EUR-Lex Access to European Union law

Back to EUR-Lex homepage

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 31978L0052

Id-Direttiva tal-Kunsill tat-13 ta’ Diċembru 1977 li tistabbilixxi l-kriterji tal-Komunità għall-pjani nazzjonali għall-qerda mgħaġġla tal-mard brucellosis, tuberculosis u enzootic leukosis fl-ifrat

ĠU L 15, 19.1.1978, p. 34–41 (DA, DE, EN, FR, IT, NL)

Dan id-dokument ġie ppubblikat f’edizzjoni(jiet) speċjali (EL, ES, PT, FI, SV, CS, ET, LV, LT, HU, MT, PL, SK, SL, BG, RO, HR)

Legal status of the document No longer in force, Date of end of validity: 20/04/2021; Revokat u sostitwit bi 32016R0429

ELI: http://data.europa.eu/eli/dir/1978/52/oj

31978L0052



Official Journal L 015 , 19/01/1978 P. 0034 - 0041
Finnish special edition: Chapter 3 Volume 9 P. 0150
Greek special edition: Chapter 03 Volume 19 P. 0235
Swedish special edition: Chapter 3 Volume 9 P. 0150
Spanish special edition: Chapter 03 Volume 13 P. 0175
Portuguese special edition Chapter 03 Volume 13 P. 0175


Id-Direttiva tal-Kunsill

tat-13 ta’ Diċembru 1977

li tistabbilixxi l-kriterji tal-Komunità għall-pjani nazzjonali għall-qerda mgħaġġla tal-mard brucellosis, tuberculosis u enzootic leukosis fl-ifrat

(78/52/KEE)

IL-KUNSILL TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ,

Wara li kkonsidra t-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ekonomika Ewropea,

Wara li kkonsidra d-Direttiva tal-Kunsill 77/391/KEE tas-17 ta’ Mejju 1977 li ntroduċiet il-miżuri meħuda mill-Komunità għall-qerda tal-brucellosis, tuberculosis u leukosis fl-ifrat [1], u b’mod partikolari l-Artikolu 13 ta’ l-istess Direttiva,

Wara li kkonsidra l-proposta min-naħa tal-Kummissjoni,

Filwaqt li f’Direttiva 77/391/KEE, meta tpoġġew fuq il-mejda l-prinċipji bażiċi biex il-Komunità tintervjeni għall-qerda tal-brucellosis, tuberculosis u leukosis, il-Kunsill iddeċida li sussegwentement jistabbilixxi l-kriterji minimi li l-pjani nazzjonali għall-qerda tal-mard imsemmi għandhom jissodisfaw biex jikkwalifikaw għal kontribuzzjoni finanzjarja mill-Komunità;

Filwaqt li l-ewwel waħda minn dawn il-kriterji titkellem dwar aktar għaġġla fil-pjani nazzjonali, sabiex il-kampanja biex jinqered dan il-mard in kwistjoni fl-Istati Membri fejn il-merħliet għadhom infettati tkun tista’ tiġi konkluża b’suċċess malajr kemm jista’ jkun; filwaqt li għal dan il-għan għandhom jittieħdu miżuri ġodda jew jissaħħu dawk eżistenti, fejn possibbli iseħħu t-tnejn f’daqqa, liema miżuri jikkonċernaw b’mod partikolari testijiet fuq l-ifrat ħajjin, il-mod kif jaħdmu l-laboratorji u l-kumpens imħallas għall-ifrat li jinqatlu taħt il-pjani ta’ qerda;

Filwaqt li aktar minn hekk, huwa neċessarju, jiddependi fuq il-mard in kwistjoni, li wieħed iniżżel il-kundizzjonijiet li taħthom qtil, iżolazzjoni, tindif u disinfettar għandu jseħħ u l-użu li għandu jsir ta’ ċerti prodotti ta’ l-ifrat;

Filwaqt li huwa essenzjali wkoll, biex wieħed jevita r-riskju ta’ nfezzjoni mill-ġdid, li jipprattika kontroll strett tal-movimenti ta’ l-ifrat, speċjalment bejn merħliet ta’ stat ta’ saħħa differenti, u li jagħmel dawk il-movimenti skond ċertu testijiet;

Filwaqt li trid tiġi stabbilita d-data li fiha għandha tidħol fis-seħħ id-Direttiva 77/391/KEE,

ADOTTA DIN ID-DIRETTIVA:

Artikolu 1

Biex jikkwalifika għall-kontribuzzjoni finanzjarja mill-Komunità kif imsemmi fid-Direttiva 77/391/KEE, kull pjan ta’ qerda li jirreferu għalih l-Artikoli 2, 3 u 4 ta’ dik id-Direttiva għandu, skond il-merħliet li għalihom japplika, ta’ l-anqas jissodisfa l-kriterji mniżżla fid-Direttiva preżenti.

