Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 22016D0122

    Deċiżjoni Nru 1/2016 tal-Komunità/Kumitat tal-Isvizzera dwar it-Trasport Intern tas-16 ta' Diċembru 2015 li temenda l-Annessi 1, 3, 4 u 7 tal-Ftehim bejn il-Komunità Ewropea u l-Konfederazzjoni Żvizzera dwar it-trasport ta' merkanzija u passiġġieri permezz tal-linji tal-ferrovija u tat-triq [2016/122]

    ĠU L 23, 29.1.2016, p. 82–101 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

    Legal status of the document In force

    ELI: http://data.europa.eu/eli/dec/2016/122/oj

    29.1.2016   

    MT

    Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

    L 23/82


    DEĊIŻJONI Nru 1/2016 TAL-KOMUNITÀ/KUMITAT TAL-ISVIZZERA DWAR IT-TRASPORT INTERN

    tas-16 ta' Diċembru 2015

    li temenda l-Annessi 1, 3, 4 u 7 tal-Ftehim bejn il-Komunità Ewropea u l-Konfederazzjoni Żvizzera dwar it-trasport ta' merkanzija u passiġġieri permezz tal-linji tal-ferrovija u tat-triq [2016/122]

    IL-KUMITAT,

    wara li kkunsidra l-Ftehim bejn il-Komunità Ewropea u l-Konfederazzjoni Żvizzera dwar it-trasport ta' merkanzija u passiġġieri permezz tal-linji tal-ferrovija u tat-triq (minn hawn 'il quddiem magħruf bħala “il-Ftehim”), u b'mod partikolari l-Artikolu 52(4) tiegħu,

    billi:

    (1)

    L-ewwel inċiż tal-Artikolu 52(4) tal-Ftehim jistipula li l-Kumitat Konġunt għandu jadotta deċiżjonijiet li jemendaw l-Annessi 1, 3, 4 u 7.

    (2)

    L-Anness 1 ġie emendat bid-Deċiżjoni 1/2013 tal-Kumitat Konġunt tas-6 ta' Diċembru 2013 (1).

    (3)

    Ġew adottati atti legali ġodda tal-Unjoni Ewropea fl-oqsma koperti mil-Ftehim. It-testi tal-Annessi 1, 3, 4 u 7 għandhom jiġu emedati biex jitqies it-tibdil fil-leġiżlazzjoni rilevanti tal-Unjoni Ewropea. Għal raġunijiet ta' ċarezza tad-dritt u simplifikazzjoni, ikun aħjar li l-Annessi 1, 3, 4 u 7 tal-Ftehim jinbidlu bl-Annessi ta' din id-Deċiżjoni,

    IDDEĊIEDA DAN LI ĠEJ:

    Artikolu 1

    1.   L-Anness 1 tal-Ftehim jinbidel bit-test tal-Anness 1 ta' din id-Deċiżjoni.

    2.   L-Anness 3 tal-Ftehim jinbidel bit-test tal-Anness 2 ta' din id-Deċiżjoni.

    3.   L-Anness 4 tal-Ftehim jinbidel bit-test tal-Anness 3 ta' din id-Deċiżjoni.

    4.   L-Anness 7 tal-Ftehim jinbidel bit-test tal-Anness 4 ta' din id-Deċiżjoni.

    Artikolu 2

    Għat-trasport tal-merkanzija li jsir permezz ta' vetturi bil-mutur irreġistrati fl-Iżvizzera li l-massa mgħobbija tagħhom awtorizzata, inkluża dik tat-trejlers, hija bejn 3,5 u 6 tunnellati, l-obbligu ta' pussess tal-liċenzja previst fl-Artikolu 3 tar-Regolament (KE) Nru 1072/2009 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (2) japplika biss mill-1 ta' Jannar 2018.

    Artikolu 3

    Ir-referenzi għar-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 881/92 (3) li hemm fl-Artikolu 9 tal-Ftehim huma meqjusin li jirreferu għar-Regolament (KE) Nru 1072/2009 u r-referenzi għar-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 684/92 (4) li hemm fl-Artikolu 17 tal-Ftehim huma meqjusin li jirreferu għar-Regolament (KE) Nru 1073/2009 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (5).

    Artikolu 4

    Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ fl-1 ta' Jannar 2016.

    Magħmula fi Brussell, is-16 ta' Diċembru 2015.

    Għall-Unjoni Ewropea

    Il-President

    Fotis KARAMITSOS

    Għall-Konfederazzjoni Żvizzera

    Il-Kap tad-Delegazzjoni Żvizzera

    Peter FÜGLISTALER


    (1)  ĠU L 352 du 24.12.2013, p. 79.

    (2)  Ir-Regolament (KE) Nru 1072/2009 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-21 ta' Ottubru 2009 bil-ħsieb tal-adozzjoni tar-Regolament (KE) …/2009 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar regoli komuni għall-aċċess għas-suq internazzjonali tat-trasport bit-triq tal-merkanzija (ĠU L 300, 14.11.2009, p. 72).

    (3)  Ir-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 881/92 tas-26 ta' Marzu 1992 dwar l-aċċess għas-suq tat-trasport ta' merkanzija bit-triq fil-Komunità lejn jew mit-territorju ta' Stat Membru jew li jgħaddi mit-territorju ta' wieħed jew aktar mill-Istati Membri (ĠU L 95, 9.4.1992, p. 1).

    (4)  Ir-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 684/92 tas-16 ta' Marzu 1992 dwar regoli komuni għat-trasport internazzjonali ta' passiġġieri bil-coach u bix-xarabank (ĠU L 74, 20.3.1992, p. 1).

    (5)  Ir-Regolament (KE) Nru 1073/2009 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-21 ta' Ottubru 2009 dwar regoli komuni għall-aċċess għas-suq internazzjonali tas-servizzi tal-kowċ u x-xarabank u li jħassar ir-Regolament (KE) Nru 561/2006 (ĠU L 300, 14.11.2009 p. 88).


    ANNESS 1

    “ANNESS 1

    DISPOŻIZZJONIJIET APPLIKABBLI

    Skont l-Artikolu 52(6) ta' dan il-Ftehim, l-Iżvizzera għandha tapplika d-dispożizzjonijiet legali ekwivalenti għal dawn li ġejjin:

    Dispożizzjonijiet rilevanti tal-Liġi tal-Unjoni

    TAQSIMA 1 — L-AĊĊESS GĦALL-IMPJIEGI

    Id-Direttiva 2006/1/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-18 ta' Jannar 2006 dwar l-użu ta' vetturi mikrija mingħajr is-sewwieq għat-trasport ta' merkanzija bit-triq (ĠU L 33, 4.2.2006, p. 82).

    Ir-Regolament (KE) Nru 1071/2009 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-21 ta' Ottubru 2009 li jistabbilixxi regoli komuni dwar il-kondizzjonijiet li għandhom jiġu rispettati għall-eżerċizzju tal-professjoni ta' operatur tat-trasport bit-triq u li jħassar id-Direttiva tal-Kunsill 96/26/KE (ĠU L 300, 14.11.2009 p. 51), kif emendat l-aħħar bir-Regolament tal-Kunsill (UE) Nru 517/2013 tat-13 ta' Mejju 2013 (ĠU L 158, 10.6.2013, p. 1).

    Ir-Regolament (KE) Nru 1072/2009 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-21 ta' Ottubru 2009 bil-ħsieb tal-adozzjoni tar-Regolament (KE) …/2009 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar regoli komuni għall-aċċess għas-suq internazzjonali tat-trasport bit-triq tal-merkanzija (ĠU L 300, 14.11.2009, p. 72), kif emendat l-aħħar bir-Regolament tal-Kunsill (UE) Nru 517/2013 tat-13 ta' Mejju 2013 (ĠU L 158, 10.6.2013, p. 1).

    Għall-iskopijiet ta' dan il-Ftehim,

    (a)

    l-Unjoni Ewropea u l-Konfederazzjoni Żvizzera għandhom jeżentaw liċ-ċittadini kollha tal-Konfederazzjoni Żvizzera, tal-Istati Membri tal-Unjoni Ewropea u tal-Istati Membri taż-Żona Ekonomika Ewropea mill-obbligu li jkollhom attestazzjoni ta' xufier.

    (b)

    il-Konfederazzjoni Żvizzera ma tistax teżenta liċ-ċittadini ta' Stati oħra minbarra dawk imsemmija fil-punt a) mill-obbligu li jkollhom fil-pussess tagħhom attestazzjoni ta' xufier qabel ma tikkonsulta u tikseb l-approvazzjoni tal-Unjoni Ewropea.

    (c)

    id-dispożizzjonijiet tal-Kapitolu III tar-Regolament (KE) Nru 1072/2009 (dwar il-kabotaġġ) ma japplikawx.

    Ir-Regolament (KE) Nru 1073/2009 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-21 ta' Ottubru 2009 dwar regoli komuni għall-aċċess għas-suq internazzjonali tas-servizzi tal-kowċ u x-xarabank u li jħassar ir-Regolament (KE) Nru 561/2006 (ĠU L 300, 14.11.2009 p. 88), kif emendat l-aħħar bir-Regolament tal-Kunsill (UE) Nru 517/2013 tat-13 ta' Mejju 2013 (ĠU L 158, 10.6.2013, p. 1).

    Għall-finijiet ta' dan il-Ftehim, id-dispożizzjonijiet tal-Kapitolu V tar-Regolament (KE) Nru 1073/2009 (dwar il-kabotaġġ) ma japplikawx.

    Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2009/992/UE tas-17 ta' Diċembru 2009 dwar ir-rekwiżiti minimi għad-dejta li trid tiddaħħal fir-reġistru elettroniku nazzjonali tal-impriżi tat-trasport bit-triq (ĠU L 339, 22.12.2009, p. 36).

    Ir-Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 1213/2010 tas-16 ta' Diċembru 2010 li jistabbilixxi regoli komuni li jikkonċernaw l-interkonnessjoni tar-reġistri elettroniċi nazzjonali tal-impriżi tat-trasport bit-triq (ĠU L 335, 18.12.2010, p. 21).

    Ir-Regolament (UE) Nru 361/2014 tal-Kummissjoni tad-9 ta' April 2014 li jistabbilixxi regoli dettaljati għall-applikazzjoni tar-Regolament (KE) Nru 1073/2009 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar id-dokumenti għat-trasport internazzjonali ta' passiġġieri bil-kowċ u x-xarabank u li jħassar ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 2121/98 (KE) Nru 2121/98 (ĠU L 107, 10.4.2014, p. 39).

    TAQSIMA 2 — L-ISTANDARDS SOĊJALI

    Ir-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 3821/85 tal-20 ta' Diċembru 1985 dwar apparat ta' registrazzjoni għat-trasport bit-triq (ĠU L 370, 31.12.1985, p. 8), kif emendat l-aħħar bir-Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 1161/2014 tat-30 ta' Ottubru 2014 (ĠU L 311, 31.10.2014, p. 19).

    Id-Direttiva tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill 2002/15/KE tal-11 ta' Marzu 2002 dwar l-organizzazzjoni tal-ħin tax-xogħol ta' ħaddiema li jwettqu attivitajiet mobbli tat-trasport fit-toroq (ĠU L 80, 23.3.2002, p. 35).

    Id-Direttiva 2003/59/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-15 ta' Lulju 2003 dwar il-kwalifika inizjali u taħrig perjodiku ta' sewwieqa ta' ċerti vetturi tat-triq għat-trasport ta' prodotti jew passiġġieri, li temenda r-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 3820/85 u d-Direttiva tal-Kunsill 91/439/KEE u li tħassar id-Direttiva tal-Kunsill 76/914/KEE (ĠU L 226, 10.9.2003, p. 4).

    Ir-Regolament (KE) Nru 561/2006 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-15 ta' Marzu 2006 dwar l-armonizzazzjoni ta' ċerta leġislazzjoni soċjali li għandha x'taqsam mat-trasport bit-triq u li jemenda r-Regolamenti tal-Kunsill (KEE) Nru 3821/85 u (KE) Nru 2135/98 u li jħassar ir-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 3820/85 (ĠU L 102, 11.4.2006, p. 1).

    Id-Direttiva 2006/22/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-15 ta' Marzu 2006 dwar il-kondizzjonijiet minimi għall-implimentazzjoni tar-Regolamenti tal-Kunsill (KEE) Nri 3820/85 u 3821/85 dwar il-leġiżlazzjoni soċjali li għandha x'taqsam ma' attivitajiet tat-trasport bit-triq u li tħassar id-Direttiva tal-Kunsill 88/599/KEE (ĠU L 102, 11.4.2006, p. 35).

    Ir-Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 581/2010 tal-1 ta' Lulju 2010 dwar il-perjodi massimi għat-tniżżil ta' dejta rilevanti mill-unitajiet tal-vetturi u minn kards tas-sewwieqa (ĠU L 168, 2.7.2010, p. 16).

    TAQSIMA 3 — STANDARDS TEKNIĊI

    Vetturi bil-mutur

    Id-Direttiva tal-Kunsill 70/157/KEE tas-6 ta' Frar 1970 dwar l-approssimazzjoni tal-liġijiet tal-Istati Membri li jirigwardjaw il-livell permissibbli tal-ħoss u tas-sistema tal-exhaust tal-vetturi bil-mutur (ĠU L 42, 23.2.1970, p. 16) kif emendata l-aħħar mid-Direttiva tal-Kummissjoni 2007/34/KE (ĠU L 155, 15.6.2007, p. 49).

    Id-Direttiva tal-Kunsill 88/77/KEE tat-3 ta' Diċembru 1987 dwar l-approssimazzjoni tal-liġijiet tal-Istati Membri li għandhom x'jaqsmu mal-miżuri li għandhom jittieħdu kontra l-emissjoni ta' sustanzi li jniġġsu gassużi minn magni li jaħdmu bid-diesel għall-użu f'vetturi (ĠU L 36, 9.2.1988, p. 33) kif emendata l-aħħar mid-Direttiva tal-Kummissjoni 2001/27/KE tal-10 ta' April 2001 (ĠU L 107, 18.4.2001, p. 10).

    Id-Direttiva tal-Kunsill 91/671/KEE tas-16 ta' Diċembru 1991 dwar l-approssimazzjoni tal-ligijiet tal-Istati Membri dwar l-użu mandatorju taċ-ċintorini tas-sigurtà f'vetturi ta' inqas minn 3,5 tunnellati (ĠU L 373, 31.12.1991, p. 26), kif emendata l-aħħar bid-Direttiva ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni 2014/37/UE tas-27 ta' Frar 2014 (ĠU L 59, 28.2.2014, p. 32).

    Id-Direttiva tal-Kunsill 92/6/KEE tal-10 ta' Frar 1992 dwar l-istallazzjoni u l-użu ta' apparat li jillimita l-veloċità għal ċerti kategoriji ta' vetturi tal-mutur fil-Komunità (ĠU L 57, 2.3.1992, p. 27) kif emendata l-aħħar mid-Direttiva 2002/85/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-5 ta' Novembru 2002 (ĠU L 327, 4.12.2002, p. 8).

    Id-Direttiva tal-Kunsill 92/24/KEE tal-31 ta' Marzu 1992 relatata ma' tagħmir li jillimita l-veloċità jew sistemi bħal dawn abbord li jillimitaw il-veloċità ta' ċerti kategoriji ta' vetturi bil-mutur (ĠU L 129, 14.5.1992, p. 154), kif emendata bid-Direttiva 2004/11/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-11 ta' Frar 2004 (ĠU L 44, 14.2.2004, p. 19).

    Id-Direttiva tal-Kunsill 96/53/KEE tal-25 ta' Lulju 1996 li tistabbilixxi għal ċerti vetturi tat-triq li jiċċirkolaw fi ħdan il-Komunità d-dimensjonijiet massimi awtorizzati fit-traffiku nazzjonali u internazzjonali u l-piżijiet massimi awtorizzati fit-traffiku internazzjonali (ĠU L 235, 17.9.1996, p. 59), kif emendata bid-Direttiva 2002/7/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-18 ta' Frar 2002 (ĠU L 67, 9.3.2002, p. 47).

    Ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 2411/98 tat-3 ta' Novembru 1998 dwar kif jingħaraf fit-traffiku inter-Komunitarju d-distintiv tal-Istat Membru fejn ikunu rreġistrati l-vetturi bil-mutur u t-trejlers tagħhom (ĠU L 299, 10.11.1998, p. 1).

    Id-Direttiva 2000/30/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-6 ta' Ġunju 2000 dwar l-ispezzjoni teknika tal-ġenb tat-triq biex jiġi stabbilit jekk il-vetturi kummerċjali li jiċċirkulaw fil-Komunità humiex tajba għat-triq (ĠU L 203, 10.8.2000, p. 1), kif emendata l-aħħar mid-Direttiva tal-Kummissjoni 2010/47/UE tal-5 ta' Lulju 2010 (ĠU L 173, 8.7.2010, p. 33).

    Id-Direttiva 2005/55/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-28 ta' Settembru 2005 dwar l-approssimazzjoni tal-liġijiet tal-Istati Membri relatati mal-miżuri li għandhom jittieħdu kontra l-emissjoni ta' inkwinanti gassużi u partikulati minn magni li jaħdmu b'compression ignition għall-użu f'vetturi, u l-emissjoni ta' inkwinanti gassużi minn magni b'positive ignition li jaħdmu bil-gass naturali jew bil-gass likwidu tal-petroljum għall-użu f'vetturi (ĠU L 275, 20.10.2005, p. 1) kif emendata l-aħħar mid-Direttiva tal-Kummissjoni 2008/74/KE tat-18 ta' Lulju 2008 (ĠU L 192, 19.7.2008, p. 51).

    Id-Direttiva 2009/40/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-6 ta' Mejju 2009 dwar testijiet tal-kondizzjoni ta' vetturi u tal-karrijiet tagħhom għat-triq (Tfassil mill-ġdid) (ĠU L 141, 6.6.2009, p. 12).

    Ir-Regolament (KE) Nru 595/2009 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-18 ta' Ġunju 2009 dwar l-approvazzjoni tat-tip ta' vetturi bil-mutur u magni rigward l-emissjonijiet minn vetturi heavy duty (Euro VI) u dwar l-aċċess għal informazzjoni dwar it-tiswija u l-manutenzjoni tal-vetturi u li jemenda r-Regolament (KE) Nru 715/2007 u d-Direttiva 2007/46/KE u li jħassar id-Direttivi 80/1269/KEE, 2005/55/KE u 2005/78/KE (ĠU L 188, 18.7.2009, p. 1), kif emendat l-aħħar bir-Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 133/2014 tal-31 ta' Jannar 2014 (ĠU L 47, 18.2.2014, p. 1).

