Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 31975R2777

    Ir-Regolament (KEE) Nru 2777/75 tal-Kunsill tad-29 ta’ Ottubru 1975 dwar l-organizzazzjoni komuni fis-suq tal-laħam tat-tjur

    ĠU L 282, 1.11.1975, p. 77–83 (DA, DE, EN, FR, IT, NL)

    Dan id-dokument ġie ppubblikat f’edizzjoni(jiet) speċjali (EL, ES, PT, FI, SV, CS, ET, LV, LT, HU, MT, PL, SK, SL, BG, RO)

    Legal status of the document No longer in force, Date of end of validity: 30/06/2008; Imħassar b' 32007R1234

    ELI: http://data.europa.eu/eli/reg/1975/2777/oj

    31975R2777



    Official Journal L 282 , 01/11/1975 P. 0077 - 0083
    Finnish special edition: Chapter 3 Volume 6 P. 0213
    Greek special edition: Chapter 03 Volume 14 P. 0071
    Swedish special edition: Chapter 3 Volume 6 P. 0213
    Spanish special edition: Chapter 03 Volume 9 P. 0151
    Portuguese special edition Chapter 03 Volume 9 P. 0151


    Ir-Regolament (KEE) Nru 2777/75 Tal-Kunsill

    tad-29 ta’ Ottubru 1975

    dwar l-organizzazzjoni komuni fis-suq tal-laħam tat-tjur

    IL-KUNSILL TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ,

    Wara li kkunsidra t-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ekonomika Ewropea, u b’mod partikolari l-Artikoli 42 u 43 tiegħu,

    Wara li kkunsidra l-proposta mill-Kummissjoni,

    Wara li kkunsidra l-Opinjoni tal-Parlament Ewropew [1],

    Billi mill-adozzjoni tagħhom id-dispożizzjonijiet bażiċi li jikkonċernaw l-organizzazzjoni tas-suq tal-laħam tat-tjur ġew emendati diversi drabi; billi, għar-raġuni tan-numru tagħhom, il-kumplessità tagħhom u t-tixrid tagħhom fost id-diversi Ġurnali Uffiċjali, it-testi rilevanti huma diffiċli biex wieħed jużahom u għalhekk tonqoshom iċ-ċarezza li għandha tkun fattur essenzjali tal-leġislazzjoni kollha; billi għandhom għalhekk jiġu kkonsolidati f’test singolu;

    Billi l-operazzjoni u l-iżvilupp tas-suq komuni fi prodotti agrikoli għandhom jiġu akkumpanjati bl-istabbiliment ta’ politika agrikola komuni sabiex jinkludu b’mod partikolari organizzazzjoni komuni tas-swieq agrikoli, li tista’ tieħu varji forom jiddependi fuq il-prodott;

    Billi l-mira tal-politika agrikola komuni hi li jintlaħħqu l-objettivi stabbiliti fl-Artikolu 39 tat-Trattat; billi, fis-settur tal-laħam tat-tjur, sabiex jiġu stabilizzati s-swieq u sabiex jiġi assigurat livell tal-ħajja ġust għall-Komunità agrikola kkonċernata, għandha ssir dispożizzjoni għal miżuri biex jiffaċilitaw l-aġġustament ta’ provvista għall-ħtiġiet tas-suq;

    Billi l-ħolqien ta’ suq wieħed għall-laħam tat-tjur jinvolvi l-introduzzjoni ta’ sistema singola ta’ kummerċ fil-fruntieri esterni tal-Komunità, din is-sistema għandha tinkludi imposti u rifużjonijiet fuq l-esportazzjoni;

    Billi sabiex jintlaħaq dan l-iskop għandu bħala regola ġenerali jkun biżżejjed li jiġu introdotti fir-rigward ta’ importazzjonijiet minn pajjiżi terzi imposti li jieħdu kont ta’ l-inċidenza fuq l-ispejjeż ta’ l-għalf tad-differenza bejn il-prezzijiet għal żerriegħa ta’ l-għalf fil-Komunità u fis-suq dinji, u tal-bżonn li l-industrija ta’ l-ipproċessar Komunitarja tiġi protetta;

    Billi huwa neċessarju li jiġu evitati disturbi fis-suq Komunitarju kkawżati minn offerti magħmula fis-suq dinji bi prezzijiet baxxi b’mod anormali; billi għal dan l-iskop prezzijiet għatba għandhom jiġu ffissati u imposti għandhom jiżdiedu b’ammont addizzjonali meta prezzijiet ta’ offerta free at frontier huma iktar baxxi minn dawk il-prezzijiet;