Artikolu 2

Għall-għanijiet ta’ din id-Direttiva, għandhom japplikaw dawn id-definizzjonijiet:

1. fil-każ ta’ brucellosis fl-ifrat:

(a) merħliet tal-bovini tat-tip B1: merħliet li fil-każ tagħhom ma jkunx magħruf il-passat ta’ saħħithom, it-tilqim u s-serological status;

(b) merħliet tal-bovini tat-tip B2: merħliet li fil-każ tagħhom ikun magħruf il-passat ta’ saħħithom, it-tilqim u s-serological status tagħhom u fejn it-testijiet ta’ moniteraġġ ta’ rutina jsiru skond ir-regoli nazzjonali li jistgħu jtellgħu lil dawn il-merħliet sa tip B3 jew B4;

(ċ) merħliet tal-bovini tat-tip B3: merħliet li huma ħielsa mill-brucellosis skond it-tifsira mogħtija fid-Direttiva 64/432/KEE tal-Kunsill tas-26 ta’ Ġunju 1964 dwar il-problemi ta’ saħħa li jaffettwaw in-negozju taċ-ċanga u l-majjal [2] bejn pajjiżi tal-Komunità, skond kif emendati l-aħħar bid-Direttiva 77/98/KEE [3];

(d) merħla tal-bovini tat-tip B4: merħliet li huma uffiċċjalment ħielsa mill-brucellosis, skond it-tifsira mogħtija fid-Direttiva 64/432/KEE;

2. fil-każ ta’ tuberculosis fost il-bovini:

(a) merħliet tal-bovini tat-tip T1: merħliet li fil-każ tagħhom il-passat ta’ saħħithom u r-riżultati tat-testijiet tat-tuberculosis ma jkunux magħrufa;

(b) merħliet tal-bovini tat-tip T2: merħliet li fil-każ tagħhom ikun magħruf il-passat ta’ saħħithom u anki r-riżultati tat-testijiet tat-tuberculosis, u fejn it-testijiet ta’ moniteraġġ ta’ rutina jsiru skond ir-regoli nazzjonali li jtellgħu lil dawn il-merħliet sat-tip T3;

(ċ) merħliet tal-bovini tat-tip T3: merħliet li huma uffiċċjalment ħielsa mit-tuberculosis, skond it-tifsira mogħtija fid-Direttiva 64/432/KEE;

3. annimal suspett: kull annimal bovin li juri sintomi li jindikaw il-possibilità tal-preżenza tat-tuberuculosis, brucellosis jew bovine enzootic leucosis, u li fil-każ tiegħu ebda eżami mediku għadu la kkonferma uffiċċjalment u lanqas elimina uffiċċjalment il-possibilità tal-preżenza ta’ waħda jew aktar minn dawn il-mard;

4. veterinarju uffiċċjali: il-veterinajru assenjat mill-awtorità kompetenti ċentrali ta’ l-Istat Membru;

5. mezz ta’ trasport: dawk il-partijiet ta’ karozzi, ferroviji jew ajruplani li jintużaw għall-ġarr, il-partijiet ta’ vapuri u containers għal trasport fuq l-art, bil-baħar jew bl-ajru.

KAPITLU I Dispożizzjonijiet ġenerali

Artikolu 3

L-Istati Membri għandhom jassiguraw li, f’kull każ, l-għaġġla li titkellem dwarha d-Direttiva 77/391/KEE tkun tinvolvi t-tnaqqis fil-perjodu ta’ żmien li hemm bżonn biex jitlestew il-pjani ta’ qerda b’suċċess, meta kkomparati maż-żmien li jittieħed permezz tal-programmi mħaddma bħalissa.

Il-miżuri li għandhom jittieħdu biex dan iseħħ għandhom ikunu dawn li ġejjin:

1. Il-proporzjon tal-popolazzjoni nazzjonali ta’ l-ifrat li huwa s-suġġett tal-miżuri ta’ qerda u ta’ prevenzjoni, għandhom jiżdiedu biex ħafna minn dawn l-ifrat, jew l-ifrat kollha jkunu jistgħu jitpoġġew jew jinżammu taħt moniteraġġ mill-aktar fis possibbli.

2. Il-kumpens għall-annimali maqtula skond l-istruzzjonijiet tal-veterinarju uffiċċjali għandu jiġi aġġustat sabiex dawk li jrabbuhom jiġu kkkumpensati b’mod xieraq.

3. In-numru ta’ persunal fil-laboratorju għandu jiżdied u għandu jkun hemm titjib fil-kundizzjonijiet għat-tmexxija tat-testijiet mediċi fil-laboratorju – sakemm dawn il-passi għad iridu jittieħdu – sabiex jintlaħaq livell suffiċjenti li jagħmel possibbli l-miżuri msemmija f’punt numru 1.

4. Miżuri introdotti biex jiġġieldu l-mard enzootic iridu jiġu applikati b’mod sistematiku.

Biex jiggarantixxu li l-għaġġla tkun effettiva b’mod sħiħ, l-Istati Membri għandhom jassiguraw li jidħlu fis-seħħ il-miżuri msemmija f’punti numru 1 sa numru 4.

Artikolu 4

1. Bil-għan li jiġi sorveljat uffiċċjalment il-moviment ta’ l-annimali, l-Istati Membri ghandhom jassiguraw li l-ifrat jkunu rreġistrati u identifikati b’mod permanenti.

2. L-Istati Membri, għal kull marda li għaliha jeżisti pjan ta’ qerda, għandhom joħolqu, u jżommu aġġornat, dokument uffiċċjali dwar il-merħliet tal-bovini li jaqgħu taħt dan il-pjan, ikklassifikat skond l-istat ta’ saħħithom.

KAPITLU II Dispożizzjonijiet speċifiċi li jirrigwardaw brucellosis fl-ifrat

Artikolu 5

L-Istati Membri għandhom jiżguraw li taħt il-pjan ta’ qerda tal-brucellosis:

(a) il-preżenza jew is-suspett tal-preżenza tal-brucellosis trid tiġi nnotifikata lill-awtorità kompetenti bil-fors u b’mod immedjat;

(b) kull trattament terapewtiku kontra l-brucellosis huwa pprojbit;

(ċ) jekk tkun prattikata, it-tilqima kontra l-brucellosis għandha ssir taħt superviżjoni uffiċċjali iżda għandha tiġi sospiza kemm jista’ jkun malajr biex b’hekk il-merħliet ikunu jistgħu jgħaddu fl-istadju ta’ merħliet li huma uffiċċjalment ħielsa mill-brucellosis.

