Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 31966L0402

Id-Direttiva tal-Kunsill ta’ l-14 ta' Ġunju 1966 dwar il-marketing taż-żerriegħa tal-ġwież

ĠU 125, 11.7.1966, p. 2309–2319 (DE, FR, IT, NL)
Edizzjoni Speċjali bl-Ingliż: Serje I Volum 1965-1966 P. 143 - 153

Edizzjoni(jiet) speċjali oħra (DA, EL, ES, PT, FI, SV, CS, ET, LV, LT, HU, MT, PL, SK, SL, BG, RO, HR)

Legal status of the document In force: This act has been changed. Current consolidated version: 01/09/2022

ELI: http://data.europa.eu/eli/dir/1966/402/oj

31966L0402



Official Journal 125 , 11/07/1966 P. 2309 - 2319
Danish special edition: Series I Chapter 1965-1966 P. 0125
English special edition: Series I Chapter 1965-1966 P. 0143
Greek special edition: Chapter 03 Volume 2 P. 0003
Spanish special edition: Chapter 03 Volume 1 P. 0185
Portuguese special edition Chapter 03 Volume 1 P. 0185
Finnish special edition: Chapter 3 Volume 1 P. 0142
Swedish special edition: Chapter 3 Volume 1 P. 0142


Id-Direttiva tal-Kunsill

ta’ l-14 ta' Ġunju 1966

dwar il-marketing taż-żerriegħa tal-ġwież

(66/402/KEE)

IL-KUNSILL TAL-KOMUNITÀ EKONOMIKA EWROPEA,

Wara li kkunsidra t-Trattat li jwaqqaf il-Komunità Ekonomika Ewropea, u b'mod partikolari l-Artikoli 43 u 100 tiegħu;

Wara li kkunsidra l-proposta mill-Kummissjoni;

Wara li kkunsidraw il-Fehma tal-Parlament Ewropew; [1]

Wara li kkunsidraw il-Fehma tal-Kumitat Ekonomiku u Soċjali;

Billi l-produzzjoni taċ-ċereali tokkupa post importanti fl-agrikoltura tal-Komunità Ekonomika Ewropea;

Billi riżultati sodisfaċenti fil-koltivazzjoni tal-ġwież jiddependi fil-biċċa l-kbira fuq l-użu taż-żerriegħa xierqa; billi għal dan l-għan l-Istati Membri għal ċertu żmien irrestrinġew it-tqegħid fis-suq taż-żerriegħa tal-ġwież għal żerriegħa ta' kwalità għolja; billi kienu kapaċi jiksbu vantaġġ tal-ħidma ta’ l-għażla tal-pjanta b'mod sistematiku mwettaq fuq mhedda ta' bosta deċenni li rriżultaw fi żvilupp stabbli u uniformi biżżejjed ta' varjetajiet ta' ġwież li, minħabba l-karatteristiċi tagħhom, jidher li ser ikunu ta' valur kbir għall-iskopijiet maħsuba;

Billi produzzjoni akbar tista’ tinkiseb fil-koltivazzjoni tal-ġwiez fil-Komunità jekk għall-għażla tal-varjetajiet permessi sabiex ikunu mqiegħda fis-suq l-Istati Membri japplikaw regoli uniformi li jkunu riġidi kemm jista' jkun;

Billi huwa, madankollu, ġustifikabbli li jiġi ristrett it-tqegħid fis-suq għal ċertu varjetajiet kemm-il darba l-bidwi jista' jkun żgur illi jista' jikseb żerriegħa ta' dawk il-varjetajiet;

Billi ċerti Stati Membri bdew għal dan l-għan japplikaw skemi ta' ċertifikazzjoni li huma intiżi permezz ta' kontroll uffiċjali sabiex jiżguraw l-identità u l-purità tal-varjetà;

Billi skemi bħal dawn jeżistu diġà fuq livell internazzjonali; billi l-Organizzazzjoni ta’ l-Ikel u l-Agrikoltura tal-Ġnus Magħquda irrakkomandat standards minimi għaċ-ċertifikazzjoni taż-żerriegħa tal-qamħirrun fil-pajjiżi Ewropej u Mediterranji; billi, barra minn dan, l-Organizzazzjoni għall-Kooperazzjoni u l-Iżvilupp Ekonimiku stabbiliet kull skema għaċ-ċertifikazzjoni tal-varjietajiet taż-żerriegħa tal-ħxejjex li jinġarru fil-kummerċ internazzjonali;

Billi huwa mixtieq illi titwaqqaf kull skema uniformi ta' ċertifikazzjoni fil-Komunità bbażata fuq l-esperjenza miksuba mill-applikazzjoni ta' dawk l-iskemi;

Billi l-iskema għandha tapplika għat-tqegħid fis-suq kemm fl-Istati Membri l-oħra u wkoll fis-swieq domestiċi;

Billi, bħala regola ġenearali, iż-żerriegħa tal-ġwież għandha titħalla titqiegħed fis-suq biss jekk ġiet eżaminata u ċċertifikata uffiċjalment, b'mod konformi mar-regoli taċ-ċertifikazzjoni, bħala żerriegħa bażika jew żerriegħa ċċertifikata; billi l-għażla tat-termini tekniċi "żerriegħa bażika" u "żerriegħa ċċertifikata" hija bbażata fuq terminoloġija diġà eżistenti internazzjonalment;

Billi ż-żerriegħa tal-ġwież li ma titqigħedx fis-suq m'għandhiex, fid-dawl ta’ l-importanza ekonomika minuri tagħha, tiġi soġġetta għar-regoli tal-Komunità; billi l-Istati Membri għandhom iżommu d-dritt illi din iż-żerriegħa tiġi soġġetta għal disposizzjonijiet speċjali;

Billi r-regoli tal-Komunità m'għandhomx japplikaw għal żerriegħa li turi li hija maħsuba għall-esportazzjoni lejn pajjiżi terzi;

Billi, sabiex tittejjeb mhux biss il-kwalità ġenetika taż-żerriegħa tal-ġwiez tal-Komunità imma wkoll il-karatteristiċi ta' barra tagħha, ċertu kondizzjonijiet għandhom jiġu stabbiliti dwar il-purità analitika, il-ġerminazzjoni u l-istat ta’ saħħa;