    Ir-Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 582/2011 tal-25 ta' Mejju 2011 li jimplimenta u jemenda r-Regolament (KE) Nru 595/2009 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill rigward l-emissjonijiet minn vetturi heavy-duty (Euro VI) u li jemenda l-Annessi I u III għad-Direttiva 2007/46/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (ĠU L 167, 25.6.2011, p. 1), kif emendat l-aħħar bir-Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 627/2014 tat-12 ta' Ġunju 2014 (ĠU L 174, 13.6.2014, p. 28).

    Trasport ta' oġġetti perikolużi

    Id-Direttiva tal-Kunsill 95/50/KEE tas-6 ta' Ottubru 1995 dwar proċeduri uniformi għal verifiki fuq it-trasport ta' merkanzija perikoluża bit-triq (ĠU L 249, 17.10.1995, p. 35) kif emendata l-aħħar mid-Direttiva 2008/54/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-17 ta' Ġunju 2008 (ĠU L 162, 21.6.2008, p. 11).

    Id-Direttiva 2008/68/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-24 ta' Settembru 2008 dwar it-trasport intern ta' oġġetti perikolużi (ĠU L 260, 30.9.2008, p. 13) kif emendata l-aħħar mid-Direttiva tal-Kummissjoni 2014/103/UE tal-21 ta' Novembru 2014 (ĠU L 335, 22.11.2014, p. 15).

    Għall-iskopijiet ta' dan il-Ftehim, fl-Iżvizzera japplikaw id-derogi tad-Direttiva 2008/68/KE li ġejjin:

    1.   It-trasport bit-triq

    Id-derogi għall-Iżvizzera skont l-Artikolu 6(2)(a) tad-Direttiva 2008/68/KE tal-24 ta' Settembru 2008 dwar it-trasport intern ta' oġġetti perikolużi

    RO — a — CH — 1

    Suġġett: It-trasport ta' fjuwil tad-diżil u taż-żejt għat-tisħin bin-numru ONU 1202 fil-kontejners għamla ta' tank.

    Ir-referenza għat-Taqsima I.1 tal-Anness I, ta' din id-Direttiva: il-punti 1.1.3.6 u 6.8.

    Il-kontenut tal-Anness tad-Direttiva: l-eżenzjonijiet relatati mal-kwantitajiet ittrasportati għal kull unità ta' trasport, ir-regolamenti li jikkonċernaw il-kostruzzjoni ta' tankijiet.

    Il-kontenut tal-leġiżlazzjoni nazzjonali: il-kontejners għamla ta' tank li mhumiex mibnija skont id-dispożizzjonijiet tal-punt 6.8 imma skont il-leġiżlazzjoni nazzjonali, li jkollhom kapaċità ta' 1 210 l jew anqas u li jintużaw għat-trasport ta' żejt għat-tisħin jew għall-fjuwil tad-diżil bin-numru ONU 1202 jistgħu jibbenefikaw mill-eżenzjonijiet skont il-punt 1.1.3.6 tal-ADR.

    Ir-referenza inizjali għal-leġiżlazzjoni nazzjonali: il-punti 1.1.3.6.3(b) u 6.14 tal-Appendiċi 1, tal-Ordinanza dwar it-trasport ta' oġġetti perikolużi bit-triq (SDR; RS 741.621).

    Data ta' skadenza: l-1 ta' Jannar 2017.

    RO — a — CH — 2

    Suġġett: l-eżenzjoni mir-rekwiżit li jinġarr dokument tat-trasport għal ċerti kwantitajiet ta' oġġetti perikolużi kif iddefinit f'1.1.3.6.

    Ir-referenza għat-Taqsima I.1 tal-Anness I, ta' din id-Direttiva: il-punti 1.1.3.6 u 5.4.1.

    Il-kontenut tal-Anness tad-Direttiva: rekwiżit li jkun hemm dokument tat-trasport.

    Il-kontenut tal-leġiżlazzjoni nazzjonali: it-trasport ta' kontenituri vojta mhux imnaddfa li jidħlu fil-Kategorija tat-Trasport 4 u ċilindri tal-gass mimlija jew vojta għal tagħmir tan-nifs għall-użu minn servizzi ta' emerġenza jew bħala tagħmir għal taħt l-ilma, fi kwantitajiet li ma jaqbżux il-limiti stipulati fil-punt 1.1.3.6, mhuwiex suġġett għall-obbligu li jkollu dokument tat-trasport previst fil-punt 5.4.1.

    Ir-referenza inizjali għal-leġiżlazzjoni nazzjonali: il-paragrafu 1.1.3.6.3(c) tal-Appendiċi 1, tal-Ordinanza dwar it-trasport ta' oġġetti perikolużi bit-triq (SDR; RS 741.621).

    Data ta' skadenza: l-1 ta' Jannar 2017.

    RO — a — CH — 3

    Suġġett: it-trasport ta' tankijiet vojta u mhux imnaddfa minn kumpaniji li jagħtu servizz ta' manutenzjoni lill-faċilitajiet tal-ħżin għal-likwidi perikolużi għall-ilma.

    Ir-referenza għat-Taqsima I.1 tal-Anness I, ta' din id-Direttiva: il-punti 6.5, 6.8, 8.2 u 9.

    Il-kontenut tal-Anness tad-Direttiva: il-kostruzzjoni, it-tagħmir u l-ispezzjoni ta' tankijiet u vetturi; taħriġ għas-sewwieq

    Il-kontenut tal-leġiżlazzjoni nazzjonali: Vetturi u tankijiet/kontenituri vojta mhux imnaddfa li jintużaw minn kumpaniji ta' manutenzjoni fil-faċilitajiet tal-ħżin għal-likwidi perikolużi għall-ilma biex iżommu likwidi waqt li tkun qed issir manutenzjoni fuq it-tankijiet stazzjonarji mhumiex suġġetti għar-regolamenti tal-kostruzzjoni, it-tagħmir u l-ispezzjoni jew ir-regolamenti dwar it-tikkettar u l-identifikazzjoni ‘orange-plate’ stipulati mill-ADR. Dawn huma soġġetti għal regolamenti partikolari dwar it-tikketti u l-identifikazzjoni, u x-xufier tal-vettura mhux obbligat li jieħu t-taħriġ deskritt fil-punt 8.2.

    Ir-referenza inizjali għal-leġiżlazzjoni nazzjonali: il-punt 1.1.3.6.3.10 tal-Appendiċi 1, tal-Ordinanza dwar it-trasport ta' oġġetti perikolużi bit-triq (SDR; RS 741.621).

    Data ta' skadenza: l-1 ta' Jannar 2017.

    Id-derogi għall-Iżvizzera skont l-Artikolu 6(2)(b)(i) tad-Direttiva 2008/68/KE tal-24 ta' Settembru 2008 dwar it-trasport intern ta' oġġetti perikolużi.

    RO — bi — CH — 1

    Suġġett: it-trasport ta' skart domestiku li jkun fih oġġetti perikolużi lejn impjanti għar-rimi tal-iskart.

    Ir-referenza għat-Taqsima I.1 tal-Anness I, ta' din id-Direttiva: il-punti 2, 4.1.10, 5.2 u 5.4.

    Il-kontenut tal-Anness tad-Direttiva: il-klassifikazzjoni, il-pakketti kkumbinati, l-immarkar u t-ttikkettar, id-dokumentazzjoni.

    Il-kontenut tal-leġiżlazzjoni nazzjonali: ir-regoli jinkludu dispożizzjonijiet li jirrelataw mal-klassifikazzjoni ssimplifikata ta' skart domestiku li jkun fih oġġetti perikolużi (domestiċi) minn espert rikonoxxut mill-awtorità kompetenti, għall-użu ta' reċipjenti xierqa u għat-taħriġ tas-sewwieq. L-iskart domestiku li ma jistax jiġi kklassifikat mill-espert jista' jiġi ttrasportat għal ċentru ta' trattament fi kwantitajiet żgħar identifikati mill-pakkett u bl-unità tat-trasport.

    Ir-referenza inizjali għal-leġiżlazzjoni nazzjonali: il-paragrafu 1.1.3.7 tal-Appendiċi 1, tal-Ordinanza dwar it-trasport ta' oġġetti perikolużi bit-triq (SDR; RS 741.621).

    Kummenti: Dawn ir-regoli jistgħu jiġu applikati għat-trasport ta' skart domestiku li jkun fih oġġetti perikolużi bejn il-postijiet tat-trattament pubbliċi u l-impjanti għar-rimi tal-iskart.

    Data ta' skadenza: l-1 ta' Jannar 2017.

    RO — bi — CH — 2

    Suġġett: it-trasport lura tal-logħob tan-nar

    Ir-referenza għat-Taqsima I.1 tal-Anness I, ta' din id-Direttiva: il-punti 2.1.2 u 5.4.

    Il-kontenut tal-Anness tad-Direttiva: il-klassifikazzjoni u d-dokumentazzjoni

    Il-kontenut tal-leġiżlazzjoni nazzjonali: bl-għan li jiġi ffaċilitat it-trasport lura tal-logħob tan-nar bin-numri ONU 0335,0336 u 0337 minn bejjiegħa bl-imnut għal fornituri, huma previsti l-eżenzjonijiet fir-rigward tal-indikazzjoni tal-massa netta u l-klassifikazzjoni tal-prodott fid-dokument tat-trasport.

    Ir-referenza inizjali għal-leġiżlazzjoni nazzjonali: il-paragrafu 1.1.3.8 tal-Appendiċi 1, tal-Ordinanza dwar it-trasport ta' oġġetti perikolużi bit-triq (SDR; RS 741.621).

