This document is an excerpt from the EUR-Lex website
Document 31989R2219
Council Regulation (EEC) No 2219/89 of 18 July 1989 on the special conditions for exporting foodstuffs and feedingstuffs following a nuclear accident or any other case of radiological emergency
Ir-Regolament tal-Kunsill (EEC) Nru 2219/89 tat-18 ta' Lulju 1989 dwar il-kondizzjonijiet speċjali għall-esportazzjoni tal-oġġetti tal-ikel u tal-għalf wara inċident nukleari jew fil-każ ta' kull emerġenza radjoloġika
Ir-Regolament tal-Kunsill (EEC) Nru 2219/89 tat-18 ta' Lulju 1989 dwar il-kondizzjonijiet speċjali għall-esportazzjoni tal-oġġetti tal-ikel u tal-għalf wara inċident nukleari jew fil-każ ta' kull emerġenza radjoloġika
ĠU L 211, 22.7.1989, p. 4–5
(ES, DA, DE, EL, EN, FR, IT, NL, PT) Dan id-dokument ġie ppubblikat f’edizzjoni(jiet) speċjali
(FI, SV, CS, ET, LV, LT, HU, MT, PL, SK, SL, BG, RO, HR)
In force
Official Journal L 211 , 22/07/1989 P. 0004 - 0005
Finnish special edition: Chapter 15 Volume 9 P. 0088
Swedish special edition: Chapter 15 Volume 9 P. 0088
Ir-Regolament tal-Kunsill (EEC) Nru 2219/89 tat-18 ta' Lulju 1989 dwar il-kondizzjonijiet speċjali għall-esportazzjoni tal-oġġetti tal-ikel u tal-għalf wara inċident nukleari jew fil-każ ta' kull emerġenza radjoloġika IL-KUNSILL TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ, Wara li kkonsidra t-Trattat li jistabilixxi l-Komunità Ekonomika Ewropea, u b'mod partikolari Artikolu 113 tiegħu, Wara li kkonsidra l-proposta mill-Kummissjoni [1], Wara li kkonsidra l-opinjoni tal-Parlament Ewropew, Billi l-Kummissjoni għandha tiġi mgħarrfa dwar kull inċident nukleari jew dwar il-livelli għolja ta' radjoattività mhux tas-soltu, skond id-Deċiżjoni tal-Kunsill 87/600/Euratom tal-14 ta' Diċembru 1987 dwar l-arranġamenti tal-Komunità għall-bdil minn kmieni tat-tagħrif fil-każ ta' emerġenza radjoloġika [2] jew skond il-Konvenzjoni dwar l-Aġenzija Internazzjonali tal-Enerġija Atomika (AIEA) tas-26 ta' Settembru 1986 dwar in-Notifika Minn Kmieni ta' Inċident Nukleari; Billi l-Kunsill addotta r-Regolament (Euratom) Nru 3954/87 tat-22 ta' Diċembru 1987 li jistabilixxi l-livelli massimi permessi ta' kontaminazzjoni radjoattiva fl-oġġetti tal-ikel u fil-għalf wara inċident nukleari jew f'kull każ ieħor ta' emerġenza radjoloġika [3], kif l-aħħar emendat bir-Regolament (Euratom) Nru 2218/89 [4]; Billi l-livelli massimi permessi stabbiliti bir-Regolament imsemmi hawn fuq jagħtu każ mistħoqq tal-opinjoni xjentifika internazzjonali l-aktar riċenti u jirriflettu l-ħtieġa li tiġi evitata kull diskrepanza fir-regolament internazzjonali; Billi r-riżoluzzjoni tal-Kunsill u tar-rappreżentanti tal-Gvernijiet tal-Istati Membri mlaqqgħin fil-Kunsill tat-22 ta' Diċembru 1987, addottata fl-istess waqt mar-Regolament (Euratom) Nru 3954/87, tipprovdi għall-addozzjoni ta' regoli speċifiċi li jirregolaw l-esportazjoni tal-oġġetti tal-ikel; Billi wara inċident nukleari jew