This document is an excerpt from the EUR-Lex website
Document 31978L0170
Council Directive 78/170/EEC of 13 February 1978 on the performance of heat generators for space heating and the production of hot water in new or existing non- industrial buildings and on the insulation of heat and domestic hot-water distribution in new non-industrial buildings
Id-Direttiva tal-Kunsill tat-13 ta' Frar 1978 dwar l-effiċjenza ta' ġeneraturi tas-sħana għat-tisħin ta' spazju u għall-produzzjoni tal-misħun f'bini ġdid jew mhux industrijali li jeżisti diġà u dwar dwar l-iżolament tas-sħana u d-distribuzzjoni tal-misħun domestiku f'bini ġdid mhux industrijali
Id-Direttiva tal-Kunsill tat-13 ta' Frar 1978 dwar l-effiċjenza ta' ġeneraturi tas-sħana għat-tisħin ta' spazju u għall-produzzjoni tal-misħun f'bini ġdid jew mhux industrijali li jeżisti diġà u dwar dwar l-iżolament tas-sħana u d-distribuzzjoni tal-misħun domestiku f'bini ġdid mhux industrijali
ĠU L 52, 23.2.1978, p. 32–33
(DA, DE, EN, FR, IT, NL) Dan id-dokument ġie ppubblikat f’edizzjoni(jiet) speċjali
(EL, ES, PT, FI, SV, CS, ET, LV, LT, HU, MT, PL, SK, SL, BG, RO)
No longer in force, Date of end of validity: 10/08/2005; Imħassar b' 32005L0032
Relation | Act | Comment | Subdivision concerned | From | To |
---|---|---|---|---|---|
Corrected by | 31978L0170R(01) | ||||
Corrected by | 31978L0170R(02) | ||||
Modified by | 31982L0885 | abolizzjoni | artikolu 1.1.5 | 06/12/1982 | |
Modified by | 31982L0885 | Żieda | anness | 06/12/1982 | |
Modified by | 31982L0885 | Sostituzzjoni | artikolu 1.4 | 06/12/1982 | |
Modified by | 31982L0885 | Tlestija | artikolu 1.1 | 06/12/1982 | |
Modified by | 31982L0885 | Żieda | artikolu 1.3BIS | 06/12/1982 | |
Modified by | 31982L0885 | Żieda | artikolu 1.3TER | 06/12/1982 | |
Repealed by | 32005L0032 |
Official Journal L 052 , 23/02/1978 P. 0032 - 0033
Greek special edition: Chapter 10 Volume 1 P. 0161
Spanish special edition: Chapter 12 Volume 3 P. 0082
Portuguese special edition Chapter 12 Volume 3 P. 0082
Finnish special edition: Chapter 12 Volume 2 P. 0003
Swedish special edition: Chapter 12 Volume 2 P. 0003
Direttiva tal-kunsill tat-13 ta' Frar 1978 dwar l-effiċjenza ta' ġeneraturi tas-sħana għat-tisħin ta' spazju u għall-produzzjoni tal-misħun f'bini ġdid jew mhux industrijali li jeżisti diġà u dwar dwar l-iżolament tas-sħana u d-distribuzzjoni tal-misħun domestiku f'bini ġdid mhux industrijali (78/170/KEE) IL-KUNSILL TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ, Wara li kunsidra t-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ekonomika Ewropea, u b'mod partilolari l-Artikolu 103 tiegħu, Wara li kunsidra l-proposta mill-Kummissjoni, Wara li kunsidra l-opinjoni tal-Parlament Ewropew [1], Wara li kunsidra l-opinjoni tal-Kunsill Ekonomiku u Soċjali [2], Billi, fir-riżoluzzjoni tiegħu tas-17 ta' Settembru 1974 dwar strateġija politika ġdida ta' l-enerġija għall-Komunitá [3], l-Kunsill adotta l-għan ta' tnaqqis fir-rata ta' tkabbir fil-konsum intern b'miżuri biex l-enerġija tintuża b'mod razzjonali u ekonomiku mingħajr ma' tippreġudika l-għanijiet tat-tkabbir soċjali u ekonomiku; Billi, fir-riżoluzzjoni tiegħu tas-17 