Billi, sabiex tiġi żgurata l-identità taż-żerriegħa, ir-regoli tal-Komunità dwar l-ippakkjar, it-teħid tal-kampjuni, l-issiġillar u l-immarkar għandhom jiġu stabbiliti; billi għal dan l-għan it-tikketti għandhom jagħtu d-dettalji li hemm bżonn kemm għall-kontroll uffiċjali kif ukoll għall-informazzjoni tal-bidwi u għandhom juru b'mod ċar in-natura taċ-ċertifikazzjoni tal-Komunità;

Billi ċerti Stati Membri għandhom bżonn ta' taħlita ta' żerriegħa tal-ġwiez ta' speċi varji għal użu speċjali; billi, sabiex wieħed jikkonsidra dawn il-bżonnijiet l-Istati Membri għandhom ikunu awtorizzati sabiex japprovaw dan it-taħlit bla ħsara għal ċerti kondizzjonijiet;

Billi, sabiex jiġi żgurat illi ż-żewġ rekwiżiti dwar il-kwalità taż-żerriegħa u d-disposizzjonijiet sabiex tiġi żgurata l-identità tagħha jiġu mħarsa matul it-tqegħid fis-suq, l-Istati Membri għandhom jieħdu miżuri għal arranġamenti ta' kontroll xieraq;

Billi ż-żerriegħa li tissodisfa r-rekwiżiti għandha, mingħajr preġudizzju għall-Artikolu 36 tat-Trattat, ma tkunx soġġetta għal ebda restrizzjoni ta’ tqegħid fis-suq barra dawk li hemm provdut għalihom fir-regoli tal-Komunità, ħlief f’dawk il-każijiet fejn ir-regoli tal-Komunità jipprovdu għal tolleranzi fir-rigward ta' organiżmi li jagħmlu l-ħsara;

Billi, matul kull l-ewwel stadju, sa kemm jiġi stabbilit kull katalogu komuni ta’ varjetajiet, ir-restrizzjonijiet li jitħallew għandhom jinkludu b'mod partikolari id-dritt ta' l-Istati Membri li jirrestrinġu t-tqegħid fis-suq ta' żerriegħa ċċertifikata għal dawk il-varjetajiet li huma ta' valur għall-ħsad u għall-użu fit-territorju tagħhom stess;

Billi, bla ħsara għal ċerti kondizzjonijiet, iż-żerriegħa mkattra f'pajjiż ieħor minn żerriegħa bażika ċċertifikata f’kull Stat Membru għandha tiġi rikonoxxuta bħala ekwivalenti ma' żerriegħa mkattra f'dak l-Istat Membru;

Billi, mill-banda l-oħra, għandha ssir disposizzjoni sabiex jiġi awtorizzat it-tqegħid fis-suq fi ħdan il-Komunità ta' żerriegħa tal-gwież maħsuda f'pajjiżi terzi biss jekk din iż-żerriegħa tagħti l-istess assikurazzjonijiet daqs żerriegħa ċċertifikata uffiċjalment fil-Komunità u li tħares ir-regoli tal-Komunità;

Billi, matul perjodi fejn ikun hemm diffikultajiet sabiex jinkisbu provvisti ta' żerriegħa ċċertifikata tal-kategorji varji, żerriegħa li tissodisfa rekwiżiti anqas stretti għandha titħalla titqiegħed fis-suq temporanjament;

Billi, sabiex tinkiseb armonizzazzjoni fil-metodi tekniċi taċ-ċertifikazzjoni użata fl-Istati Membri varji u sabiex jitħallew isiru paraguni fil-futur bejn żerriegħa ċċertifikata fi ħdan il-Komunità u dik li ġejja minn pajjiżi terzi, għandhom jiġu stabbiliti kampi ta' eżaminazzjoni fil-Komunità fi ħdan l-Istati Membri sabiex ikunu jistgħu jsiru eżamijiet kull sena taż-żerriegħa wara l-kontrolli tal-kategoriji varji taż-"żerriegħa ċċertifikata";

Billi l-Kummissjoni għanda tiġi fdata bid-dmir li tadotta ċerti miżuri għall-applikazzjoni ta' din id-Direttiva; billi, sabiex titħaffef l-implimentazzjoni tal-miżuri proposti, kull proċedura għandha tiġi pprovduta sabiex tistabbilixxi kooperazzjoni mill-viċin bejn l-Istati Membri u l-Kummissjoni b'kull Kumitat Imwaqqaf dwar Żrieragħ u Materja ta' Tkattir għall-Agrikoltura, Ortikoltura u Forestrija;

ADOTTA DIN ID-DIRETTIVA:

Artikolu 1

Din id-Direttiva għandha tapplika għaż-żerriegħa tal-ġwież impoġġija fis-suq ġewwa l-Komunità.

Artikolu 2

1. A. Ġwież: pjanti ta' l-ispeċi li ġejjin:

Avena sativa L. | Ħafur |

Hordeum distichum L. | Xgħir b'żewġ ringieli |

Hordeum polystichum L. | Xgħir b'sitt ringieli |

Oryza sativa L. | Ross |

Secale cereale L. | Rye |

Triticum aestivum L. | Qamħ komuni |

Triticum durum L. | Qamħ mill-iebes |

Triticum spelta L. | Qamħ spelt |

Zea majs L. | Qamħirrun |

B. Varjetajiet, ibridi u linji mnissla minnhom infushom ta' qamħirrun:

(a) Varjetà mdakkra fil-miftuħ: kull varjetà uniformi u stabbli biżżejjed;

(b) linja imnissla minnha nnifisha: kull linja uniformi u stabbli biżżejjed, miksuba jew permezz ta' awto-fertilizzazzjoni artifiċjali akkompanjata b’selezzjoni fuq diversi ġenerazzjonijiet sussegwenti jew permezz ta' operazzjonijiet ekwivalenti;

(ċ) Ibridu sempliċi: l-ewwel ġenerazzjoni ta' kull inkroċju, imfisser minn min irabbi, bejn żewġ linji mnissla minnhom stess;

(d) Ibridu doppju: l-ewwel ġenerazzjoni ta' kull inkroċju, kif imfisser minn min irabbi, bejn żewġ ibridi sempliċi;

(e) Ibridu bi tlieta: l-ewwel ġenerazzjoni ta' kull inkroċju, kif imfisser minn min irabbi, bejn linja mnissla u kull ibridu sempliċi;

(f) Ibrid Top Cross: l-ewwel ġenerazzjoni ta' kull inkroċju, imfisser minn min irabbi, bejn linja mnissla minnha nnifisha jew kull ibridu sempliċi u kull varjetà mdakkra fil-miftuħ;

(g) Ibridu intervarjat: l-ewwel ġenerazzjoni ta' kull inkroċju, imfisser minn min irabbi, bejn pjanti mkabbra minn żerriegħa bażika u żewġ varjetajiet imdakkra fil-miftuħ.