    Billi dispożizzjoni għal rifużjoni fuq esportazzjonijiet lejn pajjiżi terzi ugwali għad-differenza bejn il-prezzijiet fil-Komunità u fis-suq dinji kienu jservu biex jissalvagwardaw il-parteċipazzjoni Komunitarja f’kummerċ internazzjonali fil-laħam tat-tjur; billi, sabiex esportaturi Komunitarji jingħataw ċertu ammont ta’ sigurtà fir-rigward ta’ l-istabbilità ta’ rifużjonijiet, għandha ssir dispożizzjoni sabiex ir-rifużjonijiet fuq il-laħam tat-tjur ikunu jistgħu jiġu ffissati bil-quddiem;

    Billi, flimkien mas-sistema deskritta hawn fuq, għandha ssir dispożizzjoni għall-projbizzjoni kompletament jew parzjalment, meta s-sitwazzjoni fis-suq teħtieġ hekk, ta’ l-użu ta’ arranġamenti ta’ pproċessar ’il ġewwa;

    Billi s-sistema ta’ l-imposti tippermetti li wieħed jiddisponi mill-miżuri protettivi l-oħrajn kollha fil-fruntieri esterni tal-Komunità; billi, madankollu, il-makkinarju ta’ l-imposti jista’, f’ċirkostanzi eċċezzjonali, jkun difettuż; billi, f’dawn il-każijiet, sabiex is-suq Komunitarju ma jitħalliex mingħajr difiżi kontra disturbi li jistgħu jinħolqu minn hemm wara li jkunu tneħħew il-barrieri fuq l-importazzjoni li jkunu eżistu preċedentement, il-Komunità għandha tkun tista’ tieħu l-miżuri kollha neċessarji mingħajr dewmien;

    Billi restrizzjonijiet fuq ċirkolazzjoni libera li jirriżultaw mill-applikazzjoni ta’ miżuri maħsuba biex jipprevienu t-tixrid ta’ mard ta’ l-annimali jistgħu jikkawżaw diffikultajiet fis-suq ta’ Stat Membru wieħed jew iktar; billi huwa neċessarju li jsir dispożizzjoni għall-adozzjoni ta’ miżuri eċċezzjonali ta’ sostenn ta’ suq sabiex tiġi rrimedjata din is-sitwazzjoni;

    Billi, sabiex tiġi iffaċilitata l-implimentazzjoni tal-miżuri proposti, għandha tkun ipprovduta proċedura għall-istabbiliment ta’ kooperazzjoni mill-qrib bejn l-Istati Membri u l-Kummissjoni f’Kumitat Amminstrattiv;

    Billi, l-istabbiliment ta’ suq wieħed kien ikun ipperikolat mill-għoti ta’ ċerti għajnuniet; billi, għalhekk, id-dispożizzjonijiet tat-Trattat li jippermettu l-istima ta’ għajnuniet mogħtija mill-Istati Membri u l-projbizzjoni ta’ dawk li huma inkompatibbli mas-suq komuni għandhom isiru japplikaw għall-laħam tat-tjur;

    Billi l-organizzazzjoni komuni tas-suq tal-laħam tat-tjur għandha tieħu inkonsiderazzjoni, b’mod approprjat u fl-istess ħin, l-objettivi stabbiliti fl-Artikoli 39 u 110 tat-Trattat;

    Billi l-ammont li ntefaq mill-Istati Membri bħala riżultat ta’ l-obbligi li joħorġu mill-applikazzjoni ta’ dan ir-Regolament jaqa’ fuq il-Kummissjoni skond id-dispożizzjonijiet ta’ l-Artikoli 2 u 3 tar-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 729/70 [2] tal-21 ta’ April 1970 dwar l-iffinanzjar tal-politika agrikola komuni, kif emendat bir-Regolament (KEE) Nru 1566/72 [3],

    ADOTTA DAN IR-REGOLAMENT:

    L-Artikolu 1

    1. L-organizzazzjoni komuni tas-suq tal-laħam tat-tjur għandha tkopri l-prodotti li ġejjin:

    Intestatura CCT Nru | Deskrizzjoni tal-merkanzija |

    (a)01.05 | Tjur, ħajjen, jiġifieri, għasafar, papri, wizzi, dundjani u guinea fowls |

    (b)02.02 | Tjur mejta, (jiġifieri, għasafar, papri, wiżżi, dundjani u guinea fowls) u interjuri li jittieklu tagħhom (ħlief fwied) kiesħa imkessħa jew iffriżati |

