Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 31985L0348

    Id-Direttiva tal-Kunsill tat-8 ta' Lulju 1985 li temenda d-Direttiva 69/169/KEE dwar l-armonizzazzjoni tad-dispożizzjonijiet stabbiliti bil-liġi, b'regolament jew b'azzjoni amministrattiva li jirrigwardaw eżenzjoni mit-taxxa tat-turnover u dazju tas-sisa fuq l-importazzjoni fl-ivvjaġġar internazzjonali.

    ĠU L 183, 16.7.1985, p. 24–26 (DA, DE, EL, EN, FR, IT, NL)

    Dan id-dokument ġie ppubblikat f’edizzjoni(jiet) speċjali (ES, PT, FI, SV, CS, ET, LV, LT, HU, MT, PL, SK, SL, BG, RO)

    Legal status of the document No longer in force, Date of end of validity: 30/11/2008; Impliċitament imħassar minn 32007L0074

    ELI: http://data.europa.eu/eli/dir/1985/348/oj

    31985L0348



    Official Journal L 183 , 16/07/1985 P. 0024 - 0026
    Finnish special edition: Chapter 9 Volume 1 P. 0126
    Spanish special edition: Chapter 09 Volume 2 P. 0004
    Swedish special edition: Chapter 9 Volume 1 P. 0126
    Portuguese special edition Chapter 09 Volume 2 P. 0004


    Id-Direttiva tal-Kunsill

    tat-8 ta' Lulju 1985

    li temenda d-Direttiva 69/169/KEE dwar l-armonizzazzjoni tad-dispożizzjonijiet stabbiliti bil-liġi, b'regolament jew b'azzjoni amministrattiva li jirrigwardaw eżenzjoni mit-taxxa tat-turnover u dazju tas-sisa fuq l-importazzjoni fl-ivvjaġġar internazzjonali.

    (85/348/KEE)

    IL-KUNSILL TAL-KOMUNITAJIETEWROPEJ,

    Wara li kkunsidra it-Trattat li jistabilixxi l-Komunità Ekonomika Ewropea, u b'mod partikolari l-Artikoli 99 u 100 tiegħu,

    Wara li kkunsidra l-proposta mill-Kummissjoni [1],

    Wara li kkunsidra l-opinjoni tal-Parlament Ewropew [2],

    Wara li kkunsidra l-opinjoni tal-Kumitat Ekonomiku u Soċjali [3],

    Billi huwa importanti li jiġi ffaċilitat l-ivvjaġġar u t-turiżmu fil-Komunità u, għal dan l-iskop, li jisserħu il-kontrolli fuq persuni fuq il-fruntieri sabiex iċ-ċittadini jkunu jistgħu japprezzaw b'iktar preċiżjoni l-effetti pozittivi ta' l-eżistenza tal-Komunità;

    Billi, waqt li jitqies dan, għandu jkun hemm żieda fl-eżenzjoni mit-taxxa tat-turnover u dazju tas-sisa, li l-livell tagħhom, hekk kif stabbilit bid-Direttiva 69/169/KEE [4], ġie l-aħħar emendat bid-Direttiva 84/231/KEE [5]; billi l-eżenzjoni li tista' tapplika għal persuni taħt l-età ta'15 għandha tiżdied wkoll;

    Billi l-limiti kwantitattivi stabbiliti bl-Artikoli 4(1)(d) u (e) tad-Direttiva 69/169/KEE fir-rigward tal-kafé u t-té x'aktarx jikkawżaw formalitajiet addizzjonali fuq il-fruntieri; billi kull taxxa imposta tista' tagħti ftit dħul fuq it-taxxa; billi għandhom isiru arranġamenti sabiex jiżdiedu dawn il-limiti kwantittativi fl-ivjaġġar bejn l-Istati Membri;

    Billi it-tqegħid fis-suq ta' inbejjed prodotti fil-Komunità għandu jiġi promoss; billi żieda fil-kwantitajiet ta' inbid li jistgħu jiġu importati mingħajr dazju x'aktarx tikkontribwixxi għal dan l-objettiv;

    Billi t-tafia, s-saké u xorb ieħor simili jistgħa jiġi trattat bħala xorb b'qawwa alkolika li ma taqbiżx it-22 % vol li għalihom hemm kurrentement limitu ta' eżenzjoni mit-taxxa; billi l-lista tax-xorb kopert b'dan il-limitu għandu jiġi estiż;

    Billi għandu jiġi speċifikatament imsemmi illi l-limitu fuq il-kwantità ta' xorb alkoħoliku illi jista' jiġi eżentat japplika a fortiori għal akoħol pur;

    Billi kull sentejn l-ammonti ta' eżenzjonijiet u d-derogi awtorizzati għandhom jiġu aġġustati sabiex jibqgħu iżommu l-valuri ġenwini tagħhom;

