This document is an excerpt from the EUR-Lex website
Document 31989D0502
89/502/EEC: Commission Decision of 18 July 1989 laying down the criteria governing entry in herd-books for pure-bred breeding pigs
Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni tat-18 ta’ Lulju 1989 li tippreskrivi l-kriterji li jirregolaw id-dħul fil-kotba tal-merħliet għal majjali ta’ razza pura għat-tnissil
Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni tat-18 ta’ Lulju 1989 li tippreskrivi l-kriterji li jirregolaw id-dħul fil-kotba tal-merħliet għal majjali ta’ razza pura għat-tnissil
ĠU L 247, 23.8.1989, p. 21–21
(ES, DA, DE, EL, EN, FR, IT, NL, PT) Dan id-dokument ġie ppubblikat f’edizzjoni(jiet) speċjali
(FI, SV, CS, ET, LV, LT, HU, MT, PL, SK, SL, BG, RO, HR)
No longer in force, Date of end of validity: 03/07/2020; Imħassar b' 32020R0602
Relation | Act | Comment | Subdivision concerned | From | To |
---|---|---|---|---|---|
Repealed by | 32020R0602 | 04/07/2020 |
Official Journal L 247 , 23/08/1989 P. 0021 - 0021
Finnish special edition: Chapter 3 Volume 30 P. 0094
Swedish special edition: Chapter 3 Volume 30 P. 0094
Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni tat-18 ta’ Lulju 1989 li tippreskrivi l-kriterji li jirregolaw id-dħul fil-kotba tal-merħliet għal majjali ta’ razza pura għat-tnissil (89/502/KEE) IL-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ, Wara li kkunsidrat it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ekonomika Ewropea, Wara li kkunsidrat id-Direttiva tal-Kunsill 88/661/KEE tad-19 ta’ Diċembru 1988 dwar l-istandards żootekniċi applikabbli għal annimali għat-tnissil ta’ l-ispeċi tal-majjali [1], u b’mod partikolari t-tielet inċiż ta’ Artikolu 6(1) tagħha, Billi fl-Istati Membri kollha jinżammu jew ikunu stabbiliti kotba tal-merħliet minn assoċjazzjonijiet ta’ min irabbi, organizzazzjonijiet għat-tnissil u servizzi uffiċjali; Billi huwa meħtieġ li jkunu preskritti l-kriterji għad-dħul ta’ majjali ta’ razza pura għat-tnissil f’kotba tal-merħliet; Billi kondizzjonijiet preċiżi dwar nisel u identifikazzjoni għandhom ikunu sodisfatti qabel id-dħul fil-kotba tal-merħliet; Billi għandu jkun hemm il-possibilità għad-diviżjoni tal-ktieb tal-merħliet f’sezzjonijiet differenti biex ċerti tipi ta’ annimali ma jkunux esklużi; Billi l-miżuri li tipprovdi għalihom din id-Deċiżnoji huna skond l-opinjoni tal-Kumitat Permanenti dwar Żooteknika, ADOTTAT DIN ID-DEĊIŻJONI: Artikolu 1 Biex jikkwalifika għal dħul fis-sezzjoni prinċipali tal-ktieb tan-nisel tiegħu majjal ta’ razza pura għat-tnissil għandu: - ikun dixxendenti minn ġenituri u nanniet imdaħħla fil-ktieb tal-merħliet ta’ l-istess nisel, - ikun identifikat wara t-twelid skond ir-regoli ta’ dak il-ktieb, - ikollu razza stabbilità skond ir-regoli ta’ dak il-ktieb. Artikolu 2 Is-sezzjoni prinċipali tal-ktieb tal-merħliet tista’ tkun diviża f’diversi sezzjonijiet skond il-karatteristiċi ta’ l-annimali. Majjali ta’ razza pura għat-tnissil li jissodisfaw il-kriterji preskritti f’Artikolu 1 biss jistgħu jiddaħħlu f’waħda minn dawk is-sezzjonijiet. Artikolu 3 1. Assoċjazzjoni ta’ min irabbi jew organizzazzjoni għat-tnissil li żżomm ktieb tal-merħliet tista’ tiddeċiedi li majjala, li ma tissodisfax il-kriterji preskritti f’Artikolu 1, tista’ tiddaħħal f’sezzjoni supplimentari ta’ dak il-ktieb tal-merħliet. Il-majjala għandha tissodisfa r-rikjesti li ġejjin: - tkun identifikata skond ir-regoli tal-ktieb tal-merħliet, - tkun meqjusa li tikkonforma ma’ l-istandard tat-tnissil, - għandu jkollha karatteristiċi minimi kif stabbiliti fir-regoli tal-ktieb tal-merħliet. 2. Ir-rikjesti msemmija fit-tieni u t-tielet inċiżi tal-paragrafu 1 jistgħu jkunu differenzjati skond jekk il-majjala tappartjenix lin-nisel għalkemm m’għandhiex oriġini magħrufa jew jekk inkisbitx minn programm ta’ taħlit approvat minn assoċjazzjoni ta’ min irabbi jew organizzazzjoni għat-tnissil. Artikolu 4 Majjala li ommha u nannitha materna iddaħħlu fis-sezzjoni supplimentari tal-ktieb tal-merħliet kif jipprovdi Artikolu 3(1) u li missierha u żewġ nanniet (irġiel) iddaħħlu fis-sezzjoni prinċipali tal-ktieb skond il-kriterji stabbiliti f’Artikolu 1 għandha titqies bħala mara ta’ razza pura u tiddaħħal fis-sezzjoni prinċipali tal-ktieb, kif jipprovdi Artikolu 1. Artikolu 5 Fejn ktieb fih sezzjonijiet diversi, majjal ta’ razza pura għat-tnissil minn Stat Membru ieħor u li għandu karatteristiċi speċifiċi li jiddistingwuh mill-populazzjoni ta’ l-istess nisel fl-Istat Membru destinatarju, għandu jiddaħħal fis-sezzjoni tal-ktieb li tissodisfa dawk il-karatteritiċi. Artikolu 6 Din id-Deċiżonji hija indirizzata lill-Istati Membri. Magħmul fi Brussels, fit-18 ta’ Lulju 1989. Għall-Kummissjoni Ray Mac Sharry Membru tal-Kummissjoni [1] ĠU L 382, tal-31.12.1988, p. 36. --------------------------------------------------