ta' Diċembru 1974 dwar programm ta' azzjoni Komunitarja dwar l-użu razzjonali ta' l-enerġija [4], l-Kunsill innota li, fil-komunikati tiegħu lill-Kunsill intitolati "L-użu razzjonali ta'l-enerġija", l-Kummissjoni fasslet programm ta' azzjoni Komunitarja f'dan il-qasam; Billi kwalunkwe titjib fl-użu razzjonali ta' l-enerġija jkun gerneralment ta' benefiċċju għall-ambjent; Billi s-settur ikkonċernat ma' sistemi ta' tisħin fil-bini jippresta ruħu għal miżuri bħal dawn; Billi rakkommandazzjoni 76/493/KEE [5], dwar sistemi ta' tisħin ta' bini eżistenti; Billi fil-każ ta' sistemi ġodda ta' tisħin huwa meħtieġ li jintlaħaq iffrankar ta' enerġija malajr kemm jista' biex dan ikollu influwenza fuq il-konsum totali ta' l-enerġija kif u meta s-sistemi jiġu stallati; Billi, għal dan il-għan, Direttiva għandha tiġi adottata biex tipprovdi struttura ġenerali li fiha l-Istati Membri għandhom flimkien jesploraw metodi ta' frankar ta'l-enerġija disinjati biex inaqqsu l-impatt tad-diffikultajiet tal-provvista msemmija fl-Artikolu 103(4) tat-Trattat; Billi ġeneraturi tas-sħana għat-tisħin ta' spazju u l-produzzjoni ta' misħun domestiku f'bini ġdid jew eżistenti mhux industrijali għandhom jiġu spezzjonati fl-istadju tal-manifattura jew waqt l-istallazzjoni; Billi għandu jsir obbligatorju f'bini mhux industrijali li li jiġi provdut, f'kondizzjonijiet ekonomikament ġustifikabbli, iżolament termali kemm għall-ġeneraturi kif ukoll għas-sistema li biha fluwidi msaħħna jiġu distribwiti; Billi l-Kummissjoni għandha tirċievi informazzjoni regolari dwar il-miżuri ta' l-implimentazzjoni adottati u r-riżultati miksuba jew antiċipati; Billi l-miżuri ta' l-implimentazzjoni adottati għal din id-Direttiva għandhom jinkorporaw il-miżuri adottati għall-approssimazzjoni tal-liġijiet ta' l-Istati Membri fl-oqsma konċernati minn din id-Direttiva u għandhom ikunu diretti biex jiffaċilitaw ix-xogħol ta'l-armonizzazzjoni u l-istandardizzazzjoni li għaddej jew li għandu jinbeda f'dawn l-oqsma kemm f'livell Komunitarju u internazzjonali, ADOTTA DIN ID-DIRETTIVA: Artikolu 1 1. L-Istati Membri għandhom jieħdu l-miżuri kollha neċessarji biex jassiguraw li l-ġeneraturi kollha tas-sħana għat-tisħin ta' spazju u/jew għall-produzzjoni ta' misħun f'bini ġdid jew eżistenti mhux industrijali jikkonformaw mal-ħtiġiet minimi ta' l-effiċjenza. Fil-każ ta' ġeneraturi li kapaċi jużaw diversi forom ta' enerġija, l-ħtiġiet minimi għall-effiċjenza għandhom ikunu relatati ma' kull forma ta' enerġija użata. It-terminu ġeneratur tas-sħana għandu, b'mod partikolari, jfisser boilers tal-misħun, boilers tal-fwar, heaters ta' l-arja li jinkludu komponenti u speċjalment l-apparat tal-fjamma li jkun adattat għat-tip ta' karburant fossili li jintuża. Ġeneraturi kombinati ta'l-elettriku/tas-sħana użati fil-bini għandhom ukoll jitqiesu bħala ġeneraturi tas-sħana; għal dawn, il-ħtiġiet minimi għall-effiċjenza għandhom ikun relatati mal-produzzjoni massima ta' l-enerġija. Ġeneraturi elettriċi tas-sħana b'reżistenzi u konnessjonijiet ma' network remot ta' tisħin għandhom jiġu esklużi. Dawk l-apparati li għalihom l-ittestjar tat-tip ma jkunx prattikabbli għandhom ikunu s-suġġett ta' proposta sussegwenti wara studju tekniku xieraq. 