    Kummenti: il-verifika ddettaljata tal-kontenut eżatt ta' kull oġġett ta' prodott mhux mibjugħ f'kull pakkett hija prattikament impossibbli għall-prodotti maħsuba għall-kummerċ bl-imnut.

    Data ta' skadenza: l-1 ta' Jannar 2017.

    RO — bi — CH — 3

    Suġġett: iċ-ċertifikati ta' taħriġ tal-ADR għal vjaġġi li jsiru bl-iskop li jiġu ttrasportati vetturi li tkun ġratilhom il-ħsara, vjaġġi biex jitwettqu tiswijiet, vjaġġi biex jiġu eżaminati vetturi bit-tank/it-tankijiet, u għal vjaġġi li jsiru f'vetturi bit-tank minn esperti responsabbli għall-eżaminazzjoni tal-vettura kkonċernata.

    Ir-referenza għat-Taqsima I.1 tal-Anness I, ta' din id-Direttiva: il-punt 8.2.1.

    Il-kontenut tal-Anness tad-Direttiva: is-sewwieqa tal-vetturi għandhom jattendu korsijiet ta' taħriġ.

    Il-kontenut tal-leġiżlazzjoni nazzjonali: iċ-ċertifikati tat-taħriġ tal-ADR mhumiex rikjesti għal vjaġġi li jsiru bl-iskop li jiġu ttrasportati vetturi li tkun saritilhom il-ħsara jew għal provi tas-sewqan relatati ma' tiswijiet, vjaġġi li jsiru f'vetturi bit-tank bl-għan li tiġi eżaminata l-vettura bit-tank jew it-tank, u għal vjaġġi li jsiru minn esperti responsabbli għall-eżaminazzjoni tal-vetturi bit-tank.

    Ir-referenza inizjali għal-leġiżlazzjoni nazzjonali: l-istruzzjonijiet tat-30 ta' Settembru 2008 tad-Dipartiment Federali tal-Ambjent, it-Trasport, l-Enerġija u l-Komunikazzjoni (DETEC — Federal Department of Environment, Transport, Energy and Communication) dwar it-trasport ta' oġġetti perikolużi bit-triq.

    Kummenti: F'xi wħud mill-każijiet, il-vetturi li tiġrilhom il-ħsara jew li qed isirulhom it-tiswijiet u vetturi bit-tank li qed jitħejjew għal spezzjoni teknika jew li qed jiġu vverifikati matul l-ispezzjoni jkunu għadhom qed iġorru oġġetti perikolużi.

    Ir-rekwiżiti fil-punt 1.3 u 8.2.3 għadhom applikabbli.

    Data ta' skadenza: l-1 ta' Jannar 2017.

    2.   It-trasport bil-ferrovija

    Id-derogi għall-Iżvizzera skont l-Artikolu 6(2)(a) tad-Direttiva 2008/68/KE tal-24 ta' Settembru 2008 dwar it-trasport intern ta' oġġetti perikolużi

    RA — a — CH — 1

    Suġġett: It-trasport ta' fjuwil tad-diżil u taż-żejt għat-tisħin bin-numru ONU 1202 fil-kontejners għamla ta' tank.

    Ir-referenza għat-Taqsima II.1 tal-Anness II, ta' din id-Direttiva: il-punt 6.8.

    Il-kontenut tal-Anness tad-Direttiva: ir-Regolamenti li jikkonċernaw il-kostruzzjoni tat-tankijiet.

    Il-kontenut tal-leġiżlazzjoni nazzjonali: il-kontejners għamla ta' tank li mhumiex mibnija skont il-punt 6.8 imma skont il-leġiżlazzjoni nazzjonali, li jkollhom kapaċità ta' 1 210 l jew anqas u li jintużaw għat-trasport ta' żejt għat-tisħin jew fjuwil tad-diżil bin-numru ONU 1202 huma awtorizzati.

    Ir-referenza inizjali għal-leġiżlazzjoni nazzjonali: l-Anness tal-Ordinanza tad-DETEC tat-3 ta' Diċembru 1996 dwar it-trasport ta' oġġetti perikolużi bil-ferrovija u bl-installazzjoni tal-funikular (RSD, RS 742.401.6) u l-Kapitolu 6.14 tal-Appendiċi 1 tal-Ordinanza dwar it-trasport ta' oġġetti perikolużi bit-triq (SDR, RS 741.621).

    Data ta' skadenza: l-1 ta' Jannar 2017.

    RA — a — CH — 2

    Suġġett: Id-dokument ta' trasport.

    Ir-referenza għat-Taqsima II.1 tal-Anness II, ta' din id-Direttiva: il-punt 5.4.1.1.1.

    Il-kontenut tal-Anness tad-Direttiva: Informazzjoni ġenerali meħtieġa fid-dokument ta' trasport.

    Il-kontenut tal-leġiżlazzjoni nazzjonali: l-użu ta' terminu kollettiv fid-dokument tat-trasport u lista mehmuża li fiha l-informazzjoni preskritta kif stipulat hawn fuq.

    Ir-referenza inizjali għal-leġiżlazzjoni nazzjonali: l-Anness tal-Ordinanza tad-DETEC tat-3 ta' Diċembru 1996 dwar it-trasport ta' oġġetti perikolużi bil-ferrovija u bl-installazzjoni tal-funikular (RSD, RS 742.401.6).

    Data ta' skadenza: l-1 ta' Jannar 2017.

    Id-Direttiva 2010/35/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-16 ta' Ġunju 2010 dwar apparat ta' pressjoni li jista' jinġarr u li tħassar id-Direttivi tal-Kunsill 76/767/KEE, 84/525/KEE, 84/526/KEE, 84/527/KEE u 1999/36/KE (ĠU L 165, 30.6.2010, p. 1).

    TAQSIMA 4 — DRITTIJIET TA' AĊĊESS U TRANŻITU FIR-RIGWARD TAL-FERROVIJI

    Id-Direttiva tal-Kunsill 91/440/KEE tad-29 ta' Lulju 1991 dwar l-iżvilupp tal-linji tal-ferrovija tal-Komunità (ĠU L 237, 24.8.1991, p. 25).

    Id-Direttiva tal-Kunsill 95/18/KE tad-19 ta' Ġunju 1995 dwar il-liċenzjar ta' impriżi ferrovjarji (ĠU L 143, 27.6.1995, p. 70).

    Id-Direttiva tal-Kunsill 95/19/KE tad-19 ta' Ġunju 1995 dwar l-allokazzjoni tal-kapaċità tal-infrastruttura tal-linji tal-ferroviji u l-ħlas ta' drittijiet tal-infrastruttura (ĠU L 143, 27.6.1995, p. 75).

    Id-Direttiva 2004/49/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tad-29 ta' April 2004 fuq is-sigurtà tal-linji tal-ferrovija tal-Komunità u li temenda d-Direttiva tal-Kunsill 95/18/KE fuq l-għoti tal-liċenzi tal-impriżi tal-linji tal-ferrovija u d-Direttiva 2001/14/KE fuq l-allokazzjoni tal-kapaċità tal-infrastruttura tal-linji tal-ferrovija u l-intaxxar tal-piżijiet għall-użu tal-infrastruttura tal-linji tal-ferrovija u ċ-ċertifikazzjoni tas-sigurtà (Id-Direttiva tas-Sigurtà Tal-Linji tal-Ferrovija) ĠU L 164, 30.4.2004, p. 44) kif emendata l-aħħar mid-Direttiva tal-Kummissjoni 2014/88/UE tad-9 ta' Lulju 2014 (ĠU L 201, 10.7.2014, p. 9).

    Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 653/2007 tat-13 ta' Ġunju 2007 dwar l-użu ta' format komuni Ewropew għaċ-ċertifikati tas-sigurtà u d-dokumenti tal-applikazzjoni skont l-Artikolu 10 tad-Direttiva 2004/49/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill u dwar il-validità taċ-ċertifikati tas-sigurtà li nħarġu skont id-Direttiva 2001/14/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (ĠU L 153, 14.6.2007, p. 9), kif emendat l-aħħar bir-Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 445/2011 tal-10 ta' Mejju 2011 (ĠU L 122, 11.5.2011, p. 22).

    Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni Nru 2007/56/KE tad-9 ta' Novembru 2007 li tadotta speċifikazzjoni komuni tar-reġistru nazzjonali tal-vetturi previst fl-Artikoli 14(4) u (5) tad-Direttivi 96/48/KE u 2001/16/KE (ĠU L 305, 23.11.2007, p. 30), kif emendata l-aħħar bid-Direttiva 2011/107/UE tal-Kummissjoni tal-10 ta' Frar 2011 (ĠU L 43, 17.2.2011, p. 33).

    Id-Direttiva 2008/57/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-17 ta' Ġunju 2008 dwar l-interoperabilità tas-sistema ferrovjarja fil-Komunità (tfassil mill-ġdid) ĠU L 191, 18.7.2008, p. 1), kif emendata l-aħħar mid-Direttiva tal-Kummissjoni 2014/38/UE tal-10 ta' Marzu 2014 (ĠU L 70, 11.3.2014, p. 20).

    Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 352/2009 tal-24 ta' April 2009 dwar l-adozzjoni ta' metodu komuni tas-sikurezza dwar l-evalwazzjoni u l-valutazzjoni tar-riskji kif imsemmi fl-Artikolu 6(3)(a) tad-Direttiva 2004/49/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (ĠU L 108, 29.4.2009, p. 4).

    Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2010/713/UE tad-9 ta' Novembru 2010 dwar moduli għall-proċeduri għal valutazzjoni ta' konformità, adattezza għall-użu, u verifika tal-KE li għandhom jintużaw fl-ispeċifikazzjonijiet tekniċi għal interoperabbiltà adottati skont id-Direttiva 2008/57/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (ĠU L 319, 4.12.2010, p. 1).

    Ir-Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 1158/2010 tad-9 ta' Diċembru 2010 dwar metodu komuni ta' sikurezza għall-valutazzjoni tal-konformità mar-rekwiżiti sabiex jinkisbu ċertifikati tas-sikurezza ferrovjarja (ĠU L 326, 10.12.2010, p. 11).

    Ir-Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 1169/2010 tal-10 ta' Diċembru 2010 dwar metodu komuni ta' sikurezza għall-valutazzjoni tal-konformità mar-rekwiżiti sabiex tinkiseb awtorizzazzjoni tas-sikurezza ferrovjarja (ĠU L 327, 11.12.2010, p. 13).

    Ir-Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 201/2011 tal-1 ta' Marzu 2011 dwar il-mudell ta' dikjarazzjoni ta' konformità ma' tip awtorizzat ta' vettura ferrovjarja (ĠU L 57, 2.3.2011, p. 8).

    Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2011/275/UE tas-26 ta' April 2011 dwar speċifikazzjoni teknika għall-interoperabilità fir-rigward tas-subsistema tal-‘infrastruttura’ tas-sistema ferrovjarja konvenzjonali trans-Ewropea (ĠU L 126, 14.5.2011, p. 53), kif emendata l-aħħar bid-Deċiżjoni 2012/464/UE tal-Kummissjoni tat-23 ta' Lulju 2012 (ĠU L 217, 14.8.2012, p. 20).

    Ir-Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 445/2011 tal-10 ta' Mejju 2011 dwar sistema ta' ċertifikazzjoni tal-entitajiet responsabbli mill-manutenzjoni tal-vaguni tal-merkanzija u li jemenda r-Regolament (KE) Nru 653/2007 (ĠU L 122, 11.5.2011, p. 22).

    Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 454/2011 tal-5 ta' Mejju 2011 dwar l-ispeċifikazzjoni teknika għall-interoperabbiltà relatata mas-subsistema ‘applikazzjonijiet telematiċi għal servizzi tal-passiġġieri’ tas-sistema ferrovjarja trans-Ewropea (ĠU L 123, 12.5.2011, p. 11), kif emendat l-aħħar bir-Regolament tal-Kummissjoni (UE) 2015/302 tal-25 ta' Frar 2015 (ĠU L 55, 26.2.2015, p. 2).

    Id-Deċiżjoni ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni 2011/633/UE tal-15 ta' Settembru 2011 dwar l-ispeċifikazzjonijiet komuni tar-reġistru tal-infrastruttura ferrovjarja (ĠU L 256, 1.10.2011, p. 1).

    Id-Deċiżjoni ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni 2011/665/UE tal-4 ta' Ottubru 2011 dwar ir-reġistru Ewropew ta' tipi ta' vetturi ferrovjarji awtorizzati (ĠU L 264, 8.10.2011, p. 32).

    Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni (UE) 2015/14 tal-25 ta' Jannar 2012 dwar l-ispeċifikazzjoni teknika għall-interoperabbiltà relatata mas-subsistema tal-‘kontroll-kmand u sinjalazzjoni’ tas-sistema ferrovjarja trans-Ewropea (ĠU L 51, 23.2.2012, p. 1), kif emendata l-aħħar bid-Deċiżjoni tal-Kummissjoni (UE) 2015/14 tal-5 ta' Jannar 2015 (ĠU L 3, 7.1.2015, p. 44).

    Ir-Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 757/2012 tal-14 ta' Novembru 2012 dwar l-ispeċifikazzjoni teknika għall-interoperabbiltà relatata mas-subsistema tal-operat u l-immaniġġjar tat-traffiku tas-sistema ferrovjarja fl-Unjoni Ewropea u li temenda d-Deċiżjoni 2007/756/KE (ĠU L 345 ta' 15.12.2012, p. 1), kif emendat bid-Deċiżjoni 2013/710/UE tal-Kummissjoni tat-2 ta' Diċembru 2013 (ĠU L 323, 4.12.2013, p. 35).

    Ir-Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 1077/2012 tas-16 ta' Novembru 2012 dwar metodu komuni ta' sikurezza għas-superviżjoni mill-awtoritajiet nazzjonali ta' sikurezza wara l-ħruġ ta' ċertifikat ta' sikurezza jew awtorizzazzjoni ta' sikurezza (ĠU L 320, 17.11.2012, p. 3).

    Ir-Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 1078/2012 tas-16 ta' Novembru 2012 dwar metodu komuni ta' sikurezza għall-monitoraġġ li għandu jiġi applikat mill-impriżi ferrovjarji u l-maniġers tal-infrastruttura wara li jirċievu ċertifikat tas-sikurezza jew awtorizzazzjoni tas-sikurezza u minn entitajiet responsabbli mill-manutenzjoni (ĠU L 320, 17.11.2012, p. 8).

    Ir-Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 321/2013 tat-13 ta' Marzu 2013 dwar l-ispeċifikazzjoni teknika għall-interoperabbiltà relatata mas-subsistema ta' ‘vetturi ferrovjarji — vaguni tal-merkanzija’ tas-sistema ferrovjarja fl-Unjoni Ewropea u li jirrevoka d-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2006/861/KE (ĠU L 104 tat-12.4.2013, p. 1), emendat bir-Regolament (UE) Nru 1236/2013 tal-Kummissjoni (ĠU L 322, 3.12.2013, p. 23).

    Ir-Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 1300/2014 tat-18 ta' Novembru 2014 dwar l-ispeċifikazzjonijiet tekniċi tal-interoperabbiltà relatati mal-aċċessibbiltà tas-sistema ferrovjarja tal-Unjoni għall-persuni b'diżabbiltà u għall-persuni b'mobbiltà mnaqqsa (ĠU L 356, 12.12.2014, p. 110).

    Ir-Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 1301/2014 tat-18 ta' Novembru 2014 dwar l-ispeċifikazzjonijiet tekniċi għall-interoperabbiltà rigward is-subsistema tal-‘enerġija’ tas-sistema ferrovjarja fl-Unjoni (ĠU L 356, 12.12.2014, p. 179).

    Ir-Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 1302/2014 tat-18 ta' Novembru 2014 dwar l-ispeċifikazzjoni teknika għall-interoperabbiltà relatata mas-subsistema ta' ‘vetturi ferrovjarji — lokomottivi u vetturi ferrovjarji għat-trasport tal-passiġġieri’ tas-sistema ferrovjarja tal-Unjoni Ewropea (ĠU L 356, 12.12.2014, p. 228).

    Ir-Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 1303/2014 tat-18 ta' Novembru 2014 dwar l-ispeċifikazzjoni teknika għall-interoperabbiltà relatata mas-sikurezza fil-mini ferrovjarji tas-sistema ferrovjarja tal-Unjoni Ewropea (ĠU L 356, 12.12.2014, p. 394).

    Ir-Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 1304/2014 tas-26 ta' Novembru 2014 dwar l-ispeċifikazzjoni teknika għall-interoperabbiltà relatata mas-subsistema ta' ‘vetturi ferrovjarji — storbju’ li temenda d-Deċiżjoni 2008/232/KE u li tħassar id-Deċiżjoni 2011/229/UE (ĠU L 356, 12.12.2014, p. 421).

    Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1305/2014 tal-11 ta' Diċembru 2014 dwar l-ispeċifikazzjoni teknika għall-interoperabilità fir-rigward tas-subsistema ‘applikazzjonijiet telematiċi għas-servizz tat-trasport tal-merkanzija’ tas-sistema ferrovjarja tal-Unjoni Ewropea u li jħassar ir-Regolament (KE) Nru 62/2006 (ĠU L 356, 12.12.2014, p. 438).

    TAQSIMA 5 — OQSMA OĦRA

    Id-Direttiva tal-Kunsill 92/82/KEE tad-19 ta' Ottubru 1992 dwar l-approssimazzjoni tar-rati tat-taxxi tas-sisa fuq żjut minerali (ĠU L 316, 31.10.1992, p. 19).

    Id-Direttiva 2004/54/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tad-29 ta' April 2004 dwar il-ħtiġiet minimi tas-sigurtà għall-mini fin-Network Trans-Ewropew tat-Toroq (ĠU L 167, 30.4.2004, p. 39).

    Id-Direttiva 2008/96/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tad-19 ta' Novembru 2008 dwar il-ġestjoni tas-sikurezza fl-infrastruttura tat-toroq (ĠU L 319, 29.11.2008, p. 59).”


    ANNESS 2

    “ANNESS 3

    IL-KOMUNITÀ EWROPEA

    (a)   (Kulur Pantone light blue (ċelesti) 290, jew kemm jista' jkun viċin dan il-kulur, format DIN A4 karta ċelluloża 100 g/m2 jew aktar)

    (L-ewwel paġna tal-liċenzja)

    (It-test bil-lingwi uffiċjali jew b'waħda mill-lingwi uffiċjali tal-Istati Membri li qed joħorġu l-liċenzja)

    Is-simbolu distintiv tal-Istat Membru (1) liqed joħroġ il-liċenzja

     

    Isem l-awtorità jew il-korp kompetenti

    Nru TAL-LIĊENZJA: …

    jew

    KOPJA ĊĊERTIFIKATA Nru …

    għat-trasport internazzjonali ta' merkanzija bit-triq f'isem ħaddieħor

    L-awtorizzazzjoni tintitola (2)

    biex iwettaq trasport bit-triq internazzjonali ta' merkanzija f'isem ħadd ieħor fuq kwalunkwe rotta, għal vjaġġi jew partijiet minn vjaġġi mwettqa fit-territorju tal-Komunità kif definit fir-Regolament (KE) Nru 1072/2009 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-21 ta' Ottubru 2009 bil-ħsieb tal-adozzjoni tar-Regolament (KE) …/2009 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar regoli komuni għall-aċċess għas-suq internazzjonali tat-trasport bit-triq tal-merkanzija u skont id-dispożizzjonijiet ġenerali ta' din il-liċenzja.

