EUR-Lex Access to European Union law

Back to EUR-Lex homepage

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 31989D0507

Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni tat-18 ta’ Lulju 1989 li jistipula metodi għall-immonitorjar tal-qadi u għall-assessjar tal-valur ġenetiku ta’ majjali tar-razza u ibridi tat-tagħmmir

ĠU L 247, 23.8.1989, p. 43–44 (ES, DA, DE, EL, EN, FR, IT, NL, PT)

Dan id-dokument ġie ppubblikat f’edizzjoni(jiet) speċjali (FI, SV, CS, ET, LV, LT, HU, MT, PL, SK, SL, BG, RO, HR)

Legal status of the document No longer in force, Date of end of validity: 03/07/2020; Imħassar b' 32020R0602

ELI: http://data.europa.eu/eli/dec/1989/507/oj

31989D0507



Official Journal L 247 , 23/08/1989 P. 0043 - 0044
Finnish special edition: Chapter 3 Volume 30 P. 0117
Swedish special edition: Chapter 3 Volume 30 P. 0117


Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni

tat-18 ta’ Lulju 1989

li jistipula metodi għall-immonitorjar tal-qadi u għall-assessjar tal-valur ġenetiku ta’ majjali tar-razza u ibridi tat-tagħmmir

(89/507/KEE)

IL-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ,

Wara li kkunsidrat it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ekonomika Ewropea,

Wara li kkunsidrat id-Direttiva tal-Kunsill 88/661/KEE tad-19 ta’ Diċembru 1988 dwar l-istandards żootekniċi applikabbli għall-annimali tat-tagħmir ta’ l-ispeċi porċina [1], u partikolarment l-ewwel inċiż ta’ l-Artikoli 6(1) u 10(1) tagħha,

Billi l-metodi għall-immonitorjar tal-qadi u l-assessjar tal-valur ġenetiku ta’ majjali tat-tagħmmir li diġa japplikaw fl-Istati Membri huma simili ħafna;

Billi huwa għalhekk neċessarju li jiġu allineati r-regoli dettaljati ta’ dawn il-metodi aktar fil-viċin sabiex ir-riżultati jkunu paragunabbli;

Billi il-miżuri pprovduti f’din id-Deċiżjoni huma bi qbil mall-opinjoni tal-Kumitat Permanent taż-Żooteknika,

ADOTTA DIN ID-DEĊIŻJONI:

Artikolu 1

Il-metodi ta’ monitorjar tal-qadi u l-metodi għall-assessjar tal-valur ġenetiku ta’ majjali tar-razza u ibridi tat-tagħmmir għandhom ikunu dawk stipulati fl-Anness.

Artikolu 2

Din id-Deċiżjoni hija indirizzata lill-Istati Membri.

Magħmula fi Brussel, fit-18 ta’ Lulju 1989.

Għall-Kummissjoni

Ray Mac Sharry

Membru tal-Kummissjoni

[1] ĠU L 382, tal-31.12.1988., p. 36.

--------------------------------------------------

ANNESS

Il-meritu ġenetiku ta’ annimal porċin jista’ jiġi kkalkulat bl-użu ta’ wieħed jew kombinazzjoni tal-metodi li ġejjin. Id-data kollha li joħorġu mir-riżultati tat-test iridu jkunu aċċessibbli lill-awtorità kompetenti. Ir-riżultati finali jridu jkunu aċċessibbli.

1. Testjar tal-qadi

(i) Testjar tal-qadi fuq stazzjon

(a) L-isem tal-korp jew ta’ l-awtorità responsabbli għall-istazzjon u l-isem ta’ l-awtorità kompetenti għall-kalkulazzjoni u pubblikazzjoni tar-riżultati jridu jingħataw.

(b) Id-disinn tat-test irid ikun indikat.