Artikolu 6

1. Fejn merħla jkollha annimal suspettat li għandu l-brucellosis, l-awtoritajiet kompetenti għandhom jiżguraw li jitwettqu malajr kemm jista’ jkun investigazzjonijiet uffiċċjali biex jikkonfermaw jew jiċħdu l-preżenza ta’ dik il-marda.

Sakemm joħrog ir-riżultat ta’ dawn l-investigazzjonijiet, l-awtoritajiet kompetenti għandhom jordnaw:

- li l-merħla tiġi mqegħda taħt sorveljanza uffiċċjali;

- li jkun ipprojbit kull ċaqlieq lejn il-merħla jew barra minnha, sakemm ma jkunx awtorizzat mill-awtoritajiet kompetenti bil-għan li jsir qtil mingħajr dewmien. Madanakollu, fir-razzett, iċ-ċaqlieq ta’ l-ifrat kastrati jista’ jkun awtorizzat mill-awtoritajiet kompetenti wara li jiġu iżolati l-annimali suspettati, dejjem jekk l-annimali kastrati jittieħdu mal-kumplament tal-merħla li eventwalment trid tinqatel.

- l-iżolament mill-merħla ta’ l-annimali suspettati.

2. L-ordnijiet imsemmija fil-paragrafu 1 m’għandhomx jitneħħew sakemm tkun eskluża uffiċċjalment il-preżenza jew il-preżenza suspettata tal-brucellosis fil-merħla kkonċernata.

3. Meta f’merħla tkun ikkonfermata uffiċċjalment il-preżenza ta’ brucellosis, l-Istati Membri għandhom jadottaw il-miżuri neċessarji biex ma jħallux il-marda tkompli tinfirex u b’mod partikolari għandhom jiżguraw li:

- jiġi pprojbit kull ċaqlieq lejn il-merħla jew barra minnha, sakemm ma jkunx awtorizzat mill-awtoritajiet kompetenti bil-għan li jsir qtil mingħajr dewmien; madanakollu, fir-razzett, iċ-ċaqlieq tal-ifrat kastrati jista’ jkun awtorizzat mill-awtoritajiet kompetenti wara li l-annimali infettati kif ukoll dawk l-ifrat meqjusa mill-istess awtoritajiet bħala infettati, jiġu iżolati u mmarkati għall-qtil, dejjem jekk l-annimali kastrati jittieħdu fil-merħla għas-smin u eventwalment għall-biċċerija,

- jiġu iżolati mill-merħla l-annimali li jkunu uffiċċjalment ikkonfermati bħala annimali milquta mill-brucellosis, kif ukoll l-annimali li ġew infettati minnhom,

- suġġett għall-osservanza tat-termini ipprovduti f’Direttiva 64/432/KEE, u dawk tad-Direttiva 78/51/KEE tal-Kunsill tat-13 ta’ Diċembru 1977 li ttawwal ċerti miżuri ta’ derogi rigward il-brucellosis u tubercolosis mogħtija lid-Danimarka, l-Irlanda u r-Renju Unit [4], l-annimali għandhom jiġu eżaminati mingħajr dewmien għall-brucellosis,

- annimali li kienu uffiċċjalment ikkonfermati bħala annimali milquta mill-brucellosis, annimali li kienu eżaminati kif stipulat fit-tielet punt b’riżultati mhux favorevoli, u annimali li l-awtoritajiet kompetenti kkunsidrawhom bħala infettati jiġu iżolati u mmarkati sakemm jinqatlu kif imsemmi fl-Artikolu 7,

- ħalib minn baqar infettati jista’ jingħata biss lill-annimali ta’ l-istess razzett wara li dan ikun ittrattat tajjeb bis-sħana,

- mingħajr preġudizzju lejn dispożizzjonijiet nazzjonali dwar l-ikel, ħalib tal-baqar minn merħla nfettata, ma jistax jittieħed f’fabbrika tal-ħalib, jekk mhux biex jingħata trattament tajjeb bis-sħana,

- karkassa, nofs karkassa, kwart, biċċiet u fdalijiet ta’ annimali nfettati li jkunu ser jintużaw bħala għalf għall-annimali, għandhom jiġu ttrattati b’tali mod li tiġi evitata l-kontaminazzjoni,

- feti, għoġġiela mwielda mejta, għoġġiela li jkunu mietu wara t-twelid kawża ta’ brucellosis, jew placentae għandhom jintremew b’attenzjoni u jinqerdu immedjatament, jekk ma jkunux ser jigu eżaminati,

- tiben, skart jew materjal ieħor u sustanzi li jkunu ġew f’kuntatt mal-baqra, għoġol jew placenta infettati għandhom jinqerdu immedjatament, jew billi jinħarqu jew billi jinħaslu bid-diżinfettant u jindifnu,

- regolamenti uffiċċjali biex jiġu kkontrollati stabbilimenti bħal ma huwa mpjant għar-rimi ta’ karkassa, jiżguraw li ma jkunx hemm periklu li l-materjal prodott ikompli jifrex il-brucellosis,

- demel mill-kmamar tar-razzett jew bnadi oħra użati mill-annimali, għandu jinżamm f’post inaċċessibbli għall-annimali, u għandu jiġi ttrattat permezz ta’ diżinfettant tajjeb u jintrefa’ għal mill-anqas tliet ġimgħat. Jekk id-demel ikun mgħotti b’saff ta’ demel mhux infettat jew bil-ħamrija, ma jkunx hemm il-bzonn li jintuża diżinfettant. Skart likwidu mill-kmamar tar-razzett jew bnadi oħra użati mill-annimali għandu jiġi diżinfettat jekk dan ma jkunx inġabar mad-demel l-ieħor.