    (ċ)02.03 | Fwied tat tjur, kiesħa, imkessħa, iffriżat, immellaħ, jew fis-salmura |

    (d)02.05 Ċ | Xaħam tat tjur (mhux iproċessat jew bis-solvent estratt) frisk, imkessħa, iffriżat, immellaħ, fis-salmura, imnixxef jew iffumigat |

    (e)15.01 B | Xaħam tat tjur ipproċessat jew bis-solvent estratt |

    (f)16.02 B I | Laħam tat-tjur jew interjuri tat-tjur oħrajn ippreparati jew ippreservati. |

    2. Għall-iskopijiet ta’ dan ir-Regolament:

    (a) "tjur ħajjin" ifisser għasafar, papri, wiżż, dundjani u guinea fowls ħajjin li jiżnu kull wieħed iżjed minn 185 gramma;

    (b) "flieles" ifisser għasafar, papri, wiżż, dundjani u guinea fowls ħajjin, li kull wieħed ma jiżinx iktar minn 185 gramma;

    (ċ) "tjur maqtula" ifisser għasafar, wiżż, dundjani u guinea fowls mejtin , sħaħ, bl-interjuri jew mingħajrhom;

    (d) "prodotti derivati" jfissru dan li ġej:

    1. prodotti speċifikati fil-paragrafu 1(a), esklużi l-flieles,

    2. prodotti speċifikati fil-paragrafu 1(b), esklużi tjur maqtula u interjuri li jittieklu, magħrufa bħala "qatgħat tat-tjur",

    3. interjuri li jittieklu speċifikati fil-paragraph 1(b),

    4. prodotti speċifikati fil-paragrafu 1(ċ),

    5. prodotti speċifikati fil-paragrafu 1(d) u (e),

    6. prodotti speċifikati fil-paragrafu 1 (f);

    (e) "kwart" ifisser perjodu ta’ tliet xhur li jibda fl-1 ta’ Frar, l-1 ta’ Mejju, l-1 ta’Awissu jew l-1 ta’ Novembru.

    L-Artikolu 2

    1. Sabiex tiġi inkoraġġita azzjoni permezz ta’ organizzazzjonijiet tan-negozju u organizzazzjonijiet tan-negozju konġunt biex jiġi ffaċilitat l-aġġustament ta’ fornitura għall-ħtiġiet tas-suq, bl-eċċezzjoni ta’ azzjoni li għandha x’taqsam ma’ l-irtirar mis-suq, il-miżuri Komunitarji li ġejjin jistgħu jittieħdu fir-rigward tal-prodotti speċifikati fl-Artikolu 1(1):

    - miżuri biex jippromwovu organizzazzjoni aħjar tal-produzzjoni, ta’ l-ipproċessar u tat-tqegħid fis-suq,

    - miżuri li jtejbu l-kwalità,

    - miżuri li jippermettu l-istabbiliment ta’ tbassir għal żmien qasir u għal żmien twil abbażi tal-mezz ta’ produzzjoni użat,

    - miżuri biex jiffaċilitaw ir-reġistrazzjoni ta’ xejriet fil-prezz tas-suq.

    Regoli ġenerali li jikkonċernaw dawn il-miżuri għandhom jiġu adotatti skond il-proċedura stabbilita fl-Artikolu 43(2) tat-Trattat.

    2. Standards tat-tqegħid fis-suq:

    - għandhom jiġu addottati għal prodott wieħed jew iktar speċifikat fl-Artikolu 1(b),

    - jistgħu jiġu adotatti għall-prodotti speċifikati fl-Artikolu 1(1)(a), (ċ), (d), (e) u (f).

    Dawn l-istandards jistgħu jirrelataw b’mod partikolari għall-klassifika skond il-kwalità u l-piż, l-imballaġġ, il-ħażna, it-trasport, il-preżentazzjoni u t-tqegħid fis-suq.

    L-Istandards , il-qasam ta’ applikazzjoni tagħhom u r-regoli ġenerali għall-applikazzjoni tagħhom għandhom jiġu adotatti mill-Kunsill, waqt li jaġixxi b’maġġoranza kkwalifikata fuq proposta mill-Kummissjoni.

    L-Artikolu 3

    Imposta, ffissatat bil-quddiem għal kull kwart skond il-proċedura stabbilita fl-Artikolu 17, għandha tintalab fuq l-importazzjonijeit fil-Komunità tal-prodotti speċifikati fl-Artikolu 1(1).