    Kummenti partikolari: …

    Din il-liċenzja hija valida mill-…

    sa …

    Maħruġa lil …,

    fi …

     (3)

    (b)   (It-tieni paġna tal-liċenzja)

    (It-test bil-lingwi uffiċjali jew b'waħda mill-lingwi uffiċjali tal-Istati Membri li qed joħorġu l-liċenzja)

    DISPOŻIZZJONIJIET ĠENERALI

    Din il-liċenzja qiegħda tingħata skont ir-Regolament (KE) Nru 1072/2009.

    Din tintitola lid-detentur iwettaq trasport bit-triq internazzjonali ta' merkanzija f'isem ħadd ieħor fuq kwalunkwe rotta, għal vjaġġi jew partijiet minn vjaġġi mwettqa fit-territorju tal-Komunità u, fejn xieraq, soġġett għall-kondizzjonijiet stabbiliti hawnhekk:

    meta l-post tat-tluq u l-post tad-destinazzjoni jkunu qegħdin f'żewġ Stati Membri diversi, bit-tranżitu jew mingħajru, minn Stat Membru wieħed jew iżjed jew minn pajjiżi terzi

    minn Stat Membru lejn pajjiż terz u viċi versa, bit-tranżitu jew mingħajru, minn Stat Membru wieħed jew aktar jew minn pajjiżi terzi,

    bejn pajjiżi li mhumiex membri billi jgħaddu mit-territorju ta' Stat Membru wieħed jew aktar,

    u vjaġġi mingħajr tagħbija li għandhom rabta ma' dan it-trasport.

    Fil-każ ta' trasport minn Stat Membru lejn pajjiż terz u viċi versa, din il-liċenzja hija valida għall-vjaġġ magħmul fit-territorju tal-Komunità. Hija valida biss fl-Istat Membru tat-tagħbija jew tal-ħatt wara l-konklużjoni tal-ftehim meħtieġ bejn il-Komunità u l-pajjiż terz inkwistjoni skont ir-Regolament (KE) Nru 1072/2009.

    Din tkun personali għad-detentur u ma tkunx trasferibbli.

    Tista' tiġi rtirata mill-awtorità kompetenti tal-Istat Membru li jkun ħarġiha, partikolarment meta d-detentur:

    ma jkunx konformi mal-kondizzjonijiet kollha għall-użu tal-liċenzja,

    jipprovdi informazzjoni li ma kinitx korretta fir-rigward tad-dejta meħtieġa biex tinħareġ jew tiġi estiża l-liċenzja.

    L-oriġinal tal-liċenzja jrid jinżamm mill-impriża tat-trasport.

    Kopja ċċertifikata tal-liċenzja trid tinżamm fil-vettura (4). Fil-każ ta' grupp magħqud ta' vetturi, din trid tkun fil-vettura bil-mutur. Hija tgħodd għall-grupp magħqud ta' vetturi anke jekk it-trejler jew is-semitrejler ma jkunx irreġistrat jew awtorizzat biex juża t-toroq fl-isem ta' min għandu l-awtorizzazzjoni jew jekk huwa reġistrat jew awtorizzat li juża t-toroq fi Stat Membru ieħor.

    Il-liċenzja trid tiġi ppreżentata fuq it-talba ta' kwalunkwe uffiċjal ta' spezzjoni awtorizzat.

    Id-detentur għandu, fit-territorju ta' kull Stat Membru, jikkonforma mal-liġijiet, ir-regolamenti u l-miżuri amministrattivi fis-seħħ f'dak l-Istat, partikolarment fir-rigward tat-trasport u t-traffiku.”


    (1)  Is-sinjali distintivi tal-Istati Membri huma: (B) il-Belġju, (BG) il-Bulgarija, (CZ) ir-Repubblika Ċeka, (DK) id-Danimarka, (D) il-Ġermanja, (EST) l-Estonja, (IRL) l-Irlanda, (GR) il-Greċja, (E) Spanja, (F) Franza, (HR Il-Kroazja, (IRL) l-Irlanda, (I) l-Italja, (CY) Ċipru, (LV) il-Latvja, (LT) il-Litwanja, (L) il-Lussemburgu, (H) l-Ungerija, (M) Malta, (NL) in-Netherlands, (A) l-Awstrija, (PL) il-Polonja, (P) il-Portugall, (RO) ir-Rumanija, (SLO) is-Slovenja, (SK) is-Slovakkja, (FIN) il-Finlandja, (S) l-Iżvezja, (UK) ir-Renju Unit.

    (2)  Isem jew isem il-kumpanija u l-indirizz sħiħ tat-trasportatur.

    (3)  Il-firma u t-timbru tal-awtorità jew tal-korp kompetenti li qed t/joħroġ il-liċenzja.

    (4)  “Vettura” tfisser vettura bil-mutur irregistrata fi Stat Membru jew vetturi kkombinati, li tal-anqas il-vettura bil-mutur tagħhom tkun irreġistrata fi Stat Membru, użata esklussivament għat-trasport tal-merkanzija.


    ANNESS 3

    “ANNESS 4

    TRASPORTI U VJAĠĠI VOJTA MAGĦMULIN B'KONNESSJONI MA' DAN IT-TIP TA' TRASPORT EŻENTI MINN KULL SISTEMA TA' LIĊENZJI U MINN KULL AWTORIZZAZZJONI

    1.

    It-trasport tal-posta li jsir fil-kuntest ta' servizz universali.

    2.

    It-trasport ta' vetturi li jkunu ġarrbu ħsarat jew li m'għadhomx jaħdmu.

    3.

    It-trasport ta' merkanzija f'vetturi bil-magna li l-massa mgħobbija permessa li tinġarr, inkluża dik tal-karrijiet, ma taqbiżx it-3,5 tunnellati metriċi.

    4.

    It-trasport ta' merkanzija fuq vetturi bil-mutur sakemm jibqgħu jiġu ssodisfati l-kondizzjonijiet li ġejjin:

    (a)

    il-merkanzija li tinġarr tkun il-proprjetà tal-impriża jew kienet mibjugħa, mixtrija, mikrija lil jew mikrija minn, prodotta, estratta, ipproċessata jew imsewwija mill-impriża;

    (b)

    l-għan tal-vjaġġ għandu jkun il-ġarr tal-merkanzija lejn jew mill-impriża jew biex jiġu mċaqalqa, kemm jekk ġewwa l-impriża kif ukoll 'il barra minnha, għall-ħtiġijiet tagħha;

    (c)

    vetturi bil-magna użati għat-tali trasport iridu jsuquhom l-impjegati tal-impriża jew għandhom jitqiegħdu għad-dispożizzjoni tagħha fuq obbligu kuntrattwali;

    (d)

    il-vetturi li jġorru l-merkanzija jridu jkunu tal-impriża jew inxtraw minnha b'kondizzjonijiet differiti jew mikrija sakemm, fil-każ tal-aħħar, iħarsu l-kondizzjonijiet tad-Direttiva 2006/1/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (1).

    Din id-dispożizzjoni ma għandhiex tapplika għall-użu ta' vettura li tintuża minflok vettura oħra li normalment tintuża u li għal żmien qasir tkun bil-ħsara;

    (e)

    it-trasport ma jridx ikun aktar milli anċillari għall-attivitajiet ġenerali tal-impriża.

    5.

    It-trasport ta' prodotti mediċinali, apparat, tagħmir u artikoli oħra li huma meħtieġa għall-kura medika f'każijiet ta' emerġenza, partikolarment fil-każi ta' diżastri naturali.”


    (1)  Id-Direttiva 2006/1/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-18 ta' Jannar 2006 dwar l-użu ta' vetturi mikrija mingħajr is-sewwieq għat-trasport ta' merkanzija bit-triq (ĠU L 33, 4.2.2006, p. 82).


    ANNESS 4

    “ANNESS 7

    TRASPORT INTERNAZZJONALI TAL-PASSIĠĠIERI BIL-KOWĊ U BIX-XARABANK

    Artikolu 1

    Definizzjonijiet

    Għall-iskopijiet ta' dan il-Ftehim, għandhom japplikaw id-definizzjonijiet li ġejjin:

    1.   Servizzi regolari

    1.1.   Is-servizzi regolari huma servizzi li jipprovdu għat-trasport tal-passiġġieri f'intervalli speċifikati tul rotot speċifikati, il-passiġġieri jinġabru u jitniżżlu f'punti ta' waqfien stabbiliti minn qabel. Is-servizzi regolari jkunu miftuħin għal kulħadd, soġġetti, meta jkun il-każ, għal prenotazzjoni ta' bilfors.

    In-natura regolari tas-servizz mhix affettwata minn xi aġġustament fil-kondizzjonijiet operattivi tas-servizz.