Artikolu 7

L-Istati Membri għandhom jassiguraw li wara li jsir eżami batterjoloġiku, patoloġiku u seroloġiku, annimali li fihom tkun uffiċċjalment ikkonfermata l-preżenza ta’ brucellosis, u annimali li skond l-awtoritajiet kompetenti huma nfettati, għandhom jinqatlu taħt superviżjoni uffiċċjali kemm jista’ jkun malajr u mhux aktar tard minn 30 jum wara li s-sid jew il-persuna responsabbli tiġi nfurmata uffiċċjalment bir-riżultati tat-testijiet u bl-obbligazzjoni tiegħu, taħt il-pjan ta’ qerda, biex joqtol l-ifrat kkonċernati fiż-żmien stipulat.

Artikolu 8

L-Istati Membri għandhom jiżguraw li:

1. wara l-qtil ta’ l-ifrat kif imsemmi fl-Artikolu 7, u qabel ma wieħed jerġa’ jibda jrabbi, il-kmamar tar-razzett u bnadi oħra fejn kien hemm il-merħla, u l-kontenituri kollha, l-apparat u l-oggetti oħra użati għall-annimali, jiġu mnaddfa u ddiżinfettati taħt superviżjoni uffiċċjali, skond l-istruzzjonijiet mogħtija mill-veterinarju uffiċċjali. L-użu mill-ġdid ta’ għelieqi li kellhom fihom dawn l-annimali ma jistax isir qabel ma jgħaddu 60 jum minn meta dawn jitneħħew mill-istess għelieqi. Madanakollu, fil-każ ta’ annimali kastrati, l-awtoritajiet kompetenti jistgħu jidderogaw minn din il-projibizzjoni, bil-kundizzjoni li dawn l-annimali jħallu dawn l-għelieqi għall-qatla biss jew inkella jintużaw minn merħla li tissemmen biex eventwalment tinqatel;

2. kull mezz ta’ trasport, kontenitur u apparat jiġu mnaddfa u ddiżinfettati, wara li jiġu ttrasportati annimali minn merħla infettata, jew materjal minn dawn l-annimali, jew materjal jew sustanzi li kienu f kuntatt ma’ dawn l-annimali. Wara li jintużaw, iridu jitnaddfu u jiġu ddiżinfettati ż-żoni minn fejn tgħabbew dawn l-annimali;

3. id-diżinfettant li għandu jintuża u l-elementi tiegħu għandhom ikunu awtorizzati uffiċċjalment mill-awtorità kompetenti ta’ l-Istat Membru kkonċernat.

Artikolu 9

L-Istati Membri għandhom jiżguraw li wara l-qtil ta’ l-ifrat kif imsemmi fl-Artikolu 7,

- bla preġudizzju lejn id-dispożizzjonijiet ta’ l-Artikolu 11, l-ebda annimal ta’ l-ifrat ma jista’ jħalli l-merħla kkonċernata jekk ma tkunx ingħatat awtorizzazzjoni mill-awtorità kompetenti bil-għan li jsir qtil mingħajr dewmien. Madanakollu, iċ-ċaqlieq ta’ l-annimali kastrati fir-razzett jista’ jiġi awtorizzat mill-awtoritajiet kompetenti, dejjem jekk l-annimali kastrati jittieħdu mal-merħla li eventwalment trid tinqatel,

- isiru testijiet ta’ brucellosis fuq il-merħla kkonċernata biex ikun ikkonfermat li l-marda ġiet eliminata,

- il-merħla ma terġax tilqa’ fiha annimali ġodda għat-tgħammir sakemm l-annimali li jkollhom aktar minn 12–il xahar fl-istess merħla, u li jkunu għadhom hemm għal dan il-għan, jgħaddu minn eżami seroloġiku għall-brucellosis wieħed, jew aktar. Madanakollu, fil-każ ta’ ifrat li jkunu ġew imlaqqma skond il-proviżjonijiet tad-Direttiva 64/432/KEE, dan l-eżami m’għandux għalfejn isir sakemm l-annimali jkollhom 18–il xahar.

Artikolu 10

L-Istati Membri għandhom jiżguraw li t-testijiet seroloġici uffiċċjali jsiru f’merħliet tat-tip B1 u tat-tip B2 sakemm dawn isiru tat-tip B3 jew tat-tip B4.

