Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 31980L1274

    Id-Direttiva tal-Kunsill tat-22 ta’ Diċembru 1980 li temenda, bħala konsegwenza ta’ l-adeżjoni tal-Greċja, id-Direttiva 64/432/KEE fuq il-problemi tas-saħħa ta’ l-annimali li jaffettwaw il-kummerċ fil-Komunità fl-annimali ta’ l-ifrat u fil-majjali u d-Direttiva 80/217/KEE li tintroduċi l-miżuri Komunitarji għall-kontroll tad-deni klassiku tal-majjali

    ĠU L 375, 31.12.1980, p. 75–75 (DA, DE, EN, FR, IT, NL)

    Dan id-dokument ġie ppubblikat f’edizzjoni(jiet) speċjali (EL, ES, PT, FI, SV, CS, ET, LV, LT, HU, MT, PL, SK, SL, BG, RO, HR)

    Legal status of the document No longer in force

    ELI: http://data.europa.eu/eli/dir/1980/1274/oj

    31980L1274



    Official Journal L 375 , 31/12/1980 P. 0075 - 0075
    Greek special edition: Chapter 03 Volume 32 P. 0210
    Spanish special edition: Chapter 03 Volume 20 P. 0140
    Portuguese special edition Chapter 03 Volume 20 P. 0140
    Finnish special edition: Chapter 3 Volume 12 P. 0272
    Swedish special edition: Chapter 3 Volume 12 P. 0272


    Id-Direttiva tal-Kunsill

    tat-22 ta’ Diċembru 1980

    li temenda, bħala konsegwenza ta’ l-adeżjoni tal-Greċja, id-Direttiva 64/432/KEE fuq il-problemi tas-saħħa ta’ l-annimali li jaffettwaw il-kummerċ fil-Komunità fl-annimali ta’ l-ifrat u fil-majjali u d-Direttiva 80/217/KEE li tintroduċi l-miżuri Komunitarji għall-kontroll tad-deni klassiku tal-majjali

    (80/1274/KEE)

    IL-KUNSILL TAL- KOMUNITAJIET EWROPEJ,

    Wara li kkunsidra t-Trattat li jwaqqaf il-Komunità Ekonomika Ewropea,

    Wara li kkunsidra l-Att ta’ l-Adeżjoni ta’ l-1979, u b’ mod partikolari l-Artikolu 146 tiegħu,

    Wara li kkunsidra l-proposta tal-Kummissjoni,

    Billi, b’konformità ma’ l-Artikolu 22 ta’ l-Att ta’ l-Adeżjoni tal-1979, l-addattazzjonijiet ta’ l-atti elenkati fl-Anness II. li għandhom isiru b’konformità mal-linji gwida spjegati f’dak l-Anness; billi Direttiva 64/432/KEE [1], kif l-aħħar emendata mid-Direttiva 80/219/KEE [2], għandha tiġi addattata b’mod approprjat;

    Billi, barra minn hekk, id-Direttiva 80/217/KEE [3], li kienet ġiet adottata wara l-iffirmar tat-Trattat ta’ l-Adeżjoni u li għadha valida oltre l-1 ta’ Jannar 1981, għandha tiġi addattata biex tiżgura l-konformità mad-disposizzjonijiet ta’ l-Att ta’ l-Adeżjoni.

    ADOTTA DIN ID- DIRETTIVA:

    Artikolu 1

    Id-Direttiva 64/432/KEE qiegħda b’hekk tiġi emendata kif ġej:

    1. Fl-Anness B, il-punt 12, se tiddaħħal din l-ittra li ġejja:

    "(j) Greece

    Κτηνιατρικόν ’Ινστιτούτον Λοιμωδών καί

    Παρασιτικών Νοσημάτων

    ‘Ιερά όδός 75

    ’Αθήναι

    301."

    2) Fl-Anness C, punt 9, se tiddaħħal din l-ittra li ġejja:

    "(j) Greece

    Κτηνιατρικόν ’Ινστιτούτον Λοιμωδών καί

    Παρασιτικών Νοσημάτων

    ‘Ιερά όδός 75

    ’Αθήναι

    301."

    3. Fl-Anness F, in-nota 4 taċ-ċertifikat mudell I u n-nota 5 taċ-ċertifikati mudell II, III u IV ser jiġu kkompletati b’dan li ġej:

    "Greece:

    ‘Ο Προϊστάμενος τής Κτηνιατρικής ‘Υπηρεσίας τού σημείου έξόδου."

    Artikolu 2

    Dan li ġej se jiżdied mal-lista ta’ laboratorji nazzjonali għad-deni tal-majjali fl-Anness II tad-Direttiva 80/217/KEE:

    "Greece:

    Κτηνιατρικόν ’Ινστιτούτον Λοιμωδών καί Παρασιτικών Νοσημάτων (’Εργαστήριον ιολογίας)

    Νεαπόλεως 9

    ‘Αγία Παρασκευή

    ’Αττικής."

    Artikolu 3

    L-Istati Membri ser idaħħlu fis-seħħ il-liġijiet, ir-regolamenti u d-disposizzjonijiet amministrattivi neċessarji biex jikkonformaw ma’ din id-Direttiva, rigward l-Artikolu 1, mhux aktar tard mill-1 ta’ Jannar 1981 u rigward l-Artikolu 2, mhux aktar tard mill-1 ta’Lulju 1981. Huma ser jinfurmaw lill-Kummisjoni immedjatament.

    Artikolu 4

    Din id-Direttiva qed tiġi indirizzata lill-Istati Membri.

    Magħmula fi Brussel, fit-22 ta’ Diċembru 1980.

    Għall-Kunsill

    Il-President

    J. Santer

    [1] ĠU C 121, tad-29.7.1964, pġ. 1977/64.

    [2] ĠU L 47, tas-16.7.1970, pġ. 25.

    [3] ĠU L 47, tal-21.2.1980, pġ. 11.

    --------------------------------------------------

    Top