C. Żerriegħa bażika (ħafur, xgħir, ross, qamħ, spelt, rye): żerriegħa

(a) li ġiet prodotta taħt ir-responsabbiltà ta' min irabbi skond taħriġ aċċettat sabiex tinżamm il-varjetà;

(b) li huwa maħsub għall-produzzjoni taż-żerriegħa jew tal-kategorija "żerriegħa ċċertifikata" jew tal-kategoriji ta’ "żerriegħa ċertifikata, l-ewwel ġenerazzjoni" jew "żerriegħa ċċertfikata, tieni ġenerazzjoni";

(ċ) li, bla ħsara għad-disposizzjonijiet ta’ l-Artikolu 4 (1) (a), tissodisfa l-kondizzjonijiet stabbilita fl-Anness I u II għaż-żerriegħa bażika; u

(d) li nstabet permezz ta' eżaminazzjoni uffiċjali li tissodisfa l-kondizzjonijiet msemmija hawn fuq.

D. Żerriegħa bażika (qamħirrun):

1. Żerriegħa bażika ta' varjetajiet imdakkra fil-miftuħ: żerriegħa

(a) li ġiet prodotta taħt ir-responsabbiltà ta' min irabbi skond it-taħriġ aċċettat għaż-żamma tal-varjetà;

(b) li huwa maħsub għall-produzzjoni taż-żerriegħa ta' din il-varjetà tal-kategorija "żerriegħa ċċertifikata" jew ta' l-ibridi Top Cross jew ta' ibridi intervarjati;

(ċ) li, bla ħsara għad-disposizzjonijiet ta’ l-Artikolu 4, tissodisfa l-kondizzjonijiet stabbiliti fl-Annessi I u II għaż-żerriegħa bażika; u

(d) li nstabet permezz ta' eżaminazzjoni uffiċjali li tissodisfa l-kondizzjonijiet imsemmija hawn fuq.

2. Żerriegħa bażika ta' linji mnissla minnhom infushom: żerriegħa

(a) li, skond id-disposizzjonijiet ta’ l-Artikolu 4, tissodisfa l-kondizzjonijiet stabbiliti fl-Annessi I u II għaż-żerriegħa bażika; u

(b) li nstabet permezz ta' eżaminazzjoni uffiċjali li tissodisfa l-kondizzjonijiet imsemmija hawn fuq.

3. Żerriegħa bażika ta' ibridi sempliċi: żerriegħa

(a) li hija intiża għall-produzzjoni ta' ibridi doppji, ibridi bi tliet inkroċi u ibridi Top Cross;

(b) li, bla ħsara għad-disposizzjonijiet ta’ l-Artikolu 4, tissodisfa l-kondizzjonijiet stabbiliti fl-Annessi I u II għaż-żerriegħa bażika; u

(ċ) li nstabet permezz ta' eżaminazzjoni uffiċjali li tissodisfa l-kondizzjonijiet imsemmija hawn fuq.

E. Żerriegħa ċertifikata (rye, qamħirrun): żerriegħa

(a) li ġejja direttament minn żerriegħa bażika;

(b) li hija intiża għal finijiet differenti mill-produzzjoni ta' żerriegħa tal-ġwież;

(ċ) li, skond id-disposizzjonijiet ta’ l-Artikolu 4 (1) (b) u (2), tissodifa l-kondizzjonijiet stabbiliti fl-Annessi I u II għal żerriegħa ċċertifikata; u

(d) li nstabet permezz ta' eżaminazzjoni uffiċjali li tissodisfa l-kondizzjonijiet imsemmija hawn fuq.

F. Żerriegħa ċċertifikata ta’ l-ewwel ġenerazzjoni (ħafur, xgħir, ross, qamħ, spelt): żerriegħa

(a) li hija dixxendenti diretta miż-żerriegħa bażika ta' varjetà;

(b) li hija maħsuba jew għall-produzzjoni taż-żerriegħa tal-kategorij "żerriegħa ċċertifikata, tieni ġenerazzjoni" jew għall-fini oħrajn barra minn dawk tal-produzzjoni tal-ġwież;

(ċ) li tissodisfa l-kondizzjonijiet stabbiliti fl-Annessi I u II għal żerriegħa ċertifikata ta’ l-ewwel ġenerazzjoni; u

(d) li nstabet permezz ta' eżaminazzjoni uffiċjali li tissodisfa l-kondizzjonijiet imsemmija hawn fuq.

G. Żerriegħa ċċertifikata tat-tieni ġenerazzjoni (ħafur, xgħir, ross, qamħ, spelt): żerriegħa

(a) li hija dixxendenti diretta miż-żerriegħa bażika jew minn żerriegħa ċċertifikata ta’ l-ewwel ġenerazzjoni ta' kull varjetà mogħtija;

(b) li hija maħsuba għal skopijiet oħra barra minn dawk tal-produzzjoni taż-żerriegħa tal-ġwież;

(ċ) li tissodisfa l-kondizzjonijiet stabbiliti fl-Annessi I u II għaż-żerriegħa ċertifikata tat-tieni ġenerazzjoni; u

(d) li nstabet permezz ta' eżaminazzjoni uffiċjali li tissodisfa l-kondizzjonijiet imsemmija hawn fuq.

H. Miżuri uffiċjali: miżuri meħuda

(a) mill-Awtoritajiet Statali, jew

(b) minn kull persuna legali sew jekk iggvernat mil-liġi pubblika jew dik privata, li taġixxi taħt ir-responsabbiltà ta' l-Istat, jew

(ċ) fil-każ ta' attivitajiet anċillari li huma wkoll soġġetti għall-kontroll ta' l-Istat, minn kull persuna naturali debitament maħlufa għal dak l-għan, kemm-il darba l-persuni msemmija taħt (b) u (ċ) ma jieħdu ebda gwadan privat minn dawn il-miżuri.

2. L-Istati Membri jistgħu:

(a) jinkludu bosta ġenerazzjoni fil-kategorija taż-żerriegħa bażika u jissuddividu din il-kategorija skond il-ġenerazzjoni;

(b) kemm-il darba l-eżamijiet uffiċjali rigward it-tnibbit u l-purità analitika ma jsirux fuqil-lottijiet kollha waqt iċ-ċertifikazzjoni sakemm ma jkunx hemm dubju jekk il-kondizzjonijiet stabbiliti fl-Anness II f'dan ir-rigward ġiex sodisfatt.