Artikolu 11

L-Istati Membri għandhom jiżguraw li:

(i) il-baqar kollha u l-barrin kollha li minn merħliet tat-tip B1 ikunu ser jittieħdu f’merħliet tat-tip B2:

- jekk ikollhom aktar minn 12–il xahar, ikunu għaddew minn test seroloġiku approvat uffiċċjalment fil-perjodu ta’ 30 jum qabel ma jsir iċ-ċaqlieq u jkunu akkumpanjati b’ċertifikat għal dawn il-fini minn veterinaju uffiċċjali,

- ikunu iżolati immedjatament mal-wasla tagħhom għal mill-anqas 60 jum u jekk ikollhom iktar minn 12–il xahar, ikunu għaddew minn test seroloġiku ieħor approvat uffiċċjalment qabel ma jiġu aċċettati f’merħla tat-tip B2;

(ii) il-baqar kollha u l-barrin kollha li minn merħla tat-tip B2 jkunu ser jittieħdu f’merħla oħra tat-tip B2:

- jekk ikollhom aktar minn 12–il xahar, ikunu għaddew minn test seroloġiku approvat uffiċċjalment fil-perjodu ta’ 30 jum qabel ma jsir iċ-ċaqlieq u jkunu akkumpanjati b’ċertifikat għal dawn il-fini minn veterinarju uffiċċjali,

- ma jiġux f’kuntatt, matul it-trasferiment, ma’ annimali minn merħliet ta’ stat ta’ saħħa agħar;

(iii) it-trasferiment ta’ annimali bejn merħliet tat-tip B3 u B4 isiru suġġett għall-osservanza tar-regolamenti msemmija f’Direttiva 64/432/KEE.

Artikolu 12

L-Istati Membri għandhom jassiguraw li:

- jittieħdu miżuri ta’ kontroll uffiċċjali li jipprevjenu milli merħla li minnha tkun diġà ġiet eliminata l-brucellosis, tiġi infettata mill-ġdid permezz ta’ sorsi oħra ta’ infezzjoni,

- iċ-ċaqlieq kollu ta’ ifrat fl-istess merħla u bejn merħliet oħra koperti bi pjan ta’ qerda, huwa suġġett għal moniteraġġ uffiċċjali,

- il-miżuri ta’ kontroll ta’ ċaqlieq msemmija fit-tieni punt jistgħu jiġu applikati mingħajr preġudizzju għall-miżuri eżistenti tal-Komunità dwar iċ-ċaqlieq lejn u l-barra minn merħliet li jkunu ħielsa mill-brucellosis u merħliet li jkunu uffiċċjalment ħielsa mill-brucellosis.

KAPITLU III Dispożizzjonijiet speċifiċi dwar it-tuberculosis fil-bovini

Artikolu 13

L-Istati Membri għandhom jiżguraw li taħt pjan ta’ qerda mgħaġġla tat-tuberculosis:

(a) il-preżenza jew is-suspett tal-preżenza tat-tuberculosis trid tiġi nnotifikata bilfors u b’mod immejdat lill-awtorità kompetenti;

(b) dawn li ġejjin huma pprojbiti:

(i) kull trattament terapewtiku jew desensitizing treatment għat-tuberculosis;

(ii) tilqim kontra t-tuberculosis.

Artikolu 14

1. Fejn merħla jkollha fiha annimal suspettat li għandu t-tuberculosis, l-awtoritajiet kompetenti għandhom jassiguraw li jitwettqu malajr kemm jista’ jkun investigazzjonijiet uffiċċjali biex tiġi kkonfermata jew miċħuda l-preżenza ta’ din il-marda.

Sakemm ikun magħruf ir-riżultat ta’ dawn l-investigazzjonijiet, l-awtoritajiet kompetenti għandhom jordnaw li:

- il-merħla titpoġġa taħt sorveljanza uffiċċjali,

- jkun ipprojbit kull ċaqlieq lejn jew barra mill-merħla, sakemm dan ma jkunx awtorizzat mill-awtoritajiet kompetenti bil-għan li jsir qtil mingħajr dewmien,

- l-annimali suspettati jiġu iżolati mill-merħla.

2. L-ordnijiet msemmija fil-paragrafu 1 ma jistgħux jitneħħew sakemm tiġi eliminata kompletament il-preżenza jew is-suspett tal-preżenza tat-tuberculosis fil-merħla kkonċernata.

3. Fejn il-preżenza tat-tuberculosis tkun ikkonfermata uffiċċjalment, l-Istati Membri għandhom jieħdu l-miżuri adattati biex ma jħallux il-marda tkompli tinfirex u b’mod partikolari għandhom jiżguraw li:

- ikun ipprojbit kull moviment lejn jew barra mill-merħla in kwistjoni sakemm dan ma jkunx awtorizzat mill-awtoritajiet kompetenti bil-għan li jsir qtil mingħajr dewmien,

- l-ifrat li jkunu ikkonfermati bħala morda bit-tuberculosis, u ifrat oħra li setgħu ġew infettati minnhom, jiġu iżolati mill-merħla,

- mingħajr dewmien l-ifrat jiġu eżaminati biex jiġi stabbilit jekk għandhomx il-marda tuberculosis,

- ifrat li jkunu kkonfermati uffiċċjalment bħala morda bit-tuberculosis, ifrat li gew eżaminati kif imsemmi fit-tielet punt b’riżultati mhux favorevoli, u ifrat kkunsidrati mill-awtoritajiet kompetenti bħala infettati jiġu iżolati u mmarkati sakemm isir il-qtil kif imsemmi fl-Artikolu 15,

- ħalib minn baqar infettati jista’ jingħata biss lill-annimali fl-istess razzett wara li dan ikun għadda minn trattament ta’ sħana,

- mingħajr preġudizzju għal dispożizzjonijiet nazzjonali dwar l-ikel, ħalib ta’ baqar li ġejjin minn merħla nfettata, ma jistax jiġi ttrasportat lejn fabbrika tal-ħalib, ħlief biex jingħata trattament adattat ta’ sħana,

- karkassa, nofs karkassa, kwart, biċċiet u fdalijiet ta’ ifrat intenzjonati biex jintużaw bħala għalf għall-annimali jiġu ttrattati b’tali mod li tiġi evitata l-kontaminazzjoni,

