Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 31982L0528

    Id-Direttiva Tal-Kunsill tad-19 ta' Lulju 1982 li temenda l-Anness II tad-Direttiva 76/895/KEE li tirrigwarda l-iffissar ta' livelli massimi għal residwi ta' pestiċidji fi-l u fuq il-frott u l-ħxejjex

    ĠU L 234, 9.8.1982, p. 1–4 (DA, DE, EL, EN, FR, IT, NL)

    Dan id-dokument ġie ppubblikat f’edizzjoni(jiet) speċjali (ES, PT, FI, SV, CS, ET, LV, LT, HU, MT, PL, SK, SL, BG, RO)

    Legal status of the document No longer in force, Date of end of validity: 31/08/2008; Impliċitament imħassar minn 32005R0396

    ELI: http://data.europa.eu/eli/dir/1982/528/oj

    31982L0528



    Official Journal L 234 , 09/08/1982 P. 0001 - 0004
    Finnish special edition: Chapter 3 Volume 15 P. 0132
    Spanish special edition: Chapter 03 Volume 26 P. 0038
    Swedish special edition: Chapter 3 Volume 15 P. 0132
    Portuguese special edition Chapter 03 Volume 26 P. 0038


    Id-Direttiva tal-Kunsill

    tad-19 ta' Lulju 1982

    li temenda l-Anness II tad-Direttiva 76/895/KEE li tirrigwarda l-iffissar ta' livelli massimi għal residwi ta' pestiċidji fi-l u fuq il-frott u l-ħxejjex

    (82/528/KEE)

    IL-KUNSILL TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ,

    Wara li kkunsidra t-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ekonomika Ewropea,

    Wara li kkunsidra d-Direttiva tal-Kunsill 76/895/KEE tat-23 ta' Novembru 1976 li tirrigwardja l-istabbilizzar ta' livelli massimi tar-residwi ta' pestiċidi fil u fuq il-frott u l-ħxejjex [1], kif l-aħħar emendata bid-Direttiva 81/36/KEE [2], u partikolarment l-Artikolu 5 tagħha,

    Wara li kkunsidra il-proposta mill-Kummissjoni [3],

    Billi l-Artikolu 5 ta' Direttiva 76/895/KEE jipprovdi li l-kontenut ta' l-Annessi jkun regolarment emendat u li meta jsiru dawn l-emendi akkont għandu jittieħed tal-progress tekniku u xjentifiku kif ukoll tal-ħtiġijiet tas-saħħa u ta' l-agrikoltura;

    Billi, ladarba huwa biżżejjed li jkunu identifikati r-residwi tal-pestiċidi bl-ismijiet komuni u l-formuli kimikali tagħhom, jidher li huwa mixtieq li tkun issimplifikata l-preżentazzjoni ta' l-Anness II għall-imsemmija Direttiva kif meħtieġ;

    Billi l-pestiċidi aramite u chlorfenson mhumiex aktar ta' importanza ekonomika u r-residwi tagħhom pjuttost li ma jseħħux f'oġġetti ta' l-ikel; billi huwa għalhekk xieraq li dawn ikunu mħassra mill-imsemmi Anness I;

    Billi, fid-dawl ta' l-iżvilupp ta' tagħrif tekniku u xjentifiku, huwa meħtieġ li jkunu emendati d-dispożizzjonijiet, partikolarment il-livelli massimi, li jinstabu fl-Anness II li jirrigwardaw atrazine, azinphos-ethyl, azinphos-methyl, barban, binapacryl, carbaryl, chlorbenzilate, diallate, endosulphan, lindane, parathion inkluż paraoxon u folpet;

    Billi, għal l-istess raġunijiet, jidher li huwa mixtieq li d-Direttiva tkun aġġornata biż-żieda tad-dispożizzjonijiet li jirrigwardaw aktar pestiċidi li r-residwi tagħhom jistgħu iseħħu fil-frott u l-ħxejjex, jiġifieri bromophos-ethyl, bromopropylate, captafol, chlorpropham, chlorbufam, chlorfenvinphos, chlormequat, DDT, diazinon, dichlofluanid, dichlorvos, dicofol, dioxathion, diquat, fentin, heptachlor, methyl bromide, paraquat, pyrethrins, triallate, vamidothion u chinomethionat;

    Billi jidher ukoll li huwa xieraq, bi qbil mal-prattika internazzjonali preżenti, li jinbidlu l-livelli massimi li jirrigwardaw l-amitrole, l-endrin u t-TEPP, li s'issa kienu mhurija bħala "żero", b'livelli mhux indefiniti eżiġiti fi jew f'madwar il-limitu l-aktar baxx tad-determinazzjoni;