Artikolu 3

1. L-Istati Membri għandhom jipprovdu illi ż-żerriegħa tal-ġwież m'għandhiex titpoġġa fuq is-suq sakemm ma tiġix iċċertifikata uffiċjalment bħala "żerriegħa bażika", "żerriegħa ċċertifikata, l-ewwel ġenerazzjoni" jew "żerriegħa ċċertifikata, tieni ġenerazzjoni" u sakemm tissodisfa l-kondizzjonijiet stabbiliti fl-Anness II.

2. L-Istati Membri għandhom, għall-iskopijiet ta’ċertifikazzjoni u l-marketing, jistabbilixxu l-kontenut massimu ta’ l-umdità taż-żerriegħa bażika u taż-żerriegħa ċċertifikata ta' kull tip.

3. L-Istati Membri għandhom jiżguraw illi l-eżamijiet uffiċjali taż-żerriegħa jitwettqu b'mod konformi mal-metodi internazzjonali kurrenti, sa fejn jeżistu dawn il-metodi.

4. L-Istati Membri jistgħu jipprovdu għal derogi mid-disposizzjonijiet tal-paragrafi 1 u 2:

(a) għaż-żerriegħa mrobbija għal ġenerazzjonijiet qabel iż-żerriegħa bażika;

(b) għal provi jew għal skopijiet xjentifiċi;

(ċ) għal xogħol ta' selezzjoni;

(d) għal żerriegħa kif titkabbar, tiġi mqiegħda fis-suq, kemm-il darba l-identità taż-żerriegħa hija żgurata.

Artikolu 4

1. L-Istati Membri jistgħu, madankollu, permezz ta’ derogazzjoni mid-disposizzjonijiet ta’ l-Artikolu 3:

(a) jawtorizzaw iċ-ċertifikazzjoni uffiċjali u t-tqegħid fis-suq taż-żerriegħa bażika li ma tissodisfax il-kondizzjonijiet stabbiliti fl-Anness II fir-rigward tat-tnibbit; għal dan l-għan kull miżura meħtieġa għandha tittieħed sabiex ikun jista’ jiġi żgurat illi l-fornitur jiggarantixxi kull tnibbit speċifiku li huwa jiddikjara għall-iskopijiet ta' marketing fuq kull tikketta speċjali li jkun fiha ismu u l-indirizz u n-numru tar-referenza tal-lott taż-żerriegħa;

(b) sabiex iż-żerriegħa tal-qamħirrun tkun disponibbli malajr, minkejja l-fatt li l-eżaminazzjoni uffiċjali sabiex tiġi mħarsa l-konformità ma' l-kondizzjonijiet stabbiliti fl-Anness II fir-rigward tat-tnibbit tkun għada ma tlestitx, tawtorizza ċ-ċertifikazzjoni uffiċjali u t-tqegħid fis-suq sa fejn ikun għadu l-ewwel ix-xerrej skond in-negozju tal-kategorija "taż-żerriegħa bażika" u "ż-żerriegħa ċertifikata". Ċertifikazzjoni għandħa tingħata biss meta jiġi ppreżentat kull rapport analitiku proviżorju dwar iż-żerriegħa u kemm-il darba l-isem u l-indirizz ta’ l-ewwel persuna li tirċievi jingħata; kull miżura meħtieġa għandha tittieħed sabiex jiġi żgurat illi dak li qiegħed iforni jagħti garanzija tat-tnibbit kif żgurat fl-analiżi proviżorja; dan it-tnibbit għandu jiġi ddikjarat għal skopijiet ta' marketing fuq kull tabella speċjali li jkun fiha l-isem u l-indirizz ta' dak li jforni u n-numru ta' referenza tal-lott.

Dawn id-disposizzjonijiet m'għandhomx japplikaw għal żerriegħa importata minn pajjiżi terzi, jekk dan mhux ipprovdut fl-Artikolu 15 fir-rigward tat-tkattir barra mill-Komunità.

2. Fil-każ taż-żerriegħa tal-qamħirrun, l-Istati Membri jistgħu jnaqqsu sa 85 % it-tnibbit minimu rikjest taħt l-Anness II.

Artikolu 5

L-Istati Membri jistgħu, fir-rigward tal-kondizzjonijiet stabbiliti fl-Annessi I u II, jimponu rekwiżiti addizzjonali jew akter stretti għaċ-ċertifikazzjoni taż-żerriegħa prodotta fit-territorju tagħhom stess.

Artikolu 6

1. Kull Stat Membru għandu jistabbilixxi kull lista ta' varjetajiet ta' ġwież li huma aċċettati uffiċjalment għaċ-ċertifikazzjoni fit-territorju tiegħu.

2. Kull varjeta' għandha tiġi aċċettata biss għaċ-ċertifikazzjoni jekk ġiet imwaqqfa uffiċjalment jew permezz ta' eżamijiet ikkontrollati uffiċjalment, b'mod partikolari fir-rigward ta' tentattivi ta' tkabbir, magħmula għal sentejn konsekuttivi u fil-każ tar-rye u tal-qamħirrun imdakkar fil-miftuħ, għal tliet snin konsekuttivi, illi:

(a) fil-każ tal-ħafur, xgħir, ross, qamħ u spelt, il-varjetà hija biżżejjed uniformi u stabbli; il-lista għandha tagħti indikazzjoni tal-karatteristiċi morfoloġiċi u fisjoloġiċi ewlenin li bihom tista' tiġi identifikata l-varjetà;

(b) fil-każ tar-rye u tal-varjetajiet tal-qamħirrun imdakkar fil-miftuħ, il-varjetà hija uniformi u stabbli biżżejjed; il-lista għanda tagħti indikazzjoni tal-karatteristiċi morfoloġiċi u fisjoloġiċi ewlenin li bihom varjetajiet ta' pjanti li ġejjin miż-żerriegħa tal-kategorija "żerriegħa ċċertifikata" jistgħu jintgħarfu minn oħra;

(ċ) fil-każ ta' varjetajiet ibridi tal-qamħirrun, il-linji mnissla minnhom stess huma uniformi u stabbli biżżejjed u li l-varjetà hija r-riżultat ta' inkroċjar li ġie mfisser minn dak li jrabbi; il-lista għanda tagħti indikazzjoni tal-karatteristiċi morfoloġiċi jew fisjoloġiċi ewlenin li l-varjetajiet tal-pjanti li ġejjin direttament mill-kategorija taż-"żerriegħa ċertifikata" jistgħu jintgħarfu minn oħrajn. Jekk, għall-komponenti ġinealoġiċi ta’ l-ibridi jew tal-varjetajiet sintetiċi u oħrajn bħalhom, ċertifikazzjoni bħala żerriegħa bażika tintalab, il-karatteristiċi morfoloġiċi u fisjoloġiċi ewlenin ta' dawn il-komponenti għandhom jiġu indikati.