    L-Artikolu 4

    1. L-imposta fuq tjur maqtula għandha tkun komposta minn:

    (a) komponent wieħed ugwali għad-differenza bejn il-prezzijiet fil-Komunità u fis-suq dinji għal kwantità ta’ żerriegħa ta’ l-għalf, varjata skond it-tip ta’ tajr, li hi meħtieġa għall-produzzjoni fil-Komunità ta’ kilogramma waħda ta’ tjur maqtula.

    Il-prezzijiet għaż-żerriegħa ta’ l-għalf fil-Komunità għandhom jiġu ddeterminati darba fis-sena għal perjodu ta’ 12-il xahar li jibda fl-1 ta’ Awwissu, fuq il-bażi tal-prezzijiet ta’ l-għatba għal din iż-żerriegħa u ż-żieda fix-xahar tagħhom.

    Il-prezzijiet għaż-żerriegħa ta’ l-għalf fis-suq dinji għandhom jiġu ddeterminati kull kwart abbażi tal-prezzijiet għal din iż-żerriegħa għas-sitt xhur li jippreċiedu l-kwart li tulu l-komponent imsemmi huwa kkalkolat.

    Madankollu, meta l-imposti applikabbli mill-1 ta’ Novembru, l-1 ta’ Frar u l-1 ta’ Mejju ikunu qegħdin jiġu ffissati, ix-xejriet fil-prezzijiet tas-suq dinji għaż-żerriegħa ta’ l-għalf għandhom jitqiesu biss jekk f’dak iż-żmien prezz ġdid sluice ikun qed jiġi ffissat.

    (b) komponent ugwali għal 7 % tal-medja tal-prezzijiet sluice-gate li jirregolaw għall-erba’ kwarti li jippreċiedu l-1 ta’ Mejju ta’ kull sena.

    Dan il-komponent għandu jiġi kkalkolat darba fis-sena għal perjodu ta’ 12-il xahar li jibda fl-1 ta’ Awwissu.

    2. L-imposta fuq il-flieles għandha tiġi kkalkolata bl-istess mod bħall-imposta fuq tjur maqtula. Madankollu, il-kwantità ta’ żerriegħa ta’ l-għalf li għandha tiġi użata għandha tkun dik meħtieġa għall-produzzjoni fil-Komunità ta’ fellus wieħed; il-prezz għatba għandu jkun dak applikabbli għall-flieles.

    3. Il-Kunsill, waqt li jaġixxi b’maġġoranza kkwalifikata fuq proposta mill-Kummissjoni, għandu:

    - jistabbilixxi l-kwantità ta’ żerriegħa ta’ l-għalf, varjata skond it-tip ta’ tjur, li hi meħtieġa għall-produzzjoni ta’ kilogramma waħda ta’ tjur maqtula u l-kwantità ta’ żerriegħa ta’ l-għalf meħtieġa għall-produzzjoni ta’ fellus wieħed, u l-perċentwali taż-żerriegħa varja ta’ l-għalf inkluża f’dawn il-kwantitajiet,

    - jadotta regoli għall-applikazzjoni ta’ dan l-Artikolu.

    L-Artikolu 5

    1. Fir-rigward tal-prodotti speċifikati fl-Artikolu 1(2)(d), l-imposta għandha tinkiseb mill-imposta fuq tjur maqtula, abbażi tal-proporzjon tal-piż ta’ dawn il-prodotti varji għal tjur maqtula u, meta neċessarju, tal-proporzjon medju bejn il-valuri tas-suq.

    2. B’deroga mid-dispożizzjonijiet tal-paragrafu 1, għal prodotti li jaqgħu fl-intestatura tat-Tariffa Doganali Komuni Nri 02.03, 15.01B u 16.02BI li fir-rigward tagħha r-rata tad-dazju kienet limitata fil-GATT, l-imposti għandhom jiġu limitati għall-ammont li jirriżulta minn dak l-irbit.

    3. Il-koeffiċjenti li jesprimu l-proporzjonijiet imsemmija fil-paragrafu 1 għandhom jiġu ffissati skond il-proċedura stabbilita fl-Artikolu 17. L-informazzjoni użata fl-iffissar tal-koeffiċjenti għandha tiġi kkunsidrata għal darb’oħra mill-inqas darba fis-sena.

