Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 31979R2764

    Ir-Regolament tal-Kunsill (KEFA, KEE, Euratom) nru 2764/79 tas-6 ta' Diċembru 1979 li emenda r-Regolament (KEFA, KEE, Euratom) Nru. 300/76 jistabbilixxi l-kategoriji ta' uffiċjali intitolati għal allowances għal xogħol bix-xift, u r-rati u l-kondizzjonijiet tagħhom

    ĠU L 315, 11.12.1979, p. 1–1 (DA, DE, EN, FR, IT, NL)

    Dan id-dokument ġie ppubblikat f’edizzjoni(jiet) speċjali (EL, ES, PT, FI, SV, CS, ET, LV, LT, HU, MT, PL, SK, SL, BG, RO, HR)

    Legal status of the document In force

    ELI: http://data.europa.eu/eli/reg/1979/2764/oj

    31979R2764



    Official Journal L 315 , 11/12/1979 P. 0001 - 0001
    Finnish special edition: Chapter 1 Volume 1 P. 0146
    Greek special edition: Chapter 01 Volume 2 P. 0125
    Swedish special edition: Chapter 1 Volume 1 P. 0146
    Spanish special edition: Chapter 01 Volume 3 P. 0015
    Portuguese special edition Chapter 01 Volume 3 P. 0015


    Ir-Regolament tal-Kunsill (KEFA, KEE, Euratom) nru 2764/79

    tas-6 ta' Diċembru 1979

    li emenda r-Regolament (KEFA, KEE, Euratom) Nru. 300/76 jistabbilixxi l-kategoriji ta' uffiċjali intitolati għal allowances għal xogħol bix-xift, u r-rati u l-kondizzjonijiet tagħhom

    IL-KUNSILL TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ,

    Wara li kkunsidra r-Regolament tal-Kunsill (KEE, Euratom, KEFA) Nru. 259/68 li jistabbilixxi r-Regolamenti tal-Persunal għall-uffiċjali u l-kondizzjonijiet ta' l-impieg applikabbli għall-aġenti l-oħra tal-Komunitajiet Ewropej [1], kif l-aħħar emendat bir-Regolament (Euratom, KEFA, KEE) Nru 3085/78 [2], u b'mod partikolari it-tieni paragrafu ta' l-Artikolu 56a tar-Regolamenti tal-Persunal,

    Wara li kkunsidra il-proposta mill-Kummissjoni, sottomessa wara li ġie kkonsultat il-Kumitat tar-Regolamenti tal-Persunal,

    Billi huwa l-Kunsill, filwaqt li jaġixxi fuq proposta tal-Kummissjoni sottomessa wara li ikkonsultat il-Kumitat tar-Regolamneti tal-Persunal, li jistabbilixxi l-kategoriji ta' uffiċjali intitolati għal allowances għal xogħol bix-xift, u r-rati u l-kondizzjonijiet tagħhom;

    Billi l-persunal impjegat f'ċerti servizzi tat-telex jaħdem bix-xiftijiet fis-sens ta' l-Artikolu 56a tar-Regolamenti tal-Persunal; billi r-Regolament (KEFA, KEE, Euratom) Nru 300/76 [3] għandu jiġi emendat b'mod korrispondenti,

    ADOTTA DAN IR-REGOLAMENT:

    Artikolu 1

    "1. Uffiċjal imħallas minn approprijazzjonijiet ta' riċerka u investiment u impjegat f'istabbiliment taċ-Ċ¬entru Konġunt tar-Riċerka jew f'azzjoni indiretta, jew imħallas minn approprjazzjonijiet ta' operazzjoni u impjegat f'ċentru tal-kompjuters, f'dipartiment tas-sigurtà jew f'servizz tat-telex, li jaħdem bix-xift fis-sens ta' l-Artikolu 56a tar-Regolamenti dwar il-Persunal, għasndu jkun intitolat għal allowance ta':"

    Artikolu 2

    Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fil-jum ta' wara l-pubblikazzjoni tiegħu fil-Ġurnal Uffiċjali tal-Komunitajiet Ewropej.

    Għandu jgħodd mill-1 ta' Jannar 1980.

    Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

    Magħmul fi Brussel, fis-6 ta' Diċembru 1979.

    Għall-Kunsill

    Il-President

    L. Preti

    [1] ĠU No L 56, ta' l-4.3.1968, p. 1.

    [2] ĠU L 369, tad-29.12.1978, p. 6.

    [3] ĠU L 38, tat-13.2.1976, p. 1.

    --------------------------------------------------

    Top