3. Fil-każ ta’ l-ibridi u tal-varjetajiet sintetiċi, l-awtoritajiet responsabbli għall-aċċettazzjoni u ċ-ċertifikazzjoni għandhom jiġu informati tal-komponenti ġinealoġiċi. L-Istati Membri għandhom jiżguraw illi r-riżultati ta’ l-eżaminazzjoni u d-deskrizzjoni tal-komponenti ġinealoġiċi huma, jekk min irabbi jitlob hekk, ittrattati bħala konfidenzjali.

4. Il-varjetajiet aċċettati għandhom jiġu eżaminati uffiċjalment f'intervalli regolari. Jekk xi kondizzjoni għall-aċċettazzjoni ma tiġix aktar imħarsa, l-aċċettazzjoni għanda tiġi revokata u l-varjetà mħassra mill-lista. Jekk waħda jew aktar mill-karatteristiċi sekondarji ta' kull varjetà imdakkra fil-miftuħ tar-rye jew il-qamħirrun tinbidel, id-deskrizzjoni fil-lista għandha titbiddel minnufih.

5. Dawn il-listi u kull tibdil magħmul fihom għandu jintbagħat minnfih lill-Kummissjoni, li għandha tikkommunikahom lill-Istati Membri l-oħra.

Artikolu 7

1. L-Istati Membri għandhom jitolbu illi, għall-eżaminazzjoni tal-varjetajiet u tal-linji mnissla minnhom stess tal-qamħirrun u għall-eżaminazzjoni taż-żerriegħa għaċ-ċertifikazzjoni, kampjuni jittieħdu uffiċjalment skond metodi xieraqa.

2. Għall-eżaminazzjoni taż-żerriegħa għaċ-ċertifikazzjoni, kampjuni għandhom jittieħdu minn lottijiet omoġenji; il-piż massimu ta’ kull lott u l-piż minimu ta’ lott ta' kampjun huwa mogħti fl-Anness III.

Artikolu 8

1. L-Istati Membri għandhom jitolbu illi ż-żerriegħa bażika u ż-żerriegħa ċċertifikata ta' kull tip tiġi mpoġġija fis-suq biss jekk biżżejjed konsenji omoġenji u ġewwa kontenituri ssiġillati li jkun fihom, kif imniżżel fl-Artikoli 9 u 10, kull tagħmir li jissiġilla u jimmarka.

2. L-Istati Membri jistgħu, għat tqegħid fis-suq ta’ kwantitajiet żgħar għall-konsumatur ta' l-aħħar, jipprovdu għal derogazzjonijiet mid-disposizzjonijiet tal-paragrafu 1 fir-rigward ta’ ppakkjar, issiġillar u mmarkar.

Artikolu 9

1. L-Istati Membri għandhom jitolbu illi l-pakketti taż-żerriegħa bażika u taż-żerriegħa ċertifikata ta' kull tip tkun ssiġillata uffiċjalment b'tali mod illi meta kontenitur jinfetaħ is-siġill isirlu l-ħsara u ma jkunx jista' jerġa' jitqabbad mill-ġdid.

2. Il-pakketti ma jistgħux jergħu jiġu ssiġillatti mill-ġdid jekk mhux b'mod uffiċjali. Jekk il-pakketti jerġgħu jiġu ssiġillati mill-ġdid, il-fatt li jerġgħu jiġu ssiġillati mill-ġdid, id-data li fiha jerġgħu jiġu ssiġillati mill-ġdid u l-awtorità responsabbli għal dan għandhom jiġu ddikjarati fuq it-tikketta skond kif meħtieġ taħt l-Artikolu 10 (1).

Artikolu 10

1. L-Istati Membri għandhom jitolbu illi l-pakketti taż-żerriegħa bażika u taż-żerriegħa ċċertifikata ta' kull tip:

(a) ikollha tikketta fuq in-naħa ta' barra b'kull tikketta uffiċjali f'wieħed mill-ilsna uffiċjali tal-Komunità skond l-ispeċifikazzjonijiet li jikkonformaw ma’ l-Anness IV; għandha titwaħħal permezz tas-siġill uffiċjali; il-kulur tat-tikketta għandu jkun abjad għaż-żerriegħa bażika, ikħal għaż-żerriegħa ċċertifikata u għaż-żerriegħa ċertifikata ta’ l-ewwel ġenerazzjoni u aħmar għaż-żerriegħa ċċertifikata tat-tieni ġenerazzjoni; għat-tqegħid fis-suq fl-Istati Membri l-oħra t-tikketta għandu jkollha d-data ta' meta jitwaħħal is-siġill uffiċjali; jekk, kif maħsub fl-Artikolu 4 (1) (a) u (2), iż-żerriegħa bażika u ż-żerriegħa tal-qamħirrun ma tissodisfax il-kondizzjonijiet imniżżla fl-Anness II dwar it-tnissil, dan il-fatt għandu jitniżżel fuq it-tikketta;

(b) għandu jkollhom kull dokument uffiċjali, ta' l-istess kulur bħat-tikketta, li jagħti l-istess informazzjoni bħal dik rikjesta taħt l-Anness IV għat-tikkettjar; dan id-dokument m'huwiex meħtieġ jekk l-informazzjoni hija stampata b'mod li ma titħassarx fuq il-kontenitur.

2. L-Istati Membri jistgħu:

(a) jitolbu illi f’kull każ id-data li fiha jitwaħħal is-siġill uffiċjali jinkiteb fuq it-tikketta;

(b) jipprovdu fil-każ ta' pakketti żgħar għal derogazzojonijiet mid-disposizzjonijiet tal-paragrafu1.

Artikolu 11

Din id-Direttiva m'għandhiex taffettwa d-dritt ta' l-Istati Membri li jitolbu illi, fil-każijiet oħrajn barra minn dawk li hemm provdut għalihom fl-Artikolu 4, il-kontenituri taż-żerriegħa bażika u taż-żerriegħa ċċertifikata ta' kull tip, sew jekk iż-żerriegħa ġiet prodotta fit-territorju tagħhom jew importata, għandu, jekk iż-żerriegħa ser tiġi mpoġġija fis-suq ġewwa t-territorju tagħhom, jkollha t-tikketta ta' min qiegħed jissupplixxiha.