    L-Artikolu 6

    Meta tiġi rreġistrata żieda sostanzjali fil-prezz tas-suq Komunitarju u din is-sitwazzjoni x’aktarx tibqa’ sejra, bil-konsegwenza li tiddisturba jew thedded li tiddisturba s-suq, il-miżuri neċessarji jistgħu jittieħdu.

    Il-Kunsill, waqt li jaġixxi b’maġġoranza kkwalifikata fuq proposta mill-Kummissjoni, għandu jadotta regoli ġenerali għall-applikazzjoni ta’ dan l-Artikolu.

    L-Artikolu 7

    1. Il-prezzijiet sluice gate għandhom jiġu ffissati bil-quddiem għal kull kwart skond il-proċedura stabbilita fl-Artikolu 17.

    2. Il-prezz sluice gate għal tjur maqtula għandu jkun magħmul minn:

    (a) ammont ugwali għall-prezz fis-suq dinji għall-kwantità ta’ żerriegħa ta’ l-għalf, varjata skond it-tip ta’ tjur, li hi meħtieġa għall-produzzjoni f’pajjiżi terzi ta’ kilogramma waħda ta’ tjur maqtula;

    (b) ammont standard li jirrapreżenta spejjeż oħrajn ta’ l-għalf u spejjeż overhead ta’ produzzjoni u tqegħid fis-suq, varjat skond it-tip ta’ tjur.

    Il-prezz għall-kwantità ta’ żerriegħa ta’ l-għalf fis-suq dinji għandu jiġi ddeterminat kull kwart abbażi tal-prezzijiet għal din iż-żerriegħa għas-sitt xhur li jippreċiedu l-kwart li fih il-prezz sluice gate hu ffissat.

    Madankollu, meta l-prezz sluice gate applikabbli mill-1 ta’ Novembru, l-1 ta’ Frar u l-1 ta’ Mejju jkun qed jiġi ffissat, ix-xejriet fil-prezzijiet dinjija tas-suq għaż-żerriegħa ta’ l-għalf għandhom jitqiesu biss jekk il-prezz tal-kwantità ta’ żerriegħa ta’ l-għalf juri varjazzjoni minima minn dak użat fil-kalkolu tal-prezz sluice gate għall-kwart preċedenti. L-informazzjoni użata fl-iffissar ta’ l-ammont standardimsemmi f’(b) għandu jiġi kkunsidrat għal darb’oħra mill-inqas darba fis-sena.

    3. Il-prezz sluice gate għal flieles għandu jiġi kkalkulat bl-istess mod bħall-prezz sluice gate għal tjur maqtula; madankollu, il-prezz għall-kwantità ta’ żerriegħa ta’ l-għalf fis-suq dinji għandu jkun il-prezz għall-kwantità meħtieġa għall-produzzjoni f’pajjiżi terzi ta’ fellus wieħed u l-ammont standard għandu jkun l-ammont li jirrapreżenta spejjeż oħrajn ta’ l-għalf u spejjeż overhead tal-produzzjoni u t-tqegħid fis-suq fir-rigward ta’ fellus wieħed. Il-kwantità ta’ żerriegħa ta’ l-għalf u l-ammont standardm’għandhomx jiġu varjati skond it-tip.

    4. Fir-rigward tal-prodotti speċifikati fl-Artikolu 1(2)(d), il-prezzijiet sluice gate għandhom jiġu derivati mill-prezz sluice gate għal tjur maqtula abbażi tal-koeffiċjenti ffissati għal dawn il-prodotti taħt l-Artikolu 5(3).

    5. Il-Kunsill, waqt li jaġixxi b’maġġoranza kkwalifikata fuq proposta mill-Kumissjoni, għandu jadotta regoli għall-applikazzjoni ta’ dan l-Artikolu.

    L-Artikolu 8

    1. Meta l-prezz offerta free-at-frontier jaqa’ taħt il-prezz sluice gate, l-imposta fuq dak il-prodott għandha tiżdied b’ammont addizzjonali ugwali għad-differenza bejn il-prezz sluice gate u l-prezz ta’ offerta free-at-frontier.

    2. Madankollu, l-imposta m’għandhiex tiżdied b’dan l-ammont addizzjonali fir-rigward ta’ pajjiżi terzi li huma ppreparati u fil-pożizzjoni li jiggarantixxu li l-prezz għall-importazzjonijiet fil-Komunità ta’ prodotti li joriġinaw fil- u li ġejjin mit-territorju tagħhom ma jkunx inqas mill-prezz sluice gate għall-prodott inkwistjoni u li kull diflezzjoni tan-negozju tiġi evitata.

