This document is an excerpt from the EUR-Lex website
Document 31979R1117
Commission Regulation (EEC) No 1117/79 of 6 June 1979 specifying the products in the seeds sector to be subject to the system of import licences
Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KEE) Nru 1117/79 tas-6 ta’ Ġunju 1979 li jispeċifika l-prodotti fis-settur taż-żrieragħ li jkunu suġġetti għal liċenzi ta’ importazzjoni
Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KEE) Nru 1117/79 tas-6 ta’ Ġunju 1979 li jispeċifika l-prodotti fis-settur taż-żrieragħ li jkunu suġġetti għal liċenzi ta’ importazzjoni
ĠU L 139, 7.6.1979, p. 11–11
(DA, DE, EN, FR, IT, NL) Dan id-dokument ġie ppubblikat f’edizzjoni(jiet) speċjali
(EL, ES, PT, FI, SV, CS, ET, LV, LT, HU, MT, PL, SK, SL)
No longer in force, Date of end of validity: 13/12/2004; Imħassar b' 32004R2081
Relation | Act | Comment | Subdivision concerned | From | To |
---|---|---|---|---|---|
Implementation | 31971R2358 | Implimentazzjoni | artikolu 4.2 | 01/07/1979 |
Relation | Act | Comment | Subdivision concerned | From | To |
---|---|---|---|---|---|
Completed by | 31986R2811 | Tlestija | artikolu 1 | 01/07/1986 | |
Repealed by | 32004R2081 |
Official Journal L 139 , 07/06/1979 P. 0011 - 0011
Finnish special edition: Chapter 3 Volume 11 P. 0008
Greek special edition: Chapter 03 Volume 25 P. 0119
Swedish special edition: Chapter 3 Volume 11 P. 0008
Spanish special edition: Chapter 03 Volume 16 P. 0126
Portuguese special edition Chapter 03 Volume 16 P. 0126
Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KEE) Nru 1117/79 tas-6 ta’ Ġunju 1979 li jispeċifika l-prodotti fis-settur taż-żrieragħ li jkunu suġġetti għal liċenzi ta’ importazzjoni IL-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ, Wara li kkunsidrat it-Trattat li jistabilixxi il-Komunità Ekonomika Ewropea, Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 2358/71 tas-26 t’Ottubru 1971 dwar l-organizzazzjoni komuni tas-suq fiż-żrieragħ [1], kif l-aħħar emendat bir-Regolament (KEE) Nru 234/79 [2], u partikolarment l-ewwel subparagrafu ta’ l-Artikolu 4(2) li hemm fih, Billi, kif inhi s-sitwazzjoni tas-suq għall-qamħirrun ibridu għaż-żrigħ, hemm bżonn li jkun possibbli li jiġi monitorjat kontinwament l-andament tal-kummerċ ma’ pajjiżi barra l-Komunità; Billi, fil-każ ta’ qamħirrun ibridu għaż-żrigħ, għandu jsir użu tal-poter li hemm fl-Artikolu 4(1) tar-Regolament (KEE) Nru 2358/71 biex jagħmlu l-importazzjoni taż-żrieragħ soġġett għal liċenza ta’ importazzjoni, sabiex il-volum prevedibbli ta’ importazzjoni jista’ jkun magħruf bil-quddiem sewwa, sabiex ikunu jistgħu jittieħdu kwalunkwe miżuri li jista’ jirrikjedi l-iżvilupp tas-suq; Billi il-Kumitat ta’ Ġestjoni għaż-Żrieragħ ma’ tax l-opinjoni tiegħu fil-limitu taż-żmien stipulat mill-President tiegħu, ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT: Artikolu 1 Il-prodotti li ġejjin jkunu soġġetti għal sistema ta’ liċenzi ta’ importazzjoni li hemm ipprovdut għaliha fl-Artikolu 4(1) tar-Regolament (KEE) Nru 2358/71: CCT Titolu Nru | Deskrizzjoni | 1 | 2 | 10.05 | Qamħirrun: A.Qamħirrun ibridu għaż-żrigħ:I.Ibridi doppji u ibridi top-crossII.Ibridi three-crossIII.Ibridi singliIV.Oħrajn | Artikolu 2 Dan ir-Regolament jidħol fis-seħħ fl-1 ta’ Lulju 1979. Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha. Magħmul fi Brussel, fis-6 ta’ Ġunju 1979. Għall-Kummissjoni Finn Gundelach Viċi-President [1] ĠU L 246, tal-5.11.1971, p. 1. [2] ĠU L 34, tad-9.2.1979, p. 2. --------------------------------------------------