    Billi, jekk l-aġġustament ta' l-eżenzjoni tal-Komunità tagħti lok għal tnaqqis ta' l-eżenzjoni fil-munita nazzjonali ta' Stat Membru, l-Istat Membru in kwistjoni għandu jitħalla jippreserva l-ammont, fil-munita nazzjonali, illi eżista qabel dan l-aġġustament;

    Billi is-sistema ta' ntaxxar illi hija preżentement fis-seħħ fid-Danimarka, fil-Greċja u fl-Irlanda għada s'issa ma' tawtorizzax l-applikazzjoni, fl-intier tagħha, ta' l-eżenzjoni tat-taxxa li tingħata lil vjaġġaturi li jiġu minn Stati Membri oħrajn, waqt li jitqiesu l-konsegwenzi ekonomiċi illi dan jista' jikkawża;

    Billi, għalhekk, dawn l-Istati għandhom jiġu awtorizzati jidderogaw mid-Direttiva 69/169/KEE fir-rigward ta' l-valur ta' l-unità għal merkanzija mportata mingħajr taxxa; billi, f'addizzjoni, ir-Renju tad-Danimarka għandu jiġi awtorizzat sabiex japplika limitu kwantittattiv imnaqqas għal inbejjed mhux effervexxenti;

    Billi d-Direttiva 84/231/KEE awtorizzat lir-Renju tad-Danimarka sabiex jidderoga mid-Direttiva 69/169/KEE fir-rigward ta' l-importazzjoni ta' ċerti prodotti minn vjaġġaturi illi għandhom ir-residenza tagħhom fid-Danimarka, wara li jkunu waqfu f' pajjiż ieħor għal inqas minn 48 siegħa;

    Billi s-sistema ta' ntaxxar illi hija preżentement applikata fid-Danimarka ma tippermetti ebda limitazzjoni fuq l-applikazzjoni ta' din ir-regola fil-31 ta' Diċembru 1985 mingħajr ir-riskju ta' konsegwenzi ekonomiċi; billi, għalhekk, l-applikazzjoni tagħha għandha tiġi estiża sal-31 ta' Diċembru 1987,

    ADDOTTA DIN ID-DIRETTIVA:

    Artikolu 1

    Id-Direttiva 69/169/KEE hija hawnhekk emendata kif ġej:

    1. Fl-Artikolu 2:

    (a) fil-paragrafu 1, "mill-1 ta' Lulju 1984, 280 ECU" huwa ssostitwit "b" 350 ECU;

    (b) fil-paragrafu 2, "sa 60 ECU" huwa ssostitwit "b" 90 ECU;

    (ċ) il-paragrafu li ġej hu miżjud:

    "6. Kull sentejn, u għall-ewwel darba sa mhux iktar tard mill-31 ta' Ottubru 1987, il-Kunsill, waqt li jaġixxi skond il-proċeduri previsti mit-Trattat fuq dan il-punt, għandu jaġġusta l-ammonti ta' l-eżenzjonijiet imsemmija fil-paragrafi 1 u 2 sabiex jinżamm il-valur ġenwin."

    2. Fl-Artikolu 4(1) it-tabella hija ssostitwita b'dan li ġej:

    | I L-ivjaġġar bejn pajjizi terzi u l-Komunità | II L-ivjaġġar bejn l-Istati Membri |

    (a)Il-Prodotti tat-tabakk:

    sigaretti jew | 200 | 300 |

    cigarillos (sigarri ta' piż massimu ta' 3 grammi 'l wieħed) | 100 | 150 |

    jew | | |

    sigarri jew | 50 | 75 |

    tabakk għat-tipjip | 250 g | 400 g |

    (b)Alkoħol u xarbiet alkoħoliċi:

    —xarbiet distillati u spriti illi jkollhom qawwa alkoħolika illi teċċedi it-22 % vol; alkoħol etiliku denaturat ta' 80 % vol u iktar | total ta' litru | total ta' 1,5 litri |

    jew xarbiet u spiriti distillati, u aperitivi a bażi ta' nbid jew alkoħol, tafia, saké jew xorb simili ta' qawwa alkoħolika illi ma jeċċedix 22 % vol; inbejjed effervexxenti, inbejjed fortifikati u | total ta' 2 litri | total ta' 3 litri |

    —inbejjed mhux effervexxenti | total ta' 2 litri | total ta' 5 litri |

    (ċ)Fwejjaħ | 50 g | 75 g |

    u | | |

    eau de toilette | 1/4 ta' litru | 3/8 ta' litru |

    (d)Kafé | 500 g | 1000 g |

    jew | | |

    estratti u essenzi tal-kafé | 200 g | 400 g |

    (e)Té | 100 g | 200 g |

    jew | | |

    estratti u essenzi tat-té | 40 g | 80 g |

    3. Fl-Artikolu 6(4), (b) jiġi issuplimentat b'dan li ġej:

    "prova li it-taxxa fuq it-turnover ġiet jew ser tiġi applikata."

    4. Fit-tmiem ta' l-Artikolu 7(4), dan li ġej għandu jiżdied:

    "jew għal tnaqqis ta' din l-eżenzjoni."

