Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 31981L0855

    Id-Direttiva tal-Kunsill tad-19 ta' Ottubru 1981 li tadatta, bħala riżultat ta' l-adeżjoni tal-Greċja, id-Direttiva 79/869/KEE li tirrigwarda l-metodi tal-kejl u l-frekwenza tat-teħid ta' kampjuni u ta' l-analiżi ta' l-ilma tal-wiċċ maħsub għat-teħid ta' l-ilma għax-xorb fl-Istati Membri

    ĠU L 319, 7.11.1981, p. 16–16 (DA, DE, EL, EN, FR, IT, NL)

    Dan id-dokument ġie ppubblikat f’edizzjoni(jiet) speċjali (ES, PT, FI, SV, CS, ET, LV, LT, HU, MT, PL, SK, SL)

    ELI: http://data.europa.eu/eli/dir/1981/855/oj

    31981L0855



    Official Journal L 319 , 07/11/1981 P. 0016 - 0016
    Spanish special edition: Chapter 15 Volume 3 P. 0075
    Portuguese special edition Chapter 15 Volume 3 P. 0075
    Finnish special edition: Chapter 15 Volume 3 P. 0160
    Swedish special edition: Chapter 15 Volume 3 P. 0160


    Id-Direttiva tal-Kunsill

    tad-19 ta' Ottubru 1981

    li tadatta, bħala riżultat ta' l-adeżjoni tal-Greċja, id-Direttiva 79/869/KEE li tirrigwarda l-metodi tal-kejl u l-frekwenza tat-teħid ta' kampjuni u ta' l-analiżi ta' l-ilma tal-wiċċ maħsub għat-teħid ta' l-ilma għax-xorb fl-Istati Membri

    (81/855/KEE)

    IL-KUNSILL TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ,

    Wara li kkunsidra t-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ekonomika Ewropea, u b'mod partikolari l-Artikoli 100 u 235 tiegħu,

    Wara li kkunsidra l-proposta tal-Kummissjoni,

    Wara li kkunsidra l-opinjoni tal-Parlament Ewropew [1],

    Billi, bħala riżultat ta' l-isħubija tal-Greċja fil-Komunitajiet Ewropej, l-Artikolu 11(2) tad-Direttiva tal-Kunsill 79/869/KEE tad-9 ta' Ottubru 1979 li tirrigwarda l-metodi tal-kejl u tal-frekwenza tat-teħid tal-kampjuni u l-analiżi ta' l-ilma tal-wiċċ maħsub għat-teħid ta' l-ilma għax-xorb fl-Istati Membri [2] għandu jiġi adattat;

    Billi, skond l-ewwel paragrafu ta' l-Artikolu 198 tat-Trattat, il-Kunsill ikkonsulta lill-Kumitat Ekonomiku u Soċjali dwar il-proposta mill-Kummissjoni; billi l-Kumitat ma kienx f'pożizzjoni li jissottometti l-opinjoni tiegħu fil-limitu taż-żmien stabbilit mill-Kunsill; billi skond it-tieni paragrafu ta' l-Artikolu 198 tat-Trattat in-nuqqas ta' opinjoni ma għandhiex twaqqaf lill-Kunsill milli jieħu azzjoni ulterjuri; billi, wara li kkunsidra kemm hi mixtieqa l-adozzjoni rapida ta' l-emendi meħtieġa, il-Kunsill jikkunsidra li huwa meħtieġ li jinqeda minn din il-possibiltà,

    ADOTTA DIN ID-DIRETTIVA:

    Artikolu 1

    Fl-Artikolu 11(2) tad-Direttiva 79/869/KEE, "41" għandu jiġi mibdul b' "45".

    Artikolu 2

    Din id-Direttiva għandha tidħol fis-seħħ fl-1 ta' Jannar 1981.

    Artikolu 3

    Din id-Direttiva hija ndirizzata lill-Istati Membri.

    Magħmula fil-Lussemburgu, fid-19 ta' Ottubru 1981.

    Għall-Kunsill

    Il-President

    P. Walker

    [1] ĠU C 144, tal-15.6.1981, p. 36.

    [2] ĠU L 271, tad-29.10.1979, p. 44.

    --------------------------------------------------

    Top