- regoli uffiċċjali għall-kontroll ta’ stabbilimenti, bħal impjanti għar-rimi tal-karkassi, jiżguraw li m’hemm l-ebda perikolu li l-materjal prodott ikompli jxerred it-tuberculosis,

- demel mill-kmamar tar-razzett jew bnadi oħra użati mill-annimali, għandu jinżamm f’post inaċċessibbli għall-annimali, u għandu jinħasel permezz ta’ diżinfettant tajjeb u merfugħ għal mill-anqas tliet ġimgħat. Jekk id-demel ikun mgħotti b’saff ta’ demel mhux infettat jew bil-ħamrija, ma jkunx hemm il-bżonn li jintuża diżinfettant. Jekk ma jinġabarx mad-demel l-ieħor, skart likwidu mill-kmamar tar-razzett jew bnadi oħra użati mill-annimali għandu jiġi ddiżinfettat.

Artikolu 15

L-Istati Membri għandhom jassiguraw li wara li jsir eżami batterjoloġiku, patoloġiku u eżami dwar tuberculosis, l-annimali li fihom tkun uffiċċjalment ikkonfermata l-preżenza ta’ tuberculosis, u l-annimali li skond l-awtoritajiet kompetenti huma infettati, għandhom jinqatlu taħt superviżjoni uffiċċjali kemm jista’ jkun malajr u mhux aktar tard minn 30 jum wara li s-sid jew il-persuna responsabbli tiġi nnotifikata uffiċċjalment bir-riżultati tat-testijiet u bl-obbligazzjoni tiegħu, taħt il-pjan ta’ qerda, li joqtol il-merħla kkonċernata fiż-żmien stipulat.

Madanakollu, f’każ ta’ annimali li jkunu ġew eżaminati għat-tuberculosis b’riżultati mhux favorevoli mingħajr ma urew sintomi kliniċi ta’ din il-marda, l-awtoritajiet kompetenti jistgħu jestendu l-perjodu msemmi fil-paragrafu ta’ hawn fuq għal mhux aktar minn tliet xhur,

- fil-każ ta’ baqar li huma mistennija jwelldu f’dan il-perjodu ta’ tliet xhur,

- fejn huma jordnaw il-qtil ta’ l-ifrat kollha f’merħla li tkun tikkonsisti f’aktar minn 20 ras f’reġjun li fih, għal raġunijiet tekniċi relatati mal-kobor tal-postijiet li fihom jinqatlu l-annimali, il-qtil ma jkunx jista’ jseħħ fi żmien 30 jum.

Artikolu 16

L-Istati Membri għandhom jassiguraw li:

1. wara l-qtil ta’ l-ifrat kif imsemmi fl-Artikolu 15 u qabel ma wieħed jerġa’ jibda jrabbi, il-kmamar tar-razzett u bnadi oħra fejn kien hemm il-merħla, u kull kontenitur, apparat u oġġett ieħor użati għall-annimali, jiġu mnaddfa u ddiżinfettati taħt superviżjoni uffiċċjali, skond l-istruzzjonijiet mogħtija mill-veterinarju uffiċċjali;

2. kull mezz ta’ trasport, kontenituri u apparat jiġu mnaddfa u ddiżinfettati, wara li jiġu ttrasportati minn merħla infettata annimali, jew materjal minn dawn l-annimali, jew materjal jew sustanzi li kienu f’kuntatt ma’ dawn l-annimali. Wara li jintużaw, iridu jitnaddfu u jiġu ddiżinfettati ż-żoni minn fejn tgħabbew dawn l-annimali;

3. id-diżinfettant li jintuża u l-elementi tiegħu jkunu awtorizzati uffiċċjalment mill-awtorità kompetenti ta’ l-Istat Membru kkonċernat.

Artikolu 17

L-Istati Membri għandhom jassiguraw li wara l-qtil ta’ l-ifrat kif imsemmi fl-Artikolu 15,

- mingħajr preġudizzju għad-dispożizzjonijiet ta’ l-Artikolu 19, l-ebda annimal ta’ l-ifrat ma jista’ jħalli l-merħla kkonċernata, sakemm ma tkunx ingħatat l-awtorizzazzjoni mill-awtorità kompetenti bil-għan li jseħħ il-qtil mingħajr dewmien,

- jitwettqu testijiet għat-tuberculosis fuq il-merħla kkonċernata biex jiġi kkonfermat li l-marda nqerdet,

- ma jinġibux ifrat ġodda fil-merħla sakemm isir eżami uffiċċjali wieħed tat-tuberculosis, jew aktar, fuq l-annimali li jkunu għadhom fil-merħla u li jkollhom aktar minn sitt ġimgħat.

Artikolu 18

L-Istati Membri għandhom jassiguraw li, taħt il-pjan għall-qerda tat-tuberculosis, jitwettaq eżami tat-tuberculosis msejjaħ intradermal, li jkun segwit b’mod uffiċċjali, fuq l-ifrat kollha li jkollhom aktar minn sitt ġimgħat u li jkunu jagħmlu parti minn merħliet tat-tip T1 u tat-tip T2, sakemm dawn jibdew jagħmlu parti minn merħla tat-tip T3.