Artikolu 12

L-Istati Membri għandhom jitolbu illi kull trattament kimiku taż-żerriegħa bażika jew taż-żerriegħa ċċertifikata ta' kull tip tiġi mniżżla sew fuq it-tikketta uffiċjali jew fuq it-tikketta ta' min qiegħed jissupplixxi kif ukoll fuq il-kontenitur jew ġewwa fih.

Artikolu 13

1. L-Istati Membri jistgħu jawtorizzaw it-tqegħid fis-suq taż-żerriegħa tal-ġwież fil-forma ta' taħlit ta' bosta speċi, kemm-il darba l-komponenti tat-taħlita jaqblu, qabel ma ssir it-taħlita, mar-regoli tal-marketing applikabbli għalihom.

2. Id-disposizzjonijiet ta’ l-Artikoli 8, 9 u 11 għandhom jgħoddu, kif ukoll dawk ta’ l-Artikolu 10, bl-eċċezzjoni li għaż-żerriegħa mħallta t-tikketta li għandha tintuża għandha tkun ħadra.

Artikolu 14

1. L-Istati Membri għandhom jiżguraw illi ż-żerriegħa bażika u ż-żerriegħa ċċertifikata ta' kull tip li ġiet ċċertifikata uffiċjalment u li l-kontenituri tagħha ġew immarkati uffiċjalment u ssiġillati kif preskritt f'din id-Direttiva huma soġġetti għal ebda restrizzjoni ta' marketing fir-rigward tal-karatteristiċi, arranġamenti għal eżaminazzjoni, immarkar u ssiġillar barra minn dawk stabbiliti f'din id-Direttiva.

2. L-Istati Membri jistgħu:

(a) jirrestrinġu t-tqegħid fis-suq taż-żerriegħa ċċertifikata tal-ħafur, xgħir, ross, qamħ jew spelt għal dak ta’ l-ewwel ġenerazzjoni;

(b) sa dak iż-żmien, li m'għandux ikun aktar tard mill-1 ta' Jannar, 1970, bħala kull katalogu komuni tal-varjetajiet li jistgħu jiġu introdotti, jiġi ristrett it-tqegħid fis-suq taż-żerriegħa tal-ġwież ta' dawk il-varjetajiet li jiddaħħlu f' kull lista nazzjonali bbażata fuq l-istess varjetajiet li ġejjin mill-Istati Membri l-oħra kif jiġri għall-varjetajiet domestiċi.

Artikolu 15

L-Istati Membri għandhom jipprovdu li żerriegħa tal-ġwież prodotta direttament miż-żerriegħa bażika jew miż-żerriegħa ċċertifikata fi Stat Membru u maħsuda fi Stat Membru ieħor jew f'kull pajjiż terz għandha tiġi meqjusa bħala ekwivalenti għaż-żerriegħa ċċertifikata jew għaż-żerriegħa ċċertifikata ta’ l-ewwel jew it-tieni ġenerazzjoni jekk dik iż-żerriegħa ġiet maħsuda fl-Istat li pproduċa jew iż-żerriegħa bażika jew iż-żerriegħa ċċertifikata ta’ l-ewwel ġenerazzjoni, jekk għaddiet minn spezzjoni fuq il-lok li ssodisfat il-kondizzjonijiet stabbiliti fl-Anness I u jekk eżaminazzjoni uffiċjali wriet illi l-kondizzjonijiet stabbiliti fl-Anness II għaż-żerriegħa ċċertifikata jew għaż-żerriegħa ċċertifikata ta’ l-ewwel jew tat-tieni ġenerazzjoni ġew sodisfatti.

Artikolu 16

1. Il-Kunsill, li jaġixxi b'kull maġġoranza kwalifikata fuq kull proposta mill-Kummissjoni, għandu jiddetermina jekk:

(a) fil-każ li hemm provdut għalih fl-Artikolu 15, l-ispezzjonjiet fuq il-lok fil-pajjiż terz jissodisfaw il-kondizzjonijiet stabbiliti fl-Anness I;

(b) iż-żerriegħa tal-ġwież maħsuda f'kull pajjiz terz u li jagħti l-istess garanziji fir-rigward tal-karatteristiċi u ta’ l-arranġamenti għall-eżaminazzjoni, sabiex jiżgura l-identità, għall-immarkar u għall-kontroll huwa ekwivalenti f'dan ir-rigward għaż-żerriegħa bażika, iż-żerriegħa ċċertifikata jew iż-żerriegħa ċċertifikata ta’ l-ewwel jew it-tieni ġenerazzjoni fi ħdan il-Komunità u li tikkonforma mad-disposizzjonijiet ta' din id-Direttiva.

2. Sa dak iż-żmien li fuqu ħa deċiżjoni l-Kunsill taħt il-paragrafu 1, l-Istati Membri għandhom il-libertà li jieħdu dawn id-deċiżjonijiet huma stess. Dan id-dritt jintemm fl-1 ta' Lulju 1969.

Artikolu 17

1. Sabiex jitneħħew diffikulatjiet temporanji fil-fornitura ġenerali taż-żerriegħa bażika jew taż- żerriegħa ċċertifikata ta' kull tip f'wieħed jew aktar Stati Membri u li ma tistax tingħeleb mill-Komunità, il-Kummissjoni, li taġixxi b'mod konformi mal-proċedura stabbilita fl-Artikolu 21, għandha tawtorizza wieħed jew aktar Stati Membri sabiex jaċċettaw it-tqegħid fis-suq, għal kull perjodu li jiġi stabbilit mill-Kummissjoni, żerriegħa ta' kull kategorija li tissodisfa rekwiżiti anqas iebsin.

2. Għal kull kategorija ta' żerriegħa ta' kull varjetà mogħtija jew linja mnissla minnha nnifisha, it-tikketta uffiċjali għandha tkun dik provduta għall-kategorika korrispondenti; f’kull każ ieħor għanda tkun safra skura. It-tikketta għandha dejjem tiddikjara illi ż-żerriegħa in kwistjoni hija ta’ kull kategorija li tissodifa rekwiżiti anqas iebsin.

Artikolu 18

Din id-Direttiva m'għandhiex tapplika għaż-żerriegħa tal-ġwież li tidher li hija maħsuba għall-esportazzjoni lejn pajjiżi terzi.