    3. Il-prezz free-at-frontier għandu jiġi ddeterminat għall-importazzjonijiet kollha mill-pajjiżi terzi kollha.

    Madankollu, jekk l-esportazzjonijiet minnpajjiż terz wieħed jew iktar huma effetwati bi prezzijiet baxxi b’mod anormali, iktar baxxi mill-prezzijiet li jirregolaw f’pajjiżi terzi oħrajn, prezz ieħor ta’ offerta free-at-frontier għandu jiġi stabbilit għal esportazzjonijiet minn dawn il-pajjiżi l-oħrajn.

    4. Regoli dettaljati għall-applikazzjoni ta’ dan l-Artikolu għandhom jiġu adotatti skond il-proċedura stabbilita fl-Artikolu 17.

    Meta jkunu meħtieġa ammonti addizzjonali dawn għandhom jiġu ffissati skond l-istess proċedura.

    L-Artikolu 9

    1. Sakemm ikun neċessarju li l-prodotti speċifikati fl-Artikolu 1(1) ikunu jistgħu jiġu esportati, abbażi tal-prezzijiet għal dawk il-prodotti fis-suq dinji, id-differenza bejn dawk il-prezzijiet u l-prezzijiet fil-Komunità tista’ tiġi koperta b’rifużjoni fuq l-esportazzjoni.

    2. Ir-rifużjoni għandha tkun l-istess għall-Komunità kollha. Tista’ tiġi varjata skond l-użu jew id-destinazzjoni.

    Ir-rifużjoni għandha tingħata fuq applikazzjoni mill-parti kkonċernata.

    Meta r-rifużjoni tkun qed tiġi ffissata għandu jittieħed kont partikolari tal-bżonn li jiġi stabbilit bilanċ bejn l-użu ta’ prodotti bażiċi Komunitarji fil-fabbrikazzjoni ta’ merkanzija pproċessata għall-esportazzjoni għal pajjiżi terzi u l-użu ta’ prodotti ta’ pajjiżi terzi miġjub taħt arranġamenti ta’ pproċessar ’il ġewwa.

    Il-Kunsill, waqt li jaġixxi b’maġġoranza kkwalifikata fuq proposta mill-kummissjoni, għandu jadotta regoli ġenerali għall-għoti u l-iffissar bil-quddiem ta’ rifużjonijiet fuq l-esportazzjoni u kriterji għall-iffissar ta’ l-ammont tagħhom.

    Ir-rifużjonijiet għandhom jiġu ffissati f’intervalli regolari skond il-proċedura stabbilita fl-Artikolu 17. Meta neċessarju il-Kummissjoni tista’, fuq it-talba ta’ Stat Membru jew fuq l-inizjattiva proprja, taltera r-rifużjonijiet fil-perjodu intervenenti.

    3. Regoli dettaljati għall-applikazzjoni ta’ dan l-Artikolu għandhom jiġu adottati skond il-proċedura stabbilita fl-Artikolu 17.

    L-Artikolu 10

    Sakemm ikun neċessarju għall-operazzjoni tajba ta’ l-organizzazzjoni komuni tas-suq fil-laħam tat-tjur, il-Kunsill, waqt li jaġixxi b’maġġoranza kkwalifikata fuq proposta mill-Kummissjoni, jista’ jipprojbixxi, kompletament jew inparti, l-użu ta’ arranġamenti ta’ pproċessar ’il ġewwa fir-rigward ta’ prodotti speċifikati fl-Artikolu 1(1), li huma maħsuba għall-fabbrikazzjoni ta’ prodotti speċifikati f’dak il-paragrafu.

    L-Artikolu 11

    1. Ir-regoli ġenerali għall-interpretazzjoni tat-Tariffa Doganali Komuni u r-regoli speċjali għall-applikazzjoni tagħha għandhom japplikaw għall-klassifika tariffarja ta’ prodotti koperti b’dan ir-Regolament; in-nomenklatura tariffarja li tirriżulta mill-applikazzjoni ta’ dan ir-Regolament għandha tifforma parti mit-Tariffa Doganali Komuni.

    2. Ħlief kif provdut xort’oħra f’dan ir-Regolament jew meta deroga minnu hija deċiża bil-Kunsill waqt li jaġixxi b’maġġoranza kkwalifikata fuq proposta mill-kummissjoni, dan li ġej għandu jiġi projbit:

    - l-imposta ta’ xi dazju jew piż doganali li jkollu effett ekwivalenti,

    - l-applikazzjoni ta’ xi restrizzjoni jew miżura kwantitattiva li jkollhom effett ekwivalenti.