Artikolu 19

L-Istati Membri għandhom jassiguraw li:

(i) kull annimal minn merħla tat-tip T1 u li jkun ser jintbagħat f’merħla tat-tip T2:

- jkun għadda minn eżami tat-tuberculosis msejjaħ intradermal, li jkun sar fil-perjodu ta’ 30 jum qabel iċ-ċaqlieq, u li jkun akkumpanjat b’ċertifikat għal dan il-fini magħmul mill-veterinarju uffiċċjali,

- mal-wasla tiegħu jkun iżolat immedjatament għal mill-anqas 60 jum u jkun għadda minn eżami tat-tuberculosis imsejjaħ intradermal ieħor qabel ma jitħalla jidħol fil-merħla l-ġdida;

(ii) kull annimal minn merħla tat-tip T2 li jkun ser jintbagħat f’merħla oħra tat-tip T2:

- għandu jkun għadda minn eżami tat-tuberculosis msejjaħ intradermal, li jkun sar fil-perjodu ta’ 30 jum qabel iċ-ċaqlieq, u jkun akkumpanjat b’ċertifikat dwar dan is-suġġett magħmul mill-veterinarju uffiċċjali,

- matul it-trasport tiegħu, ma jiġix f’kuntatt ma’ ifrat li jkunu ġejjin minn merħliet ta’ stat ta’ saħħa aktar baxx;

(iii) kull trasferiment ta’ ifrat bejn merħliet tat-tip T3 jiġi mwettaq suġġett għall-osservanza tar-regolamenti msemmija f’Direttiva 64/432/KEE.

Artikolu 20

L-Istati Membri għandhom jassiguraw li:

- jittieħdu miżuri uffiċċjali ta’ kontroll biex wieħed ma jħallix li merħla li minnha tkun ġiet eliminata t-tuberculosis, terġa’ tiġi nfettata minn sorsi oħra ta’ infezzjoni,

- kull moviment ta’ ifrat lejn u l-barra minn merħliet li jaqgħu taħt pjan ta’ qerda huma suġġett għal superviżjoni uffiċċjali,

- il-miżuri ta’ kontroll fuq il-movimenti msemmija taħt punt numru tnejn jistgħu japplikaw mingħajr preġudizzju għall-miżuri eżistenti tal-Komunità dwar il-moviment lejn u ’l barra minn merħliet li jkunu uffiċċjalment ħielsa mill-marda tat-tuberculosis.

KAPITLU IV Dispożizzjonijiet speċifici relatati ma’ enzootic bovine leukosis

Artikolu 21

Sakemm jidħlu fis-seħħ ir-regoli tal-Komunità, u mingħajr preġudizzju għall-Artikolu 4, subparagrafu tlieta tad-Direttiva 77/391/KEE, għandhom japplikaw id-dispożizzjonijiet nazzjonali dwar is-sejba ta’ leukosis u dwar il-klassifikazzjoni ta’ merħliet rigward il-leukosis.

Artikolu 22

L-Istati Membri għandhom jassiguraw, li taħt il-pjan ta’ qerda tal-leukosis,

(a) il-presenza jew is-suspett tal-presenza tal-leukosis, b’mod partikolari tumur tal-lympathic system u organi oħra ta’ l-ifrat, trid tiġi bil-fors u immedjatament innotifikata lill-awtorità kompetenti;

(b) trattament terapewtiku jew tilqim kontra l-leukosis ta’ kwalunkwe tip huwa pprojbit.

Artikolu 23

Minkejja kull miżura adottata aktar kmieni fid-dispożizzjonijiet nazzjonali f’każ ta’ suspett ta’ leukosis, meta l-presenza ta’ leukosis tkun uffiċċjalment ikkonfermata f’merħla, l-Istati Membri għandhom jieħdu l-miżuri neċessarji biex ma jħallux il-marda tkompli tinfirex, u b’mod partikolari għandhom jassiguraw illi:

- kull ċaqlieq ta’ annimali minn din il-merħla huwa pprojbit, sakemm ma jkunx awtorizzat mill-awtoritajiet kompetenti biex isir il-qtil mingħajr dewmien,

- il-merħla in kwistjoni tiġi iżolata biex l-ifrat ma jkunux jistgħu jiġu f’kuntatt ma’ ifrat li ma jagħmlux parti minn din il-merħla,

- ħalib minn baqar infettati jista’ jingħata għax-xorb lill-annimali wara trattament tajjeb bis-sħana jew wara li jkun ittieħed f’fabbrika tal-ħalib biex jingħata trattament simili; l-għoti ta’ ħalib għax-xorb lill-annimali mingħajr trattament tas-sħana jista’ jiġi awtorizzat f’każ ta’ merħliet fejn l-annimali kollha jkunu ser jinqatlu skond l-Artikolu 24, punt numru 1,

- karkassa, nofs karkassa, kwart, biċċiet u fdalijiet ta’ annimali infettati intenzjonati għall-użu bħala għalf għall-annimali jiġu ppreparati b tali mod li tiġi evitata l-kontaminazzjoni,

- r-regoli uffiċċjali għall-kontroll ta’ stabbilimenti, bħall-impjanti għar-rimi tal-karkassi, jiżguraw li m’hemm l-ebda periklu li l-materjal prodott jifrex il-leukosis,

- il-bidwi jinforma lill-veterinarju uffiċċjali bil-mewt jew bil-qtil ta’ emerġenza ta’ kwalunkwe annimal ta’ l-ifrat fir-razzett tiegħu.