Artikolu 19

L-Istati Membri għandhom jagħmlu arranġamenti xierqa għaż-żerriegħa tal-ġwież sabiex tkun ikkontrollata uffiċjalment matul it-tqegħid fis-suq, mill-anqas permezz ta' eżaminazzjoni ta' kampjuni, fir-rigward tal-konformità mal-ħtiġiet ta' din id-Direttiva.

Artikolu 20

1. Kampi ta’ l-eżaminazzjoni tal-Komunità għandhom jitwaqqfu ġewwa l-Komunità għall-kontroll annwali ta' l-aħħar taż-żerriegħa bażika u taż-żerriegħa ċċertifikata ta' kull tip meħuda matul l-eżaminazzjoni tal-kampjuni; dawn l-għelieqi għandhom ikunu soġġetti għall-ispezzjoni mill-Kumitat li għalih hemm referenza fl-Artikolu 21.

2. Dawn it-testijiet komparattivi għandhom jintużaw, matul l-ewwel stadju, sabiex iqarbu l-metodi tekniċi taċ-ċertifikazzjoni sabiex jottjenu l-istess riżultati. Malli jintlaħaq dan l-għan, għandhom isiru rapporti annwali dwar il-progress fuq it-testijiet komparattivi u jintbagħtu b'mod sigriet lill-Istati Membri u lill-Kummissjoni. Il-Kummissjoni, li taġixxi b'mod konformi mal-proċeduri stabbiliti fl-Artikolu 21, għandha tistabbilixxi d-data għall-ewwel rapport.

3. Il-Kummissjoni, li taġixxi b'mod konformi mal-proċedura stabbilita fl-Artikolu 21, għandha tagħmel l-arranġamenti meħtieġa sabiex jitwettqu t-testijiet komparattivi. Iż-żerriegħa tal-ġwież maħsuda f'pajjiżi terzi tista’ tidaħħal mat-testijiet komparattivi.

Artikolu 21

1. Fejn il-proċedura stabbilita f'dan l-Artikolu għandha tiġi mħarsa, l-affarijiet għandhom jiġu riferuti mill-President, jew fuq inizzjattiva tiegħu stess jew permezz ta' talba minn rappreżentant ta' kull Stat Membru, lill-Kumitat ta' Imwaqqaf dwar iż-Żerriegħa u Materjal ta' Tixrid għall-Agrikoltura, Ortikoltura u Forestrija ('l quddiem imsejjaħ il-"Kumitat") imwaqqaf b'Deċiżjoni tal-Kunsill ta’ l-14 ta' Ġunju 1966.

2. Fi ħdan il-Kumitat, il-voti ta’ l-Istati Membri għandu jkollhom il-piż skond kif hemm provdut fl-Artikolu 148 (2) tat-Trattat. Il-President m'għandux jivvota.

3. Ir-rappreżentant tal-Kummissjoni għandu jissottometti kull abbozz tal-miżuri li għandhom jiġu adottati. Il-Kumitat għandu jagħti l-fehma tiegħu fuq dawn il-miżuri f’kull limitu ta’ żmien stabbilit mill-President skond l-urġenza tal-kwistjoni. Il-fehmiet għandhom jingħataw b'kull maġġoranza ta' tnax-il vot.

4. Il-Kummissjoni għandha tadotta dawn il-miżuri li għandhom japplikaw minnufih. Madankollu, jekk dawn il-miżuri ma jkunux skond il-fehma tal-Kumitat, għandhom ikunu kkomunikati minnufih mill-Kummissjoni lill-Kunsill. F'dak il-każ il-Kummissjoni tista' tiddiferixxi l-applikazzjoni tal-miżuri li tkun adottat għal mhux aktar minn xahar mid-data ta' din il-komunika.

Il-Kunsill, li jaġixxi b'maġġoranza kwalifikata, jista' jieħu deċiżjoni differenti fi żmien xahar.

Artikolu 22

Salv għal kif inhu provdut fl-Anness II (2) fir-rigward tat-tolleranzi għal organiżmi li jagħmlu l-ħsara, din id-Direttiva għandha tkun mingħajr preġudizzju għad-disposizzjonijiet ta' liġijiet nazzjonali ġġustifikati fuq bażi ta' protezzjoni tas-saħħa u tal-ħajja tal-bnedmin, annimali jew pjanti jew tal-ħarsien tal-proprjetà industrijali jew kummerċjali.

Artikolu 23

L-Istati Membri għandhom, mhux aktar tard mill-1 ta' Lulju 1968, idaħħlu fis-seħħ il-liġijiet, regolamenti jew disposizzjonijiet amministrattivi meħtieġa sabiex iħarsu d-disposizzjonijiet ta’ l-Artikolu 14 (1) u, mhux aktar tard mill-1 ta' Lulju 1969, dawk neċessarji sabiex jikkonformaw id- disposizzjonijiet l-oħra ta' din id-Direttiva u ta’ l-Annessi tagħha. Għandhom jinfurmaw lill-Kummissjoni dwar dan minnufih.

Artikolu 24

Din id-Direttiva hija indirizzata lill-Istati Membri.

Magħmula fi Brussel, l-14 ta' Ġunju 1966.

Għall-Kunsill

Il-President

P. Werner

[1] ĠU Nru 109, 9.7.1964, p. 1760/64.

--------------------------------------------------

ANNESS I

Kondizzjonijiet għaċ-ċertifikazzjoni ta’ l-uċuħ tar-raba'

1. L-Uċuħ tar-raba’ għandu jkollhom biżżejjed identità u purità ta' varjetà. Din il-kondizzjoni għandha tapplika lil-linji mnissla minnhom stess tal-qamħirrun li jaqbel magħha.

2. Mill-anqas in-numru ta' spezzjonijiet uffiċjali fuq il-post għandhom isiru:

A.Għall-ħafur, xgħir, ross,qamħ,spelt u rye | 1 |

B.Għall-qamħirrun, matul l-istaġun tal-fjuri

(a)Varjetajiet imdakkra fil-miftuħ | 1 |

(b)Għall-produzzjoni ta' żerriegħa ċċertifikat ta' varjetajiet ibridi | 3 |

(c)Għall-produzzjnoi ta' ibridu sempliċi ta' żerriegħa bażika | 4 |

(d)Linji mnissla minnhom stess | 4 |

3. L-għalqa għandha tkun maħduma u l-wiċċ tar-raba’ fl-istadju ta' dak l-iżvilupp li tippermetti kull verifika xierqa ta’ l-identità u tal-purità tal-varjetà, ta’ l-istat tas-saħħa u, fil-każ tal-qamħirrun, ta’ l-identità u tal-purità tal-linji mnissla minnhom stess u ta’ l-emaskulazzjoni għall produzzjoni taż-żerriegħa tal-varjetajiet ibridi.