    5. Is-subparagrafu li ġej huwa miżjud ma’ l-Artikolu 7a:

    "L-Istati Membri jistgħu ma jimponux taxxa fuq it-turnover jew dazju tas-sisa fuq l-importazzjoni ta' merkanzija minn vjaġġatur meta l-ammont tat-taxxa li għandu jiġi impost huwa ugwali għal jew inqas minn 5 ECU."

    6. L-Artikoli li ġejjin għandhom jiżdiedu:

    "L-Artikolu 7b

    1. B' deroga mill-Artikolu 2(1):

    (a) ir-Renju tad-Danimarka u r-Repubblika Ellenika għandhom jiġu awtorizzati jeskludu, mill-eżenzjoni, merkanzija li l-valur ta' unità tagħha teċċedi l-280 ECU;

    (b) L-Irlanda għandha tiġi awtorizzata biex teskludi, mill-eżenzjoni, merkanzija li il-valur ta' l-unità tagħha teċċedi 77 ECU.

    2. B'deroga mill-Artikolu 2(2), l-Irlanda għandha tiġi awtorizzata teskludi, mill-eżenzjoni, merkanzija li l-valur ta' l-unità tagħha teċċedi 77 ECU.

    3. Matul il-perjodu li tulu d-derogi msemmija fil-paragrafu 1 huma applikati, l-Istati Membri l-oħrajn għandhom jieħdu l-miżuri neċessarji biex jippermettu li r-remissjoni tat-taxxa sseħħ għal merkanzija mportata fid-Danimarka, fil-Greċja u fl-Irlanda, li hi eskluża mill-eżenzjoni f'dawn il-pajjiżi, skond il-proċeduri msemmija fl-Artikolu 6.

    4. Kull sentejn, u għall-ewwel darba f'mhux iktar tard mill-31 Ottubru 1987, il-Kunsill, waqt li jaġixxi skond il-proċeduri stabbiliti mit-Trattat dwar dan il-punt, għandu jaġġusta l-ammonti ta' l-eżenzjonijiet imsemmija fil-paragrafi 1 u 2 sabiex jinżamm il-valur ġenwin.

    Artikolu 7c

    1. B' deroga mill-Artikolu 4(1), ir-Renju tad-Danimarka għandu jiġi awtorizzat:

    (a) japplika għal inbejjed mhux effervexxenti, fil-kummerċ bejn l-Istati Membri, limitu ta' erba' litri;

    (b) fir-rigward ta' l-eżenzjoni fuq l-importazzjoni tal-merkanzija msemmija hawn taħt, biex japplika il-limiti kwantitattivi li ġejjin, meta dawn l-oġġetti huma mportati minn vjaġġaturi residenti fid-Danimarka, wara waqfien f'pajjiż ieħor:

    - sa l-31 ta' Diċembru 1987, wara waqfien ta' inqas minn 48 siegħa,

    - mill-1 ta' Jannar 1988 sal-31 ta' Diċembru 1989, wara waqfien ta' inqas minn 24 siegħa:

    | mill-1 ta' Jannar 1985 sal-31 ta' Diċembru 1986 | mill-1 ta' Jannar 1987 sal-31 ta' Diċembru 1987 | mill-1 ta' Jannar 1988 sal-31 ta' Diċembru 1988 | mill-1 ta' Jannar 1989 sal-31 ta' Diċembru 1989 |

    Sigaretti | 60 | 140 | 200 | 240 |

    jew | | | | |

    tabakk għat-tipjip meta il-partikolati tat-tabakk ikollhom wisa' ta' inqas minn 1,5 mm (qatgħa fina) | 100 g | 200 g | 250 g | 300 g |

    Xarbiet u spiriti distillati ta' qawwa alkoħolika illi teċċedi 22 % vol | Nil | 0,35 | 0,35 | 0,7 |

    2. Direttiva 84/231/KEE hija hawnhekk mħassra b' effett mit-30 ta' Settembru 1985."

    Artikolu 2

    1. L-Istati Membri għandhom jimplementaw il-miżuri neċessarji sabiex jikkonformaw ma' din id-Direttiva fl-1 ta' Ottubru 1985.

    2. L-Istati Membri għandhom jinfurmaw lill-Kummissjoni bid-dispożizzjonijiet li huma jaddottaw sabiex jimplementaw din id-Direttiva.

    Artikolu 3

    Din id-Direttiva hija indirizzata lill-Istati Membri.

    Magħmul fi Brussel, fit-8 ta' Lulju 1985.

    Għall-Kunsill

    Il-President

    J. Santer

    [1] ĠU C 114, tat-28.4.1983, p. 4 u ĠU C 81, tat-22.3.1984, p. 6.

    [2] ĠU C 10, tas-16.1.1984, p. 44.

    [3] ĠU C 57, tad-29.2.1984, p. 12.

    [4] ĠU L 133, ta' l-4.6.1969, p. 6.

    [5] ĠU L 117, tat-3.5.1984, p. 42.

    --------------------------------------------------

    Top