2. L-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-konformitá mal-ħtiġiet minimi ta' l-effiċjenza tiġi żgurata permezz ta' spezzjoni li ssir mill-fabbrikanti fl-istadju tal-fabbrikazzjoni tal-ġeneratur jew waqt l-istallazzjoni. 3. Il-ġeneraturi tas-sħana suġġetti għal spezzjoni waqt il-fabbrikazzjoni ma' jistgħux jiġu offruti għall-bejgħ jekk dawn ma jkunux jikkonformaw mal-ħtiġiet minimi dwar l-effiċjenza; il-konformità mar-regoli relevanti għandha tiġi ċertifikata permezz ta' pjanċa tad-data li tagħti d-dettalji minimi li ġejjin: - l-identitá tal-fabbrikant, - it-tip ta' ġeneratur tas-sħana u s-sena tal-fabbrikazzjoni tiegħu, - il-kalibrazzjoni tas-sħana f'kW għal kull tip ta' enerġija prevista, - it-tip u l-karratteristiċi ta'l-enerġija jew l-enerġiji użati, - it-temperatura massima tal-likwidu li jsaħħan, - il-konferma ta'l-ispezzjoni u l-identifikazzjoni tal-korp li jkun għamilha, - il-konsum ta' kull ġeneratur tas-sħana meta jkun jaħdem skond il-kapaċitá kalibrata. It-terminu "kalibrar tas-sħana" tirreferi għall-ogħla prodott li jkun jista' jiġi provdut kontinwament mill-ġeneratur tas-sħana. Meta ġeneratur tas-sħana ta' tip suġġett għal spezzjoni waqt il-fabbrikazzjoni jiġi stallat, l-utent għandu jingħata istruzzjonijiet miktuba dwar l-operat u l-manutenzjoni biex tinkiseb l-ogħla effiċjenza. Dawn l-istruzzjonijiet għandhom ikunu ġew spezzjonati bl-istess mod bħall-ġeneratur u jinkludu d-dettajli prinċipali tar-riżultati ta'l-ispezzjoni. 4. Fil-każ ta' ġeneraturi tas-sħana suġġetti għal spezzjoni fil-waqt ta' l-istallazzjoni, t-telf ta' l-enerġija m'għandux jaqbeż il-livelli stabbiliti mill-Istati Membri. Artikolu 2 L-Istati Membri għandhom jieħdu l-miżuri kollha neċessarji biex jiżguraw li iżolament ekonomikament ġustifikabbli tas-sistemi tat-tqassim u tal-ħażna jsir obbligatorju f'bini ġdid mhux industrijali, kemm fir-rigward tal-likwidu tat-tisħin kif ukoll tal-misħun domestiku. Dawn id-dispożizzjonijiet għandhom japplikaw għas-sistemi konnessi ma' sistemi ta' tisħin remot. Dawn għandhom japplikaw ukoll għal ġeneraturi tas-sħana ġodda, inklużi sistemi elettriċi għat-tisħin ta' l-ilma, fil-bini ġdid jew eżistenti kollu mhux industrijali Artikolu 3 Id-data li minnha ġeneratur tas-sħana ma' jistax jibqa' jiġi stallat aktar, sakemm ma jkunx jaqbel mal-ħtiġiet minimi ta' l-effiċjenza skond l-Artikolu 1, għandha tkun dik ta' l-1 ta' Jannar 1981. Il-miżuri msemmija fl-Artikolu 2 għandhom jgħoddu mill-1 ta' Lulju 1980. Artikolu 4 L-Istati Membri għandhom jinformaw lill-Kummissjoni b'miżuri meħuda fl-ambitu ta' din id-Direttiva u tar-riżultati miksuba jew antiċipati minn dawn il-miżuri. Artikolu 5 Din id-Direttiva m'għandha bl-ebda mod tippreġudika miżuri bażati fuq l-Artikolu 100 tat-Trattat. Artikolu 6 Din id-Direttiva qed tiġi indirizzata lill-Istati Membri. Magħmula fi Brussell, fit-13 ta' Frar 1978. Għall-Kunsill Il-President P. Dalsager [1] ĠU C 266, tas-7.11.1977, p. 55. [2] ĠU C 287, tat-30.11.1977, p. 9. [3] ĠU C 153, tad-9.7.1975, p. 1. [4] ĠU C 153, tad-9.7.1975, p. 5. [5] ĠU L 140, tat-28.5.1976, p. 12. --------------------------------------------------