This document is an excerpt from the EUR-Lex website
Document 31987L0432
Council Directive 87/432/EEC of 3 August 1987 on the eighth adaptation to technical progress of Directive 67/548/EEC on the approximation of laws, regulations and administrative provisions relating to the classification, packaging and labelling of dangerous substances
Id-Direttiva Tal-Kunsill tat-3 ta' Awissu 1987 fuq it-tmien adattament għall-progress tekniku tad-Direttiva 67/548/KEE rigward l-approssimazzjoni tal-liġijiet, tar-regolamenti u tad-dispożizzjonijiet amministrattivi dwar il-klassifikazzjoni, l-imballaġġ u l-ittikkettjar ta' sustanzi perikolużi
Id-Direttiva Tal-Kunsill tat-3 ta' Awissu 1987 fuq it-tmien adattament għall-progress tekniku tad-Direttiva 67/548/KEE rigward l-approssimazzjoni tal-liġijiet, tar-regolamenti u tad-dispożizzjonijiet amministrattivi dwar il-klassifikazzjoni, l-imballaġġ u l-ittikkettjar ta' sustanzi perikolużi
ĠU L 239, 21.8.1987, pp. 1–20
(ES, DA, DE, EL, EN, FR, IT, NL, PT) Dan id-dokument ġie ppubblikat f’edizzjoni(jiet) speċjali
(FI, SV, CS, ET, LV, LT, HU, MT, PL, SK, SL)
No longer in force, Date of end of validity: 31/05/2015; Impliċitament imħassar minn 32008R1272
| Relation | Act | Comment | Subdivision concerned | From | To |
|---|---|---|---|---|---|
| Modifies | 31967L0548 | Tlestija | anness 1 | 06/08/1987 |
| Relation | Act | Comment | Subdivision concerned | From | To |
|---|---|---|---|---|---|
| Corrected by | 31987L0432R(01) | ||||
| Implicitly repealed by | 32008R1272 | 01/06/2015 |
Id-Direttiva Tal-Kunsill tat-3 ta' Awissu 1987 fuq it-tmien adattament għall-progress tekniku tad-Direttiva 67/548/KEE rigward l-approssimazzjoni tal-liġijiet, tar-regolamenti u tad-dispożizzjonijiet amministrattivi dwar il-klassifikazzjoni, l-imballaġġ u l-ittikkettjar ta' sustanzi perikolużi
Official Journal L 239 , 21/08/1987 P. 0001 - 0020
Finnish special edition: Chapter 15 Volume 8 P. 0010
Swedish special edition: Chapter 15 Volume 8 P. 0010
CS.ES Chapter 13 Volume 008 P. 346 - 349
ET.ES Chapter 13 Volume 008 P. 346 - 349
HU.ES Chapter 13 Volume 008 P. 346 - 349
LT.ES Chapter 13 Volume 008 P. 346 - 349
LV.ES Chapter 13 Volume 008 P. 346 - 349
MT.ES Chapter 13 Volume 008 P. 346 - 349
PL.ES Chapter 13 Volume 008 P. 346 - 349
SK.ES Chapter 13 Volume 008 P. 346 - 349
SL.ES Chapter 13 Volume 008 P. 346 - 349
Id-Direttiva Tal-Kunsill tat-3 ta' Awissu 1987 fuq it-tmien adattament għall-progress tekniku tad-Direttiva 67/548/KEE rigward l-approssimazzjoni tal-liġijiet, tar-regolamenti u tad-dispożizzjonijiet amministrattivi dwar il-klassifikazzjoni, l-imballaġġ u l-ittikkettjar ta' sustanzi perikolużi (87/432/KEE) IL-KUNSILL TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ, Wara li kkunsidrat it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ekonomika Ewropea, Wara li kkunsidra d-Direttiva tal-Kunsill 67/548/KEE tas-27 ta' Ġunju 1967 rigward l-approssimazzjoni tal-liġijiet, tar-regolamenti u tad-dispożizzjonijiet amministrattivi dwar il-klassifikazzjoni, l-imballaġġ u l-ittikkettjar ta' sustanzi perikolużi [1], kif l-aħħar emendata