Artikolu 24

L-Istati Membri għandhom jassiguraw li, skond il-mod kif tqassam il-pjan ta’ qerda,

1. fejn pjan simili jipprovdi għall-qtil ta’ l-ifrat kollha li jkunu jagħmlu parti minn merħla li fiha ġiet stabbilita l-leukosis, dawn l-annimali jinqatlu f’perjodu li jiġi definit mill-awtoritajiet kompetenti;

2. fejn pjan simili jipprovdi biss għall-qtil ta’ dawk l-ifrat li fihom tkun stabbilita b’mod uffiċċjali l-leukosis u possibilment dawk li huma kkunsidrati mill-awtoritajiet kompetenti bħala infettati, dan il-qtil iseħħ f’perjodu ta’ 30 jum wara li s-sid tagħhom jew il-persuna responsabbli tiġi uffiċċjalment infurmata bir-riżultat ta’ l-eżamijiet u bl-obligazzjoni tiegħu, skond il-pjan ta’ qerda, li joqtol l-ifrat kkonċernati f’dan il-perjodu.

Artikolu 25

L-Istati Membri għandhom jassiguraw li, f’każ ta’ qtil skond l-Artikolu 24, punt numru 2,

- l-ebda annimal ma jista’ jħalli l-merħla kkonċernata sakemm ma tkunx ingħatat awtorizzazzjoni mill-awtoritajiet kompetenti bil-għan li jsir il-qtil mingħajr dewmien,

- eżamijiet tal-leukosis jitwettqu fuq il-merħla kkonċernata biex jikkonfermaw li l-marda ġiet eliminata,

- biex terġa’ titkabbar il-merħla mill-ġdid jistgħu jintużaw biss dawk l-annimali minn merħliet ikkunsidrati mill-awtoritajiet kompetenti bħala li m’ humiex infettati bil-leukosis.

Artikolu 26

L-Istati Membri għandhom jassiguraw li:

1. wara l-qtil ta’ l-ifrat msemmi fl-Artikolu 24 u qabel ma wieħed jerġa’ jibda jrabbi, il-kmamar tar-razzett u bnadi oħra fejn kien hemm il-merħla, u kull kontenitur, apparat u oġġett ieħor użat għall-annimali, jiġu mnaddfa u ddiżinfettati taħt superviżjoni uffiċċjali, skond l-istruzzjonijiet mogħtija mill-veterinarju uffiċċjali;

2. kull mezz ta’ trasport, kontenituri u apparat jiġu mnaddfa u ddiżinfettati, wara t-trasport ta’ annimali nfettati, jew materjal minn dawn l-annimali, jew materjal jew sustanzi li kienu f’kuntatt ma’ dawn l-annimali. Wara li jintużaw, iridu jitnaddfu u jiġu ddiżinfettati ż-żoni minn fejn tgħabbew dawn l-annimali;

3. d-diżinfettant li jintuża u l-elementi tiegħu jkunu awtorizzati uffiċċjalment mill-awtorità kompetenti ta’ l-Istat Membru kkonċernat.

Artikolu 27

L-Istati Membri għandhom jassiguraw li l-ifrat minn merħla kklassifikata bħala mhux suspetta ma jiġux f’kuntatt ma’ ifrat minn merħliet li m’humiex ikklassifikati b’dan il-mod.

KAPITLU V Dispożizzjonijiet finali

Artikolu 28

Qabel ma jgħaddi l-perjodu ta’ tliet snin imsemmi f’Direttiva 77/391/KEE, il-Kummissjoni trid tissottometti rapport quddiem il-Kunsill dwar l-applikazzjoni tal-pjani msemmija f’dik id-Direttiva, akkumpanjat, jekk hemm bżonn, bi proposti biex ikun hemm aktar armonija bejn il-miżuri preventivi nazzjonali.

Artikolu 29

1. Id-Direttiva 77/391/KEE għandha tidħol fis-seħħ fl-1 ta’ Jannar 1978.

2. L-Istati Membri għandhom idaħħlu fis-seħħ il-liġijiet, regolamenti u dispożizzjonijiet amministrattivi neċessarji għall-implimentazzjoni tal-pjani nazzjonali għall-qerda mgħaġġla adottata skond l-Artikolu 9(2) tad-Direttiva 77/391/KEE, fid-data msemmija mill-Kummissjoni fid-Deċiżjoni tagħha li tapprova l-pjani, u l-pjani approvati matul l-1978, mhux aktar tard mill-31 ta’ Diċembru 1978.

3. Il-perjodu ta’ implimentazzjoni ta’ tliet snin imsemmi fl-Artikolu 6(1) tad-Direttiva 77/391/KEE għandu jibda jgħaddi għal kull Stat Membru, mid-data msemmija mill-Kummissjoni skond paragrafu 2. Madanakollu, il-finanzi tal-Komunità għandhom f’kull każ ikunu ristretti għal qtil imwettaq qabel l-1 ta’ Jannar 1982.

4. Il-Kunsill, jaħdem b’mod unanimu fuq proposta tal-Kummissjoni, jista’, meta l-implimentazzjoni tal-pjan dwar id-data msemmija tkun tolqot ċerti diffikultajiet konsiderevoli f’uħud mill-Istati Membri, għal dawn il-pajjiżi, jipposponi d-dati speċifikati f’paragrafi 2 u 3 b’mhux aktar minn sena.

Artikolu 30

Din id-Direttiva hija indirizzata lill-Istati Membri.

Magħmula fi Brussel, fit-13 ta’ Diċembru 1977.

Għall-Kunsill

Il-President

A. Humblet

[1] ĠU L 145, tat-13.6.1977, p. 44.

[2] ĠU C 121, tad-29.7.1964, p. 1977/64.

[3] ĠU L 26, tal-31.1.1977, p. 81.

[4] ĠU L 15, tad-19.1.1978, p. 32.

--------------------------------------------------

Top