    Billi, f'dak li jirrigwarda l-iżbalji, partikolarment tal-kampjuni u l-analiżi, inerenti fil-kontroll tal-livelli massimi, dawn ta' l-aħħar għandhom ikunu murija f'numru xieraq ta' figuri sinifikanti; billi l-livelli li jirrigwardaw il-chlorbenside u l-methylparathion inkluż il-methyl—paraoxon għandhom għalhekk ikunu ikkorreġuti,

    ADOTTA DIN ID-DIRETTIVA:

    L-Artikolu 1

    L-Anness II tad-Direttiva 76/895/KE huwa b'hekk emendat kif ġej:

    1. Il-kolonna bl-intestatura "KEE Nru (1)" u n-nota fil-qiegħ 1 għandhom ikunu mħassra;

    2. Id-dħul "aramite" u "chlorfenson" għandhom ikunu mħassra;

    3. Għal residwi tal-pestiċida kif stabbiliti hawn taħt, il-partikolaritajiet li jinsabu fit-Tabella, bl-eċċezzjoni tal-formuli kimikali, li jibqgħu mingħajr tibdil, għandhom ikunu mibdula b'dan li ġej:

    Isem komuni | | Livelli massimi (f'mg/kg (ppm)) |

    amitrole | 0·05 | |

    trazine | 0·1 | |

    azinphos—ethyl | 0·05 | |

    azinphos—methyl | 1: | għeneb, frott taċ-ċitru |

    0·5: | prodotti oħra |

    binapracyl | 0·05: | ħxejjex minn basal, tuberi w għeruq |

    0·3: | ħxejjex oħra, frott |

    carbaryl | 3: | berquq, tuffieħ, lanġas, ħawħ, għeneb, għanbaqar, insalata, kaboċċi |

    1: | prodotti oħrajn |

    chlorbenside | 2 | |

    chlorbenzilate | 0·2: | ġewż |

    2: | prodotti oħrajn |

    endosulphan (is-somma ta' α- u β-endosulphan u endosulphansulphate) | 0·2: | ħxejjex ta' l-għeruq |

    1: | prodotti oħrajn |

    endrin | 0·01 | |

    folpet | 15: | ċirasa, ħass, ċawsli, qerqnin, passolina, għeneb u frawli |

    10: | frott taċ-ċitru, u frott tat-tip tat-tuffieħ |

    5: | tadam |

    2: | prodotti oħrajn |

    lindane (gamma - HCH) | 2: | ħxejjex bil-weraq |

    0·5: | tadam, frott ta' l-għadma u għeneb |

    0·1: | karrotti |

    1: | prodotti oħrajn |

    methylparathion, inkluż il-methyl-paraoxon | 0·2 | |

    TEPP | 0·01 | |

    4. Ir-residwi tal-pestiċidi segwenti flimkien mal-partikolaritajiet korrespondenti tagħhom għandhom ikunu miżjuda:

    Residwi tal-pestiċidi | Livelli massimi (fi mg/kg (ppm)) |

    Isem komuni | Formula kimikali | Formula kimikali | |

    bromophos-ethyl | 0–4-bromo- 2,5-dichloro-phenyl- 0,0-diethyl phosphorothioate | 0·5 | |

    bromopropylate | isopropyl 4,4′-dibromo-benzilate | 3: | frott taċ-ċitru, banana |

    2: | frott tat-tip tat-tuffieħ u frott ta' l-għadma, frawli, għeneb |

    1: | ħxejjex |

    0·05: | frott ieħor |

    captafol | 1,2,3,6-tetrahydro — N-(1,1,2,2-tetrachloro—ethylthio) phthalmide | 8: | ħxejjex tal-weraq |

    2: | ħxejjet ta' l-għeruq |

    5: | prodotti oħra |

    chlorfenvinphos (is-somma ta' l-iżomeri E- u Z) | 2-chloro- 1-(2,4-dichlo—rophenyl) vinyldiethylphosphate | 0·5: | ħxejjex tal-basal, tuberi u l-għeruq, krafes, tursin |

    0·05: | faqqiegħ, frott |

    0·1: | ħxejjex oħrajn |

    chlormequat, espress bħala chlormequat cation | 2-chloroethyltrimethyl ammonium ion | 3: | lanġas |

