ta' xaħam tal-ħalib |

17025000 | Fruttosju kimikament pur |

ex1704 | Zokkor ħelu (inkluż ċikkulata bajda), li ma jkun fihom kawkaw; eskluż estratti tal-likwirizja li jkun fihom aktar minn 10 % mill-piż ta' sukrosju iżda li ma jkunx fihom sustanzi oħra miżjuda, li jaqgħu taħt is-subinċiż No 17049010 |

1806 | Ċikkulata u preparazzjonijiet oħra ta' l-ikel li fihom il-kawkaw |

1901 | Estratti tax-xgħir; ikel ippreparat mid-dqiq, smida, lamtu jew mill-estratti tax-xgħir, li ma fihomx trab tal-kawkaw, jew li fihom trab tal-kawkaw fi proporzjon tal-piż inqas minn 50 %, m'hux speċifikata jew imdaħħla x'imkien ieħor; ikel ippreparat mill-merkanzija ta' l-Intestatura Nru 0401 sa 0404, li ma fihomx trab tal-kawkaw, jew li fihom trab tal-kawkaw fi proporzjon tal-piż inqas minn 10 %, m'hux speċifikata jew imdaħħla x'imkien ieħor |

ex1902 | Għaġin, msajjar jew le jew ippreparat mod ieħor eskluż għaġin mimli li jaqa' taħt is-subinċiż 19022010 and 19022030 |

1903 | Tapjoka u sostituti tiegħu, ippreparati mil-lamtu fil-forma ta' xrar, frak, perli, frak mgħarbul jew simili |

1904 | Ikel ippreparat mill-infiħ jew inkaljar taċ-ċereali jew prodotti taċ-ċereali (bħal per eżempju l-korn flakes); ċereali, għajr il-qamħirrum (qamħ), fi forma ta' frak msajjar minn qabel jew ippreparat mod ieħor |

1905 | ħobż, ħelu magħmul mill-għaġina, kejkijiet, gallettini u xogħol ieħor tal-furnar, kemm jekk ikollhom il-kawkaw jew le, ostji, qratas vojta għal użu farmaċewtiku, wejfer użati biex tissiġilla, karti tar-ross u prodotti simili |

20019030 | Qamħ ħelu (Zea mays var. saccharata) ippreparat jew ippreservat fil-ħall jew fl-aċtu qares tal-ħall. |

20019040 | Patata ħelwa u partijiet ta' pjanti simili li jittieklu li jkun fihom 5 % jew iżjed mill-piż ta' lamtu, ippreparat jew ippreservat fil-ħall jew fl-aċtu qares tal-ħall. |

20049010 | Qamħ ħelu (Zea mays var. saccharata) ippreparat jew ippreservat mod ieħor għajr fil-ħall jew fl-aċtu qares tal-ħall; iffriżat |

20058000 | Qamħ ħelu (Zea mays var. saccharata) ippreparat jew ippreservat mod ieħor għajr fil-ħall jew fl-aċtu qares tal-ħall.; mhux iffriżat |

20089985 | Qamħirrun li mhux qamħ ħelu (Zea mays var. saccharata) ippreparat mod ieħor jew ippreservat, li ma jkunx fih spirtu miżjud jew zokkor miżjud |

20089991 | Yams, patata ħelwa u partijiet ta' pjanti simili li jittieklu li jkun fihom 5 % jew iżjed mill-piż ta' lamtu, ippreparat mod ieħor jew ippreservat, li ma jkunx fih spirtu miżjud jew zokkor miżjud |

21013019 | Sostituti tal-kafe nkaljat eskluż iċ-ċikwejra nkaljata |

21013099 | Estratti, essenzi jew ikkonċentrati tas-sostituti tal-kafe nkaljat eskluż dawk taċ-ċikwejra nkaljata |

21021031 –21021039 | Ħmira |

2105 | 2105 ġelat u silġ ieħor li jittiekel, kemm jekk ikun fih il-kawkaw jew le |

ex2106 | Preparazzjonijiet ta' l-ikel speċifikati jew inklużi x'imkien ieħor għajr dawk li jaqgħu taħt is-subinċiżi 21061010 u 21069091 u dawk li fihom togħmiet differenti jew xiropp taz-zokkor ikkulurit |