    Kull miżura li tirrestrinġi l-ħruġ ta’ liċenzi ta’ l-importazzjoni jew l-esportazzjoni għal kategorija speċifikata ta’ persuna għandhom jitqiesu bħala miżura li jkollha effett ekwivalenti għal restrizzjoni kwantitattiva.

    L-Artikolu 12

    1. Jekk għar-raġuni ta’ importazzjonijiet jew esportazzjonijiet is-suq Komunitarju f’prodott wieħed jew iktar speċifikati fl-Artikolu 1(1) jesperjenza jew ikun mhedded b’disturbi serji li jistgħu jipperikolaw l-objettivi stabbiliti fl-Artikolu 39 tat-Trattat, miżuri approprjati għandhom jiġu applikati fil-kummerċ mal-pajjiżi terzi sakemm dan id-disturb jew theddida ta’ disturb ikun waqaf.

    Il-Kunsill, waqt li jaġixxi b’ maġġoranza kkwalifikata fuq proposta mill-kummissjoni, għandu jadotta regoli dettaljati għall-applikazzjoni ta’ dan il-paragrafu u jiddefinixxi l-każijiet li fihom u l-limiti li fihom l-Istati Membri jistgħu jieħdu miżuri protettivi.

    2. Jekk tqum is-sitwazzjoni msemmija fil-paragrafu 1, il-Kummissjoni għandha, fuq talba ta’ Stat Membru jew fuq l-inizjattiva proprja tagħha, tiddeċiedi fuq miżuri neċessarji; il-miżuri għandhom jiġu kkomunikati lill-Istati Membri u għandha tkun applikabbli immedjatament. Jekk il-Kummissjoni tirċievi talba mingħand xi Stat Membru, għandha tieħu deċiżjoni fuqha fi żmien 24 siegħa minn meta ssir it-talba.

    3. Il-miżuri deċiżi mill-Kummissjoni jistgħu jiġu mgħoddija lill-Kunsill minn kull Stat Membru fi żmien tliet ijiem utli wara d-data li fiha kienu kkomunikati. Il-Kunsill għandu jiltaqa’ mingħajr dewmien. Jista’ permezz ta’ maġġoranza kkwalifikata jemenda jew iħassar il-miżuri inkwistjoni.

    L-Artikolu 13

    Il-prodotti speċifikati fl-Artikolu 1(1) li huma ffabrikati jew miġjuba minn prodotti mhux speċifikati fl-Artikoli 9(2) u 10(1) tat-Trattat ma jistgħux jiġu ammessi għal ċirkolazzjoni libera fil-Komunità.

    L-Artikolu 14

    Sabiex titqies kull restrizzjoni dwar ċirkolazzjoni libera imposta bħala konsegwenza ta’ miżuri biex jipprevienu t-tixrid ta’ mard ta’ l-annimali, miżuri eċċezzjonali jistgħu jittieħdu taħt il-proċeduraprevista fl-Artikolu 17 biex issostni kull suq effettwat b’din ir-restrizzjoni. Dawn il-miżuri jistgħu jittieħdu biss sakemm u għal dak il-perjodu kif strettament neċessarju għas-sostenn ta’ dak is-suq.

    L-Artikolu 15

    L-Istati Membri u l-Kummissjoni għandhom jikkomunikaw lil xulxin l-informazzjoni neċessarja għall-implimentazzjoni ta’ dan ir-Regolament. Regoli għall-komunikazzjoni u d-distribuzzjoni ta’ din l-informazzjoni għandhom jiġu adotatti skond il-proċedura stabbilita fl-Artikolu 17.

    L-Artikolu 16

    1. Huwa hawnhekk stabbilit Kumitat Amministrattiv għall-Laħam tat-Tjur u l-Bajd (hawnhekk iżjed ’il quddiem magħruf bħala "l-Kumitat"), li jikkonsisti f’rappreżentanti ta’ l-Istati Membri ma’ rappreżentant tal-Kummissjoni bħala l-President.

    2. Fil-Kumitat il-voti ta’ l-Istati Membri għandhom jiġu peżati skond l-Artikolu 148(2) tat-Trattat. Il-President m’għandux jivvota.

    L-Artikolu 17

    1. Meta l-proċedura stabbilita f’dan l-Artikolu għandha tiġi segwita, il-President għandu jirreferi l-kwistjoni lill-kumitat jew fuq l-inizjattiva tiegħu proprja jew fuq talba tar-rappreżentant ta’ Stat Membru.