    1: | għeneb |

    0·05: | prodotti oħrajn |

    DDT (is-somma ta' p, p'DDT; p-p'DDT; p, p'DDE u p-p'TDE) | 1,1,1-trichloro- 2,2-bis — (4-chlorophenyl) ethane | 0·1 | |

    dazinon | 0,0-diethyl 0–2-isopropyl- 6-methylpyrimidin- 4-yl phosphorothioate | 0·05: | ġewż |

    0·5: | prodotti oħra |

    dichlofluanid | N-dichlorofluoromethyl—thio — N, N'-dimethyl — N-phenylsulphamide | 10: | ħass, frawli, frott żgħir ieħor, għeneb |

    5: | prodotti oħra |

    dichlorvos | 2,2-dichlorovinyldimethylphosphate | 0·1 | |

    dicofol | 2,2,2-trichloro- 1,1-bis (4-chlorophenyl) ethanol | 2: | frott |

    0·5: | ħxejjex |

    dioxathion | S, S'-(1,4-dioxane- 2,3-diyl) 0,0,0', 0'-tetraethyldi (phosphorodithioate) | 3: | frott taċ-ċitru |

    0·4: | għeneb |

    0·2: | prodotti oħrajn |

    diquat, espress bħala diquatcation | 1,1'-ethylene- 2,2'-bipyri—dyldiyliumion | 0·1: | ħxejjex |

    0·05: | prodotti oħrajn |

    fentincompounds (is-somma espressa bħala fentinhydroxide) | triphenyltin | 1: | krafes |

    0·1: | karrotti |

    0·05: | prodotti oħrajn |

    heptachlor (is-somma ta' heptachlor u heptachlor epoxide) | 1,4,5,6,7,8,8-heptachloro-3a,4,7,7a-tetrahydro-4,7-methanoindene | 0·01 | |

    methyl bromide | bromomethane | 0·1 | |

    paraquat, espress bħala paraquat cation | 1,1'-dimethyl- 4,4'-bipyri-dyldiylium ion | 0·05 | |

    pyrethrins (is-somma ta' pyrethrins I u II, cinerins I u II, jasmolins I u II) | – | 1 | |

    vamidothion (is-somma ta' vamidothion u vamidothion sulphoxide) | 0,0-dimethyl S-2-(1-methylcarbamoylethyl-thio) ethyl phosphoro-thioate | 0·5: | frott tat-tip tat-tuffieħ |

    0·05: | prodotti oħrajn |

    chinomethionat | 6-methyl- 1,3-dithiolo [4,5-b] quinoxalin- 2-one | 0·3 | |

    5. L-intestaturi

    "barban"

    u

    "diallate"

    għandhom ikunu mibdula bil-gruppi li jirrigwardaw rispettivament għal

    "barban, chlorpropham, chlorbufam"

    , u

    "diallate, triallate"

    kif ġej:

    Residwi tal-pestiċidi | Livelli massimi (fi mg/kg (ppm)) |

    Isem komuni | Formula kimikali | | |

    | |

    barban | is-somma espressa bħala 3-chloroaniline | 4-chlorobut- 2-ynyl3-chlorocarbanilate; isopropyl3-chlorophenylcarbonate;1-methylprop- 2-ynyl- 3-chlorophenyl-carbamate | 0·1: 0·05: | krafes, karrotti, maxxita, zunnarija bajda, tursin prodotti oħra |

    chlorpropham |

    chlorbufan |

    diallate | is-somma | S-2,3-dichloroallyldi-isopropylthiocarbamate; S-2,3,3-trichloroallyl di-isopropylthiocarbamate | 0·1 | |

    triallate | |

    L-Artikolu 2

    L-Istati Membri għandhom idaħħlu fis-seħħ il-liġijiet, ir-regolamenti u d-dispożizzjonijiet amministrattivi meħtieġa biex ikunu konformi mal-Artikolu 1 mhux aktar tard mill-1 ta' Lulju 1984. Huma għandhom minnufih jinfurmaw lill-Kummissjoni dwar dan.

    L-Artikolu 3

    Din id-Direttiva hija indirizzata lill-Istati Membri.

    Magħmula fi Brussel, fid-19 ta' Lulju 1982.

    Għall-kunsill

    Il-President

    B. Westh

    [1] ĠU L 340, tad-9.12.1976, p. 26.

    [2] ĠU L 46, tad-19.02.1981, p. 33.

    [3] ĠU C 95, tas-16.04.1982, p. 6.

    --------------------------------------------------

    Top