Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 22023D0821

    Rakkomandazzjoni Nru 2/2023 tal-Kumitat Konġunt stabbilit mill-Ftehim dwar il-ħruġ tar-Renju Unit tal-Gran Brittanja u l-Irlanda ta’ Fuq mill-Unjoni Ewropea u mill-Komunità Ewropea tal-Enerġija Atomika tal-24 ta’ Marzu 2023 dwar l-Artikolu 13(3a) tal-Protokoll dwar l-Irlanda/l-Irlanda ta’ Fuq [2023/821]

    PUB/2023/432

    ĠU L 102, 17.4.2023, p. 86–86 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, GA, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

    Legal status of the document In force

    17.4.2023   

    MT

    Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

    L 102/86


    RAKKOMANDAZZJONI Nru 2/2023 TAL-KUMITAT KONĠUNT STABBILIT MILL-FTEHIM DWAR IL-ĦRUĠ TAR-RENJU UNIT TAL-GRAN BRITTANJA U L-IRLANDA TA’ FUQ MILL-UNJONI EWROPEA U MILL-KOMUNITÀ EWROPEA TAL-ENERĠIJA ATOMIKA

    tal-24 ta’ Marzu 2023

    dwar l-Artikolu 13(3a) tal-Protokoll dwar l-Irlanda/l-Irlanda ta’ Fuq [2023/821]

    IL-KUMITAT KONĠUNT,

    Wara li kkunsidra l-Ftehim dwar il-ħruġ tar-Renju Unit tal-Gran Brittanja u l-Irlanda ta’ Fuq mill-Unjoni Ewropea u mill-Komunità Ewropea tal-Enerġija Atomika (1) (“il-Ftehim dwar il-Ħruġ”), u b’mod partikolari l-Artikolu 166(1) tiegħu,

    Billi:

    (1)

    L-Artikolu 166(3) tal-Ftehim dwar il-Ħruġ jipprevedi li r-rakkomandazzjonijiet għandhom isiru b’kunsens reċiproku.

    (2)

    Skont l-Artikolu 182 tal-Ftehim dwar il-Ħruġ, il-Protokoll dwar l-Irlanda/l-Irlanda ta’ Fuq (“il-Protokoll”) jifforma parti integrali minn dak il-Ftehim.

    (3)

    Meta bord ta’ arbitraġġ ikun iddeċieda li r-Renju Unit ikun naqas milli jikkonforma mal-kondizzjonijiet stabbiliti fl-Artikolu 13(3a), it-tielet subparagrafu, tal-Protokoll, jenħtieġ li tinkiseb konformità rapida ma’ tali deċiżjoni tal-bord ta’ arbitraġġ,

    GĦAMEL IR-RAKKOMANDAZZJONI LI ĠEJJA:

    Artikolu 1

    Il-Kumitat Konġunt jirrakkomanda lill-Unjoni u lir-Renju Unit dan li ġej:

    F’każ li l-bord ta’ arbitraġġ ikun iddeċieda, f’konformità mal-Artikolu 175 tal-Ftehim dwar il-Ħruġ, li r-Renju Unit ikun naqas milli jikkonforma mal-Artikolu 13(3a), it-tielet subparagrafu, tal-Protokoll, l-Unjoni u r-Renju Unit jaqblu mhux aktar tard minn 30 jum wara tali notifika li sabiex jikkonforma mad-deċiżjoni tal-bord ta’ arbitraġġ, u skont il-każ, sa fejn stabbilit fiha, l-att tal-Unjoni japplika kif emendat jew sostitwit mill-att speċifiku tal-Unjoni, kif definit fl-Artikolu 13(3a) tal-Protokoll, mill-ewwel jum tat-tieni xahar wara n-notifika tad-deċiżjoni tal-bord ta’ arbitraġġ lill-Unjoni u lir-Renju Unit.

    Artikolu 2

    Din ir-Rakkomandazzjoni għandha ssir effettiva fil-jum ta’ wara d-data li fiha tkun saret.

    Magħmul f’Londra, l-24 ta’ Marzu 2023.

    Għall-Kumitat Konġunt

    Il-Kopresidenti

    Maroš ŠEFČOVIČ

    James CLEVERLY


    (1)  ĠU L 29, 31.1.2020, p. 7.


    Top