    2. Ir-rappreżentant tal-Kummissjoni għandu jissottometti abbozz tal-miżuri li għandhom jittieħdu.. Il-Kumitat għandu jagħti l-opinjoni tiegħu dwar dawn il-miżuri fi żmien limitu ta’ żmien li għandu jiġi stabbilit mill-President skond l-urġenza tal-kwistjoni. L-Opinjoni għandha tiġi adotatta b’maġġoranza ta’ 41 vot.

    3. Il-Kummissjoni għandha tadotta miżuri li għandhom japplikaw immedjatament.. Madankollu, jekk dawn il-miżuri mhumiex skond l-Opinjoni tal-Kumitata, għandhom minnufih jiġu kkomunikati mill-Kummissjoni lill-Kunsill. F’dak il-każ il-Kummissjoni tista’, għal mhux iżjed minn xahar mid-data ta’ din il-komunikazzjoni, tipposponi l-applikazzjoni tal-miżuri li tkun adotatt.

    Il-Kunsill, waqt li jaġixxi b’maġġoranza kkwalifikata, jista’ jieħu deċiżjoni differenti fi żmien xahar.

    L-Artikolu 18

    Il-Kumitat jista’ jikkunsidra kull kwistjoni oħra msemmija lilu mill-President tiegħu jew fuq l-inizjattiva proprja tiegħu jew fuq talba tar-rappreżentant ta’ Stat Membru.

    L-Artikolu 19

    Ħlief kif provdut xort’oħra f’dan r-Regolament, l-Artikoli 92 sa 94 tat-Trattat għandhom japplikaw għall-produzzjoni ta’ u l-kummerċ fil-prodotti speċifikati fl-Artikolu 1(1).

    L-Artikolu 20

    Dan ir-Regolament għandu jkun hekk applikat li jittieħed kont b’mod approprjat u fl-istess ħin ta’ l-objettivi stabbiliti fl-Artikoli 39 u 110 tat-Trattat.

    L-Artikolu 21

    Jekk l-Italja tirrikorri għad-dispożizzjonijiet ta’ l-Artikolu 23 tal-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 2727/75 [4] tad-29 ta’Ottubru 1975 dwar l-organizzazzjoni komuni tas-suq fiċ-ċereali, il-Kunsill, waqt li jaġixxi b’maġġoranza kkwalifikata fuq proposta mill-Kummissjoni, għandu jieħu l-miżuri neċessarji biex jevita distorzjonijiet ta’ kompetizzjoni.

    L-Artikolu 22

    1. Ir-Regolament tal-Kunsill Nru 123/67/KEE [5] tat-13 ta’ Ġunju 1967 dwar l-organizzazzjoni komuni tas-suq fil-laħam tat-tjur, kif l-aħħar emendat bid-Deċiżjoni tal-Kunsill fl-1 ta’ Jannar 1973 [6] li taġġusta d-dokumenti li jikkonċernaw l-adeżjoni ta’ l-Istati Membri l-ġodda għall-Komunitajiet Ewropej, huwa hawnhekk imħassar.

    2. Ir-referenzi kollha għar-Regolament imħassar bil-paragrafu 1 għandhom jinftiehmu bħala referenzi għal dan ir-Regolament.

    Referenzi għall-Artikoli ta’ dak ir-Regolament għandhom jinqraw skond il-korrelazzjoni mogħtija fl-Anness.

    L-Artikolu 23

    Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fl 1Novembru 1975.

    Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

    Magħmul fil-Lussemburgu, fid-29 ta’ Ottubru 1975.

    Għall-Kunsill

    Il-President

    G. Marcora

    [1] ĠU C 60, tat-13.3.1975, p. 41.

    [2] ĠU L 94, tat-28.4.1970, p. 13.

    [3] ĠU L 167, tal-25.7.1972, p. 5.

    [4] ĠU L 281, ta’ l-1.11.1975, p. 7.

    [5] ĠU 117, tad- 19.6.1967, p. 2301/67.

    [6] ĠU L 2, ta’ l-1.1.1973, p. 1.

    --------------------------------------------------

    L-ANNESS

    Il-Korrelazzjoni

    Ir-Regolament Nru 123/67/KEE. | Dan ir-Regolament |

    L-Artikolu 13a | L-Artikolu 14 |

    L-Artikolu 14 | L-Artikolu 19 |

    L-Artikolu 21 | L-Artikolu 20 |

    --------------------------------------------------

    Top