Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 31970R0538

    Ir-Regolament (KEE) Nru 538/70 tal-Kummisjoni tat-23 ta’ Marzu li jemenda r-Regolament (KEE) Nru 315/68 fir-rigward tad-daqs ta’ anemone coronaria

    ĠU L 67, 24.3.1970, p. 12–12 (DE, FR, IT, NL)
    Edizzjoni Speċjali bl-Ingliż: Serje I Volum 1970(I) P. 159 - 160

    Edizzjoni(jiet) speċjali oħra (DA, EL, ES, PT, FI, SV, CS, ET, LV, LT, HU, MT, PL, SK, SL, BG, RO)

    Legal status of the document No longer in force, Date of end of validity: 30/06/2008; Impliċitament imħassar minn 32007R1234

    ELI: http://data.europa.eu/eli/reg/1970/538/oj

    31970R0538



    Official Journal L 067 , 24/03/1970 P. 0012 - 0012
    Finnish special edition: Chapter 3 Volume 3 P. 0022
    Danish special edition: Series I Chapter 1970(I) P. 0140
    Swedish special edition: Chapter 3 Volume 3 P. 0022
    English special edition: Series I Chapter 1970(I) P. 0159
    Greek special edition: Chapter 03 Volume 5 P. 0072
    Spanish special edition: Chapter 03 Volume 3 P. 0206
    Portuguese special edition Chapter 03 Volume 3 P. 0206


    Ir-Regolament (KEE) Nru 538/70 tal-Kummisjoni

    tat-23 ta’ Marzu

    li jemenda r-Regolament (KEE) Nru 315/68 fir-rigward tad-daqs ta’ anemone coronaria

    IL-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ,

    Wara li kkunsidrat it-Trattat li jistabbilixxi il-Komunità Ekonomika Ewropea;

    Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 234/68 [1] tas-27 ta’ Frar 1968 dwar l-istabbiliment ta’ organizzazzjoni komuni tas-suq f’siġar ħajjin u pjanti oħrajn, basal, egħruq u affarijiet ta’ din ix-xorta, fjuri maqtugħin u weraq ornamentali, u b’mod partikolari l-Artikolu 4 tiegħu;

    Billi l-esperimenti li saru minn stazzjon ta’ sperimentazzjoni wrew illi bil-mezzi ta’ teknika tal-produzzjoni preżenti anemone coronaria ta’ kwalita tajba tista’ tinkiseb minn basal ta’ pjanti ta’ daqs iżgħar minn dawk stabbiliti fl-istandards komuni ta’ kwalità; billi, għaldaqstant, dawk l-istandards għandhom jiġu aġġustati;

    Billi l-miżuri msemijin stabbiliti f’dan ir-Regolament huma skond l-Opinjoni tal-Kumitat tal-Ġestjoni tal-Pjanti Ħajjin,

    ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

    Artikolu 1

    Fit-Tabella li tidher fit-Taqsima III ta’ l-Anness tar- Regolament (KEE) Nru 315/68, kif l-aħħar emendat bir-Regolament (KEE) Nru 448/69, [2] it-test fl-Anness ta’ dan ir-Regolament għandu jiġi sostitwit bit-test li jirreferi għal "anemone coronaria".

    Artikolu 2

    Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fit-tielet jum wara l-pubblikazzjoni tiegħu fil-Ġurnal Uffiċjali tal-Komunitajiet Ewropej.

    Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

    Magħmul fi Brussel, fit-23 ta’ Marzu 1970.

    Għall Kummisjoni

    Il-President

    Jean Rey

    [1] ĠU L 55, 2.3.1968, p. 1.

    [2] ĠU L 61, 12.3.1969, p. 1.

    --------------------------------------------------

    ANNESS

    Deskrizzjoni botanika tal-prodott | Metodu ta’ gradazzjoni | Daqs minimu | Gradazzjoni tad-daqs |

    Anémone coronaria | A, B, C | 2ċm | 2-3; 3-4; 4-5; 5-6; 6-7; 7-8; 8 u aktar |

    --------------------------------------------------

    Top