(ċ) L-oġġetti li ġejjin iridu jkunu indikati b’mod ċar:

- kondizzjonijiet għall-aċċettazjoni fl-istazzjon u partikolarment l-età massima għall-annimali żgħar tat-tagħmmir fil-bidu tat-test,

- tul tal-perjodu tat-test fl-istazzjon,

- tip ta’ dieta u sistema ta’ għalf.

(d) Il-ġibdiet rrekordjati (per eżempju wżin waqt ħaj, konverżjoni ta’ l-għalf, l-istimatur tal-komposizzjoni tal-ġisem jew xi data oħra) għandhom jiġu espressi.

(e) Il-metodu użat għall-istima tal-mertu irid ikun xjentifikament aċċettabbli skond il-prinċipji żootekniċi stabbiliti. Il-mertu ġenetiku ta’ annimal ibridu ttestjat għandu jiġi espress bħala valur tat-tagħmir jew paragun kontemporanju għall kull ġibda.

(ii) Testjar tal-qadi fuq razzett

Test tal-qadi jista’ jitwettaq fuq razzett basta li fl-aħħar tat-test valur tat-tagħmmir jista’ jiġi kkalkulat billi jiġu segwiti prinċipji żootekniċi stabbiliti.

2. Proġeni u/jew testjar tal-kollaterali

A. L-isem tal-korp jew ta’ l-awtorità responsabbli għat-testjar u l-isem ta’ l-awtorità kompetenti għall-kalkulazzjoni u pubblikazzjoni tar-riżultati jridu jingħataw.

B. Il-meritu ġenetiku ta’ l-annimal tat-tagħmmir għandu jiġi kkalkulat permezz ta’ l-assessjar tal-kwalitajiet ta’ numru addattat ta’ proġeni u/jew kollaterali f’relazzjoni mal-karatteristiċi tal-produzzjoni:

- deskrizzjoni dettaljata tal-metodu tat-test irid jingħata jew jiġi kkwotat,

- il-proġeni u/jew il-kollaterali ma jistgħux jiġu trattati selettivament,

- tliet tipi ta’ testijiet ta’ proġeni u/jew kollaterali għandhom ikunu magħrufa:

(a) testjar ċentrali fl-istazzjoni ta’ l-ittestjar tal-proġeni u/jew kollaterali;

(b) testjar ppjanat tal-proġeni u/jew kollaterali f’razzett. Il-proġeni u/jew kollaterali għandhom ikunu distribwiti fost merħliet b’tali mod li paragun validu bejn annimali tat-tagħmmir ikun possibbli;

(ċ) data miġbura fuq karkassi ta’ proġeni identifikati u/jew kollaterali.

C. Il-proġeni u/jew kollaterali iridu jintgħażlu f’manjiera imparzjali. Id-data kollha iridu jintużaw fl-assessjar tal-valur tat-tagħmir ta’ annimali tat-tagħmir. Influwenzi oħra għajr il-mertu ġenetiku iridu jiġu eliminati permezz ta’ proċeduri xierqa fid-determinazzjoni tal-valur tat-tagħmir.

D. Il-ġibdiet rrekordjati (per eżempju żieda fl-użin waqt ħaj, konverżjoni ta’ l-għalf, carcasequality, karatteristiċi ta’ riproduzzjoni, fertilità, prolifiċità, vijabilità tal-proġeni u/jew kollaterali jew xi data oħra rilevanti) għandhom jiġu espressi.

E. Il-metodu użat għall-istima tal-mertu ġenetiku irid ikun xjentifikament aċċettabbli skond il-prinċipji żootekniċi stabbiliti.

3. Testjar kontemporanju għall-annimali tat-tagħmmir ta’ linji ibridi

Il-kondizzjonijiet applikabbli għall-proġeni u/jew kollaterali, definiti fil-paragrafi A, B, Ċ, D u E tal-punt 2, iridu japplikaw mutatis mutandis lill-kontemporanji ta’ annimali tat-tagħmmir ta’ linji ibridi.

--------------------------------------------------

Top