    1.2.   Is-servizzi, organizzati minn min ikun, li jipprovdu għat-trasport ta' kategoriji speċifiċi tal-passiġġieri għall-esklużjoni ta' passiġġieri oħra, sakemm it-tali servizzi jitħaddmu taħt il-kondizzjonijiet speċifikati fil-punt 1.1, jitqiesu li huma servizzi regolari. Dawn is-servizzi jissejħu ‘servizzi regolari speċjalizzati’.

    Is-servizzi regolari speċjalizzati għandhom jinkludu:

    (a)

    it-trasport ta' ħaddiema ‘mid-dar għax-xogħol’;

    (b)

    it-trasport lejn u mill-istituzzjoni edukazzjonali għat-tfal tal-iskola u l-istudenti;

    Il-karattru regolari tas-servizzi speċjalizzati mhuwiex affettwat mill-fatt li l-organizzazzjoni tat-trasport hija adattata għall-ħtiġijet varji tal-utenti.

    1.3.   L-organizzazzjoni tas-servizzi parallelli jew temporanji, li jaqdu lill-istess pubbliku bħas-servizzi regolari eżistenti, in-nuqqas ta' servizz ta' ċerti waqfiet jew il-qadi ta' waqfiet addizzjonali minn servizzi regolari eżistenti huma rregolati mill-istess regoli bħas-servizzi regolari eżistenti.

    2.   Servizzi okkażjonali

    2.1.   Is-servizzi okkażjonali huma servizzi li ma jaqgħux taħt id-definizzjoni ta' servizzi regolari, inklużi servizzi regolari speċjali, u li huma kkaratterizzati fuq kollox mill-fatt li huma jġorru gruppi ta' passiġġieri miġbura fuq inizjattiva tal-klijent jew mit-trasportatur innifsu.

    L-organizzazzjoni ta' servizzi paralleli jew temporanji komparabbli mas-servizzi regoli eżistenti u li jaqdu l-istess pubbliku bħal din tal-aħħar għandhom ikunu suġġetti għall-awtorizzazzjoni skont il-proċedura mniżżla fit-taqsima I.

    2.2.   Is-servizzi msemmija fil-punt 2 ma jiqfux ikunu servizzi okkażjonali biss għax huma pprovduti f'ċerti intervalli.

    2.3.   Is-servizzi okkażjonali jistgħu jiġu operati minn grupp ta' trasportaturi li jaġixxu f'isem l-istess klijent.

    L-ismijiet tat-tali trasportaturi u, fejn ikun il-każ, il-punti ta' konnessjoni fit-triq għandhom jiġu kkomunikati lill-awtoritajiet kompetenti tal-Istati Membri kkonċernati tal-Unjoni Ewropea u tal-Iżvizzera, skont il-proċeduri li għandhom ikunu stabbiliti mill-Kumitat Konġunt.

    3.   Trasport akkont proprju

    It-trasport akkont proprju huwa dak it-trasport li jsir għal skopijiet mhux bil-qligħ u mhux kummerċjali minn persuna naturali jew legali, sakemm:

    l-attività tat-trasport tkun biss attività anċillari għal dik il-persuna naturali jew legali,

    il-vetturi użati jkunu l-proprjetà ta' dik il-persuna fiżika jew ġuridika jew ikunu ġew akkwistati minn dik il-persuna b'xiri fit-tul jew ikunu soġġetti għal kuntratt ta' kiri fit-tul u jkunu misjuqa minn membru tal-persunal tal-persuna fiżika jew ġuridika jew mill-persuna fiżika nnifisha, jew minn persunal impjegat minn, jew imqiegħed għad-dispożizzjoni, tal-impriża taħt obbligu kuntrattwali.

    Taqsima I

    SERVIZZI REGOLARI SUĠĠETTI GĦALL-AWTORIZZAZZJONI

    Artikolu 2

    Tip ta' awtorizzazzjoni:

    1.   L-awtorizzazzjoni hija stabbilita f'isem it-trasportatur; din ma tistax tiġi ttrasferita mingħand dan tal-aħħar lil partijiet terzi. Madanakollu, it-trasportatur li jkun irċieva l-awtorizzazzjoni jista', bil-kunsens tal-awtorità msemmija fl-Artikolu 3(1) ta' dan l-Anness, jopera s-servizz permezz ta' subkuntrattur. F'dan il-każ, l-isem tal-impriża tal-aħħar u l-irwol tagħha bħala subkuntrattur għandhom ikunu indikati fl-awtorizzazzjoni. Is-subkuntrattur irid jaderixxi mal-kondizzjonijiet stabbiliti fl-Artikolu 17 tal-Ftehim.

    Fil-każ tal-impriżi assoċjati bil-għan li joperaw servizz regolari, l-awtorizzazzjoni għandha tinħareġ fl-ismijiet tal-impriżi kollha. Għandha tingħata lill-impriża li tamministra l-operazzjoni u kopji jingħataw lill-oħrajn. L-awtorizzazzjoni għandha tagħti l-ismijiet tal-operaturi kollha.

    2.   Il-perjodu massimu tal-validità tal-awtorizzazzjoni huwa ta' ħames snin.

    3.   L-awtorizzazzjoni għandha tispeċifika:

    (a)

    in-natura tas-servizz:

    (b)

    ir-rotta tas-servizz, b'mod partikolari l-punt tat-tluq u l-punt tal-wasla;

    (c)

    il-perjodu ta' validità tal-awtorizzazzjoni;

    (d)

    il-waqfiet u l-iskeda tal-ħinijiet.

    4.   L-awtorizzazzjoni għandha tkun konformi mal-mudell ippreżentat fir-Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 361/2014 (1).

    5.   L-awtorizzazzjonijiet għandhom jintitolaw lid-detenturi tagħhom biex joperaw servizzi regolari fit-territorji tal-Partijiet Kontraenti.

    6.   L-operatur tas-servizz regolari jista' juża vetturi addizzjonali biex ilaħħaq ma' sitwazzjonijiet temporanji u eċċezzjonali.

    F'dan il-każ, it-trasportatur irid jiżgura li d-dokumenti li ġejjin ikunu fil-vettura:

    kopja tal-awtorizzazzjoni tas-servizz regolari,

    kopja tal-kuntratt ta' bejn l-operatur tas-servizz regolari u d-ditta li tipprovdi l-vetturi addizzjonali, jew dokument ekwivalenti,

    kopja ċċertifikata tal-liċenzja tal-Komunità fil-każ tat-trasportaturi tal-Unjoni Ewropea, jew liċenzja simili Żvizzera fil-każ tat-trasportaturi Żvizzeri, maħruġa lill-operatur li jipprovdi l-vetturi addizzjonali għas-servizz regolari.

    Artikolu 3

    Sottomissjoni tal-applikazzjonijiet għall-awtorizzazzjoni

    1.   Is-sottomissjoni tal-applikazzjonijiet għall-awtorizzazzjoni minn operaturi tal-Unjoni Ewropea għandha ssir skont id-dispożizzjonijiet tal-Artikolu 7 tar-Regolament (KE) Nru 1073/2009 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (2) u s-sottomissjoni tal-applikazzjonijiet għall-awtorizzazzjoni mill-operaturi Żvizzeri għandha ssir skont id-dispożizzjonijiet tal-Kapitolu 3 tad-Digriet tal-4 ta' Novembru 2009 dwar it-trasport tal-vjaġġaturi (OTV) (3). Fil-każ ta' servizzi eżenti mill-awtorizzazzjoni fl-Iżvizzera iżda soġġetti għall-awtorizzazzjoni fl-Unjoni Ewropea, l-operaturi Żvizzeri li japplikaw għal awtorizzazzjoni għandhom jibagħtu l-applikazzjonijiet tagħhom lill-awtoritajiet kompetenti Żvizzeri jekk il-post tat-tluq tat-tali servizzi qiegħed fl-Iżvizzera.

    2.   L-applikazzjonijiet għandhom ikunu konformi mal-mudell ippreżentat fir-Regolament (UE) Nru 361/2014.

    3.   L-applikant għandu jipprovdi, flimkien mal-applikazzjoni għall-awtorizzazzjoni, kull informazzjoni addizzjonali li huwa jqis utli jew li titlob l-awtorità li toħroġ l-awtorizzazzjoni, u b'mod partikolari skeda tas-sewqan li tippermetti l-kontroll tar-rispett tar-regoli dwar il-ħinijiet tas-sewqan u tal-mistrieħ kif ukoll kopja tal-liċenzja Komunitarja għat-trasport internazzjonali ta' vjaġġaturi bit-triq f'isem ħaddieħor fil-każ tat-trasportaturi tal-Unjoni Ewropea jew ta' liċenzja simili Żvizzera fil-każ tat-trasportaturi Żvizzeri maħruġa lill-operatur tas-servizz regolari.

    Artikolu 4

    Proċedura ta' awtorizzazzjoni

    1.   L-awtorizzazzjonijiet jinħarġu bi ftehim mal-awtoritajiet kompetenti tal-Partijiet Kontraenti li l-passiġġieri jittellgħu jew jitniżżlu fit-territorju tagħhom. L-awtorità awtorizzanti għandha tibgħat lil dawn l-awtoritajiet, kif ukoll lill-awtoritajiet kompetenti tal-Istati Membri tal-Unjoni Ewropea li t-territorji tagħhom jiġu traversati mingħajr ma l-passiġġieri jitrikkbu jew jitniżżlu, kopja tal-applikazzjoni, flimkien ma' kopji ta' xi dokumenti relevanti oħra, u l-valutazzjoni tagħha.