220290912202909522029099 | Xorb mhux alkoħoliku, li ma jinkludix meraq tal-frott jew tal-ħaxix ta' l-intestatura Nru 2009, li jkunu jinsabu fi prodotti tan-Nri 0401 sa 0404 jew miksuba minn prodotti tal-intestatura Nri 0401 sa 0404 |

290543 | Mannitol |

290544 | D-Glucitol (sorbitol) |

ex3501 | Caseins caseinates u derivattivi oħra tal-proteini tal-ħalib |

ex350510 | Dextrini u lamtijiet modifikati oħra, esklużi lamtijiet li għaddew minn proċess kimiku ta' alkoħol u aċidu organiku jew minn xi proċess b'likwidu magħmul mill-alkoħol tas-subinċiż 35051050 |

350520 | Kolol basati fuq il-lamtu jew destrini u lamtijirt modifikati oħra |

380910 | Glassa u taħwir ippreparat bi bażi ta' sustanzi ta' lamtu. |

382360 | Sorbitol għajr dawk tas-subinċiż 290544 |

--------------------------------------------------

ANNESS II

Kodiċi tan-NM | Deskrizzjoni | Rati ta' Riduzzjoni fid-dazji doganali(%) |

ex07020010 | Tadam, frisk jew mkessaħ, | |

mill-1 ta' Diċembru sal-31 ta' Marzu | 60 % |

ex070310 | Basal, frisk jew mkessaħ, | |

mill-15 ta' Frar sal-15 ta' Mejju | 60 % |

ex07093000 | Brunġiel, frisk jew mkessaħ, | |

mill-15 ta' Jannar sat-30 ta' April | 60 % |

ex070960 | Frott tal-familja tal-bżar jew tal-familja tal-bżar Ġamajkan, frisk jew mkessaħ: | |

07096010 | Bżar ħelu jew bżar Ġamajkan | 40 % |

07096099 | Oħrajn | 80 % |

ex07099070 | Qarabali, frisk jew mkessaħ, | |

mill-1 ta' Diċembru sa l-aħħar ta' Frar | 60 % |

ex07099090 | Ħaxix ieħor, frisk jew mkessaħ, | |

Basal selvaġġ tal-ispeċi Muscari comosum, | |

mill-15 ta' Frar sal-15 ta' Mejju | 60 % |

ex071080 | Ħaxix ieħor, mhux imsajjar jew msajjar fuq il-fwar jew msajjar fuq il-fwar, iffriżat: | |

07108059 | Frott tal-familja Capsicum jew tal-familja Pimenta, għajr bżar ħulu jew bżar Gamajkan | 80 % |

07109010 | Frott tal-familja Capsicum jew tal-familja Pimenta, għajr bżar ħulu jew bżar Gamajkan, ippreservati għal żmien qasir, li mhux tajbin għall-ikel f'dak l-istat. | 80 % |

ex080510 | Larinġ, frisk | 60 % |

ex080520 | Mandolin (inklus tanġerin u satsuma); klementini, wilking u ibridi oħra taċ-citru, friski | 60 % |

ex080530 | Lumi, (lumi taċ-ċitru, citrus limonum), frisk | 40 % |

08054000 | grejpfruwt | 80 % |

ex08071090 | Bettieħ, frisk: | |

mill-1 ta' Novembru sal-31 ta' Mejju | 50 % |

ex08079010 | Frawli, frisk | |

mill-1 ta' Novembru sal-31 ta' Marzu | 0 % |

ex08129020 | Larinġ, mqatta' biċċiet zgħar, ippreservati għal żmien qasir, li mhux tajbin għall-ikel f'dak l-istat. | 80 % |

09042039 | Bżar għajr bżar ħelu jew bżar Gamajkan, mnixxef, la mfarrak u lanqas mitħun | 80 % |

20019020 | Frott tal-familja Capsicum għajr bżar ħelu jew bżar Gamajkan, ippreparat jew ippriservat bill-ħall jew fermenti oħra | 80 % |

20059010 | Frott of the genus Capsicum other than Ħelu peppers or pimentos, ippreparat jew ippriservat mod ieħor għajr mill-ħall jew fermenti oħra, mhux iffriżat | 80 % |

--------------------------------------------------

Top