bid-Direttiva tal-Kummissjoni 86/431/KEE [2], u partikolarment l-Artikoli 19 u 21 tagħha, Wara li kkunsidra l-proposta mill-Kummissjoni Billi huwa importanti li jkunu adottati miżuri għall-istabbiliment gradwali tas-suq intern matul perjodu li jagħlaq fil-31 ta' Diċembru 1992; billi s-suq intern jikkonsisti minn żona li m'għandux fruntieri interni u fejn il-moviment liberu tal-merkanzija, il-persuni, is-servizzi u l-kapital huwa żgurat; Billi l-Anness I tad-Direttiva 67/548/KEE għandu lista ta' sustanzi perikolużi, flimkien ma' dettalji tal-proċeduri ta' klassifikazzjoni u tikkettjar fir-rigward ta' kull sustanza; billi l-eżami tal-lista wera li għandha bżonn tkun adattata fid-dawl ta' l-għarfien preżenti xjentifiku u tekniku; billi, partikolarment, jeħtieġ li tinbidel il-klassifikazzjoni u l-ittikkettjar ta' ċerti sustanzi, biex ikunu kjarifikati ċerti ismijiet, biex jissewwew ċerti numri tas-SAK (Servizz Astratt Kimiku) u biex jiddaħħlu sustanzi oħra fil-lista; Billi l-Kumitat fuq l-Adattament għall-Progress Tekniku tad-Direttivi li jirrigwardaw l-Eliminazzjoni ta' Ostakoli Tekniċi fil-Kummerċ f'Sustanzi u Preparazzjonijiet Perikolużi, stabbilit bl-Artikolu 20 tad-Direttiva 67/548/KEE, ta opinjoni sfavorevoli fuq l-abbozz tal-miżuri li kien ntbagħatlu mill-Kummissjoni, ADOTTA DIN ID-DIRETTIVA: Artikolu 1 L-Anness I (lista ta' sustanzi perikolużi) tad-Direttiva 67/548/KEE huwa emendat kif ġej: 1. L-indikazzjoni, in-numru Sak, il-klassifikazzjoni u l-ittikkettjar tas-sustanzi li ġejjin għandhom jinbidlu b'dawk elenkati fl-Anness I ta' din id-Direttiva. N° 006-008-00-0 N° 006-019-00-0 N° 602-005-00-9 N° 602-042-00-0 N° 602-045-00-7 N° 602-046-00-2 N° 602-047-00-8 N° 602-048-00-3 N° 602-049-00-9 N° 603-023-00-X N° 605-001-00-5 N° 605-001-01-2 N° 605-001-02-X N° 606-019-00-6 N° 612-036-00-X N° 612-037-00-5 N° 612-041-00-7 N° 613-011-00-6 N° 650-007-00-3. 2. Is-sustanzi elenkati fl-Anness II ta' din id-Direttiva għandhom jiżdiedu. Artikolu 2 L-Istati Membri għandhom jadottaw u jippubblikaw qabel l-1 ta' April 1988 id-dispożizzjonijiet meħtieġa biex jikkonformaw ma' din id-Direttiva. Għandhom jinfurmaw minnufih lill-Kummissjoni b'dan. Għandhom japplikaw dawn id-dispożizzjonijiet mill-1 ta' Ottubru 1988 l-aktar tard. Artikolu 3 Din id-Direttiva hija indirizzata lill-Istati Membri. Magħmula fi Brussel, fit-3 ta' Awissu 1987. Għall-Kunsill Il-President K. E. Tygesen [1] ĠU C 196, tas-16.8.1967, p. 1. [2] ĠU L 247, ta' l-1.9.1986, p. 1. -------------------------------------------------- ANEXO I – BILAG I – ANHANG I – ΠAPAPTHMA I – ANNEX I – ANNEXE I – ALLEGATO I – BIJLAGE I – ANEXO I – L-ANNESS I L-emendi għall-Anness I mhumiex riprodotti billi l-Anness kien sostitwit bid-Direttiva 1993/72/KE, ĠU L 258, tas-16.10.1993. -------------------------------------------------- ANEXO II – BILAG II – ANHANG II – ΠAPAPTHMA II – ANNEX II – ANNEXE II – ALLEGATO II – BIJLAGE II – ANEXO II – L-ANNESS II L-emendi għall-Anness I mhumiex riprodotti billi l-Anness kien sostitwit bid-Direttiva 1993/72/KE, ĠU L 258, tas-16.10.1993. --------------------------------------------------