4. Għar-rye u l-qamħirrun, id-distanzi minimi mill-uċuħ tar-raba’ ta' ħdejhom ta' varjetajiet oħrajn jew ta' linji imnissla ta’ l-istess speċi u minn uċuħ tar-raba ta’ l-istess varjetà jew ta' linji mnissla li ma jħarsux il-kondizzjonijiet għall-purezza għall-produzzjoni taż-żerriegħa ta’ l-istess kategorija għandha tkun:

| Żerriegħa bażika | Żerriegħa ċċertifikata |

(a)Qamħirrun | 200 m | 200 m |

(b)Rye | 300 m | 250 m |

Dawn id-distanzi jistgħu ma jitqisux jekk hemm biżżejjed ħarsien minn tnissil mhux mixtieq permezz ta’ polline barrani.

5. Mard li jnaqqas l-użu taż-żerriegħa, b'mod partikolari l-Ustilagineae, għandha tkun fl-anqas livell possibbli.

6. Kondizzjonijiet speċjali għall-qamħirrun:

A. Il-persentaġġ bin-numru ta' pjanti li juru stkerriha tipika m'għandhomx ikunu aktar minn:

(a)Għaż-żerriegħa bażika | 0.1 |

(b)Għall-produzzjoni taż-żerriegħa ċċertifikata ta' varjetajiet ibridi | 0.2 |

(ċ)Għall-produzzjoni ta' żerriegħa ta' varjetajiet imdakkra fiul-miftuħ | 0.5 |

B. Fir-rigward ta’ l-'emaskulazzjoni' għall-produzzjoni taż-żerriegħa ta' varjetajiet ibridi, il-persentaġġ tal-pjanti ta' ġenitur femminili aċċertati li ġew minn polline m'għandux ikun aktar minn 1 f’kull spezzjoni uffiċjali ta' kamp u m'għandux ikun aktar minn 2 f’kull spezzjoni uffiċjali tal-kamp imwettaq;

C. Fil-produzzjoni taż-żerriegħa tal-varjetajiet ibridi, kull pjanta ġenitur għandha tiffjorixxi simultanjament.

--------------------------------------------------

ANNESS II

Kondizzjonijiet li għandhom jiġu sodisfatti miż-żerriegħa

1. Iż-żerriegħa għandu jkollha biżżejjed identità u purità tal-varjetà. Din il-kondizzjoni għandha tapplika fil-linji mnissla minnhom infushom tal-qamħirrun li jaqblu magħha.

2. Mard li jnaqqas l-użu taż-żerriegħa għandu jkun ta' lanqas livell possibbli. Fil-każ taż-żerriegħa ċċertifikata, żewġ biċċiet jew frammenti ta' Claviceps purpurea għal kull 500 gramma għandhom jiġu tollerati.

3. A. A. Iż-żerriegħa għandha tkun konformi ma’ l-

istandards

li ġejjin:

| Purità analitika |

Speċi | Kategorija | Purità Minima tal-varjetà | Tnibbit minimu | Purità Analitika Minima | Kontenut Massimu ta' żerriegħa ta' speċi ta' pjanti oħrajn |

Total | Speċi ta' ġwież oħrajn | Speċi ta' pjanti oħrajn |

(a)ĦafurXgħirQamħSpelt | (aa)Żerriegħa bażika | 99,9 | 85 | 98 | 4 | 1 | 3, inkluż 1 ta' raphanus raphanistrumjew Agrostemma githago,0 ta' Avena fatua, Avena sterilis, Avena ludovicianajewLolium temulentum |

(bb)żerriegħa ċċertifikata l-ewwel ġenerazzjoni | 99,7 | 85 | 98 | 10 | 5 | 7, inkluż 3 ta' Raphanus raphanistrumjew Agrostemma githago,0 ta' Avena fatua, Avena sterilis, Avena ludovicianajewLolium temulentum |

(ċċ)Żerriegħa ċċertifikata, tieni ġenerazzjoni | 99 | 85 | 98 | 10 | 5 | 7, inkluż 3 ta' Raphanus raphanistrumjew Agrostemma githago,0 ta' Avena fatua, Avena sterilis, Avena ludovicianajewLolium temulentum |

(b)Ross | (aa)Żerriegħa bażika | 99,9 | 80 | 98 | 4 | żerriegħa waħda ħamra | 1 ta' Panicum |

(bb)żerriegħa ċertifikata, l-ewwel ġenerazzjoni | 99,7 | 80 | 98 | 10 | żewġ żerriegħa ħomor | 3 ta' Panicum |

(ċċ)Żerriegħa ċċertifikata, it-tieni ġenerazzjoni | 99 | 80 | 98 | 10 | tlett żerriegħa ħomor | 3 ta' Panicum |

(ċ)Rye | (aa)Żerriegħa bażika | | 85 | 98 | 4 | 1 | 3, inkluż 1 ta' raphanus raphanistrumjew Agrostemma githago,0 ta' Avena fatua, Avena sterilis, Avena ludovicianajewLolium temulentum |

(bb)Żerriegħa ċċertifikata | | 85 | 98 | 10 | 5 | 7, inkluż 3 ta' Raphanus raphanistrumjew Agrostemma githago,0 ta' Avena fatua, Avena sterilis, Avena ludovicianajewLolium temulentum |

(d)Qamħirrun | (aa )Żerriegħa bażika | | 90 | 98 | 0 | | |

(bb)Żerriegħa ċċertifikata ta' varjeitajiet ibridi | | 90 | 98 | 0 | | |

(ċċ)Żerriegħa ċċertifikata ta' varjetajiet imdakkra fil-miftuħ | | 90 | 98 | 0 | | |

B. Sabiex jintlaħqu l-kondizzjonijiet fir-rigward tal-purità tal-varjetà' minima jsiru spezzjonijiet b'mod ewlieni fl-għalqa.

--------------------------------------------------

ANNESS III

Piż Massimu tal-lott taż-żerriegħa: | 20 tunnellata metrika |

Piż minimu ta' kampjun: | 1000 gramma |

250 gramma għal-linji mnissla tal-qamħirrun |

--------------------------------------------------

ANNESS IV

+++++ TIFF +++++

--------------------------------------------------

Top