f'kull każ ieħor ta' emerġenza radjoloġika ma jkunx aċċettabli li jitħallew jiġu esportati lejn pajjiżi terzi prodotti b'livelli ta' kontaminazzjoni li jaqbżu l-livelli massimi permessi li jkollhom x'jaqsmu mal-prodotti għall-konsum fil-Komunità; billi f'dawn iċ-ċirkostanzi speċjali jkun diffiċli f'termini prattiċi li jiġu ttrattati l-prodotti b'mod differenti skond id-destinazjoni aħħarija tagħhom; Billi d-disposizzjiet li jirrigwardaw l-esportazjoni għandhom ukoll ikollhom x'jaqsmu mal-għalf ġaladarba dawn il-prodotti huma koperti bir-Regolament (Euratom) Nru 3945/87 għar-raġunijiet tas-saħħa pubblika; Billi huwa għalhekk xieraq li jiġu definiti l-kondizzjonijiet speċjali għall-esportazjoni tal-oġġetti tal-ikel u tal-għalf wara inċident nukleari jew kull każ ieħor ta' emerġenza radjoloġika u sabiex jiġu applikati għal dawn il-prodotti l-livelli massini permessi tal-kontaminazzjoni radjoattiva msemmija fir-Regolament (Euratom) Nru 3954/87, ADDOTTA DAN IR-REGOLAMENT: Artikolu 1 1. Dan ir-Regolament jistabilixxi l-kondizjonijiet għall-esportazzjoni tal-oġġetti tal-ikel u tal-għalf wara inċident nukleari jew kull sitwazzjoni oħra radjoloġika li x'aktarx twassal għal kontaminazjoni radjoloġika sinifikattiva fl-oġġetti tal-ikel u fil-għalf. 2. Għall-għamijiet ta' dan ir-Regolament l-espressjoni "oġġetti tal-ikel" tfisser il-prodotti li jkunu intenzjonati għall-konsum mill-bniedem immedjetament jew wara l-proċessar u l-kelma "għalf" tfisser il-prodotti li jkunu intenzjonati biss bħala nutriment tal-annimali. Artikolu 2 L-oġġetti tal-ikel u għalf li fihom il-livell ta' kontaminazzjoni radjoattiva taqbeż il-livelli rilevanti massimi permessi stabbiliti b'Artikoli 2 u 3 tar-Regolament (Euratom) Nru 3954/87 ma jistgħux jiġu esportati. Artikolu 3 L-Istati Membri għandhom iwettqu kotrolli sabiex jiżguraw illi jiġu osservati l-livelli massimi permessi riferiti f'Artikolu 2. Artikolu 4 Kull wieħed mill-Istati Membri għandu jikkomunika lill-Kummissjoni t-tagħrif kollu possibbli dwar l-applikazzjoni ta' dan ir-Regolament, u b'mod partikolari kull każ meta jkunu ġew maqbuża l-livelli massimi permessi. Il-Kummissjoni għandha tibgħat dan it-tagħrif lill-Istati Membri l-oħra. Artikolu 5 Ir-regoli sabiex jiġi applikat dan ir-Regolament għandhom jiġu magħmula mill-Kummissjoni skond il-proċedura definita f'Artikolu 7 tar-Regolament (Euratom) Nru 3954/87. Għal dan l-iskop għandu jitwaqqaf Kumitat ad hoc. Artikolu 6 Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fit-tielet jum ta' wara l-pubblikazjoni tiegħu fil-Ġurnal Uffiċjali tal-Komunitajiet Ewropej. Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha. Magħmul fi Brussell, fit-18 ta' Lulju 1989. Għall-Kunsill Il-President R. Dumas [1] ĠU C 214, tas-16.8.1988, p. 31. [2] ĠU L 371, tat-30.12.1987, p. 76. [3] ĠU L 371, tat-30.12.1987, p. 11. [4] Ara l-paġna 1 ta' dan il-Ġurnal Uffiċjali. --------------------------------------------------