Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 31985D0336

Id-Deċiżjoni tal-Kunsill tas-27 ta' Ġunju 1958 dwar suppliment fir-rigward ta' kadmju għall-Anness IV mal-Konvenzjoni għall-protezzjoni tar-Renu kontra tniġġiż kimiku

ĠU L 175, 5.7.1985, p. 36–39 (DA, DE, EL, EN, FR, IT, NL)

Dan id-dokument ġie ppubblikat f’edizzjoni(jiet) speċjali (ES, PT, FI, SV, CS, ET, LV, LT, HU, MT, PL, SK, SL, BG, RO, HR)

Legal status of the document In force

ELI: http://data.europa.eu/eli/dec/1985/336/oj

Related international agreement

31985D0336



Official Journal L 175 , 05/07/1985 P. 0036 - 0039
Finnish special edition: Chapter 11 Volume 11 P. 0221
Spanish special edition: Chapter 15 Volume 6 P. 0005
Swedish special edition: Chapter 11 Volume 11 P. 0221
Portuguese special edition Chapter 15 Volume 6 P. 0005


Id-Deċiżjoni tal-Kunsill

tas-27 ta' Ġunju 1958

dwar suppliment fir-rigward ta' kadmju għall-Anness IV mal-Konvenzjoni għall-protezzjoni tar-Renu kontra tniġġiż kimiku

(85/336/KEE)

IL-KUNSILL TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ,

Wara li kkunsidra t-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ekonomika Ewropea, u b'mod partikolari l-Artikolu 235 tiegħu,

Wara li kkunsidra l-proposta mill-Kummissjoni [1],

Wara li kkunsidra l-opinjoni tal-Parlament Ewropew [2],

Wara li kkunsidra l-opinjoni tal-Kumitat Ekonomiku u Soċjali,

Billi bid-Deċiżjoni tal-Kunsill 77/586/KEE tal-25 ta' Lulju 1977 [3] il-Komunità approvat il-Konvenzjoni għall-protezzjoni tar-Renu kontra tniġġiż kimiku, hawn iżjed 'l isfel tissemma' bħala "Konvenzjoni Kimika", u l-Ftehim Addizzjonali għall-Ftehim iffirmat f'Berna fid-29 ta' April 1963 dwar il-Kummissjoni Internazzjonali għall-Protezzjoni tar-Renu kontra Tniġġiż, hawn iżjed ’l isfel tissemma' bħala "Kummissjoni Internazzjonali";

Billi taħt l-Artikolu 5 tal-Konvenzjoni Kimika l-Kummissjoni Internazzjonali tipproponi valuri ta' limitu għar-rimi ta' ċerti sustanzi fl-ilmijiet tal-wiċċ fil-baċir tar-Renu permezz ta' emendi għall-Anness IV mal-Konvenzjoni Kimika; billi taħt l-Artikolu 14 mal-Konvenzjoni Kimika, aċċettazzjoni unanima mill-Partijiet Kontraenti hija meħtieġa għad-dħul fis-seħħ ta' dawk l-emendi;

Billi l-Kummissjoni Internazzjonali stabbiliet valuri ta' limitu għal kadmju fl-għamla ta' proposta maħsuba biex tissupplixxi l-Anness IV mal-Konvenzjoni Kimika;

Billi d-Direttiva 83/513/KEE 2 [4] tippreskrivi valuri ta' limitu għar-rimi ta' kadmju fl-ambjent akkwatiku tal-Komunità; billi dawn il-valuri ta' limitu huwa identiċi bħal dawk fil-proposta tal-Kummissjoni Internazzjonali;

Billi huwa mixtieq li l-Komunità, bħala Parti Kontraenti tal-Konvenzjoni Kimika, tadotta l-proposta msemmija hawn iktar 'il fuq,

IDDEĊIEDA KIF ĠEJ:

Artikolu 1

Il-proposta mill-Kummissjoni Internazzjonali għall-Protezzjoni tar-Renu kontra Tniġġiż Kimiku, intenzjonata biex tissuplixxi fir-rigward ta' kadmju l-Anness IV tal-Konvenzjoni għall-protezzjoni tar-Renu kontra tniġġiż kimiku, hija b'dan adottata f'isem il-Komunità Ekonomika Ewropea.

It-test tal-proposta huwa mehmuż ma' din id-Deċiżjoni.

Artikolu 2

Il-President tal-Kunsill għandu jinnotifika lill-Gvern tal-Konfederazzjoni Svizzera, skond il-proċeduri preskritti fil-Konvenzjoni Kimika, bl-adozzjoni ta' din il-proposta li jirreferi għaliha l-Artikolu 1.

Magħmula fil-Lussemburgu, fis-27 ta' Ġunju 1985.

Għall-Kunsill

Il-President

A. Biondi

[1] ĠU C 16, tas-17.1.1985, pġ. 7.

[2] ĠU C 94, tal-15.4.1985, pġ. 131.

[3] ĠU L 240, tad-19.9.1977, pġ. 35.

[4] ĠU L 291, ta' l-24.10.1983, pġ. 1.

--------------------------------------------------

Top