    2.   L-awtoritajiet kompetenti tal-Iżvizzera u tal-Istati Membri tal-Unjoni Ewropea li jkun intalab il-ftehim tagħhom għandhom javżaw lill-awtorità tal-ħruġ bid-deċiżjoni tagħhom fi żmien xahrejn. Dan il-limitu ta' żmien għandu jinħadem mid-data tal-irċevuta tat-talba għal ftehim li tintwera fir-rikonoxximent tal-irċevuta. Jekk, matul dan il-perjodu, l-awtorità tal-ħruġ ma tirċevix risposta, l-awtoritajiet ikkonsultati jitqiesu li taw il-ftehim tagħhom, u l-awtorità tal-ħruġ toħroġ l-awtorizzazzjoni. Jekk id-deċiżjoni riċevuta mingħand l-awtoritajiet kompetenti tal-partijiet kontraenti li mingħandhom ikun intalab il-ftehim, tkun negattiva, din għandha tkun motivata kif xieraq.

    3.   Bla ħsara għall-paragrafi 7 u 8, l-awtorità tal-ħruġ għandha tieħu deċiżjoni fi żmien erba' xhur mid-data li fiha t-trasportatur jissottometti l-applikazzjoni.

    4.   L-awtorizzazzjoni għandha tingħata sakemm:

    (a)

    l-applikant mhux kapaċi jipprovdi s-servizz li huwa s-suġġett tal-applikazzjoni bl-apparat direttament għad-disposizzjoni tiegħu;

    (b)

    fil-passat, l-applikant naqas milli jħares il-leġiżlazzjoni nazzjonali jew internazzjonali dwar it-trasport tat-triq, u b'mod partikolari l-kondizzjonijiet u l-ħtiġiet li għandhom x'jaqsmu mal-awtorizzazzjonijiet għas-servizzi ta' trasport internazzjonali tal-passiġġieri bit-triq, jew wettaq ksur serju fil-leġislazzjoni dwar it-trasport fit-triq, b'mod partikolari r-regoli applikabbli għall-vetturi u s-sewqan u l-perjodi ta' mistrieħ tax-xufiera;

    (c)

    fil-każ ta' applikazzjoni għat-tiġdid ta' awtorizzazzjoni, il-kondizzjonijiet tal-awtorizzazzjoni ma tħarsux;

    (d)

    l-awtorità kompetenti ta' parti kontraenti ma tiddeċidix, fuq il-bażi ta' analiżi dettaljata, li s-servizz ikkonċernat jaffettwa b'mod serju l-vijabbiltà ta' servizz simili kopert minn kuntratt jew minn diversi kuntratti ta' servizz pubbliku fuq is-sezzjonijiet diretti kkonċernati, skont il-liġi fis-seħħ tal-parti kontraenti. F'dan il-każ, l-awtorità kompetenti għandha tistabbilixxi kriterji nondiskriminatorji li jippermettu li jiġi ddeterminat jekk is-servizz offrut fl-applikazzjoni jaffettwax b'mod serju l-vijabbiltà tas-servizz simili msemmi hawn fuq u tikkomunikahom lill-Kumitat Konġunt fuq talba ta' dan tal-aħħar.

    (e)

    l-awtorità kompetenti ta' parti kontraenti ma tiddeċidix, fuq il-bażi ta' analiżi dettaljata, li l-għan prinċipali tas-servizz mhuwiex it-trasport tal-vjaġġaturi bejn postijiet ta' waqfa li jinsabu fil-partijiet kontraenti.

    F'każ li servizz internazzjonali eżistenti ta' trasport bil-kowċis u bix-xarabank jaffettwa b'mod serju l-vijabbiltà ta' servizz simili kopert minn kuntratt jew minn diversi kuntratti ta' servizz pubbliku fuq is-sezzjonijiet diretti kkonċernati, skont il-liġi fis-seħħ tal-parti kontraenti wara ċirkostanzi eċċezzjonali imprevedibbli meta ngħatat l-awtorizzazzjoni, l-awtorità kompetenti ta' parti kontraenti tista', bil-qbil tal-Kumitat Konġunt, tissospendi jew tirtira l-awtorizzazzjoni tal-operat tas-servizz internazzjonali bil-kowċis u bix-xarabank wara li tkun tat avviż minn sitt xhur qabel lit-trasportatur.

    Il-fatt li trasportatur joffri prezzijiet orħos minn dawk offruti minn trasportaturi oħrajn fuq it-toroq jew il-fatt li r-rotta f'dak il-każ tkun diġà mħaddma minn trasportaturi oħra tat-toroq ma tistax minnha nnifisha tikkostitwixxi ġustifikazzjoni biex tiġi miċħuda l-applikazzjoni.

    5.   L-awtorità li tagħti awtorizzazzjoni tista' tirrifjuta applikazzjonijiet biss abbażi ta' raġunijiet kompatibbli ma' dan il-Ftehim.

    6.   Jekk il-proċedura ta' formazzjoni tal-ftehim imsemmija fl-ewwel paragrafu ma tirnexxix, tista' ssir referenza lill-Kumitat Konġunt.

    7.   Il-Kumitat Konġunt għandu, malajr kemm jista' jkun, jieħu deċiżjoni li tidħol fis-seħħ fi żmien 30 ġurnata min-notifika tagħha lill-Iżvizzera u lill-Istati Membri kkonċernati tal-Unjoni Ewropea.

    8.   Hekk kif il-proċedura mniżżla f'dan l-Artikolu titlesta, l-awtorità tal-ħruġ għandha tavża l-awtoritajiet kollha msemmija fil-paragrafu 1 u għandha, fejn ikun il-każ, tibagħtilhom kopja tal-awtorizzazzjoni.

    Artikolu 5

    Ħruġ u tiġdid ta' awtorizzazzjonijiet

    1.   Hekk kif titlesta l-proċedura mniżżla fl-Artikolu 4, l-awtorità tal-ħruġ għandha tagħti l-awtorizzazzjoni jew tirrifjuta l-applikazzjoni b'mod formali.

    2.   Jekk tittieħed deċiżjoni li ma taċċettax applikazzjoni iridu jingħataw ir-raġunijiet għal dak ir-rifjut. Il-Partijiet Kontraenti għandhom jiżguraw li t-trasportaturi jkollhom l-opportunità li jużaw id-drittijiet tagħhom jekk l-applikazzjoni tagħhom tkun rifjutata.

    3.   L-Artikolu 4 ta' dan l-Anness għandu jgħodd, mutatis mutandis, għall-applikazzjonijiet għat-tiġdid tal-awtorizzazzjonijiet jew għall-bidliet tal-kondizzjonijiet li s-servizzi suġġetti għall-awtorizzazzjoni jridu jkunu operati skonthom.

    Fil-każ ta' bidla żgħira fil-kondizzjonijiet tal-operazzjoni, b'mod partikolari, l-aġġustament tan-nollijiet jew tal-iskeda, l-awtorità tal-ħruġ għandha tipprovdi biss l-informazzjoni dwar il-bidla kkonċernata lill-awtoritajiet kompetenti tal-Parti Kontraenti l-oħra.

    Artikolu 6

    Skadenza tal-awtorizzazzjoni

    Il-proċedura li għandha tiġi segwita dwar l-iskadenza ta' awtorizzazzjoni għandha tkun konformi mad-dispożizzjonijiet tal-Artikolu 10 tar-Regolament (KEE) Nru 1073/2009 u tal-Artikolu 46 tal-OTV.

    Artikolu 7

    Obbligi tat-trasportaturi

    1.   Għajr f'każ ta' forza maġġuri, l-operatur tas-servizz regolari għandu, sakemm tiskadi l-awtorizzazzjoni, jieħu l-miżuri kollha biex jiggarantixxi servizz tat-trasport li jimxi skont l-istandards tal-kontinwità, regolarità, u l-kapaċità u jħares il-kondizzjonijiet l-oħra mniżżla mill-awtorità kompetenti skont l-Artikolu 2(3) ta' dan l-Anness.

    2.   It-trasportatur għandu jippubblika r-rotta tas-servizz, il-waqfiet, l-iskeda, in-nollijiet, u l-kondizzjonijiet l-oħrajn tal-operat, b'tali mod li jiżgura li dan it-tagħrif ikun disponibbli mill-ewwel lill-utenti kollha.

    3.   Ikun possibbli għall-Iżvizzera u għall-Istati Membri kkonċernati tal-Unjoni Ewropea, bil-ftehim komuni u bil-ftehim mad-detentur tal-awtorizzazzjoni, li jsiru bidliet fil-kondizzjonijiet tal-operazzjoni li jirregolaw is-servizz regolari.

    Taqsima II

    SERVIZZI OKKAŻJONALI U SERVIZZI OĦRAJN EŻENTI MILL-AWTORIZZAZZJONI

    Artikolu 8

    Dokument ta' kontroll

    1.   Is-servizzi riferuti fl-Artikolu 18(1) tal-Ftehim għandhom isiru taħt il-kopertura ta' dokument ta' kontroll (il-formula tal-vjaġġ).

    2.   It-trasportatur li jopera servizzi okkażjonali jrid jimla l-formula tal-vjaġġ qabel kull vjaġġ.

    3.   Il-kotba tal-formuli tal-vjaġġ għandhom ikunu pprovduti mill-awtoritajiet kompetenti tal-Iżvizzera jew tal-Istat Membru tal-Unjoni Ewropea fejn it-trasportatur huwa stabbilit jew mill-korpi maħtura minn dawk l-awtoritajiet.

    4.   Il-mudell tad-dokument ta' kontroll u l-mod kif għandu jintuża għandhom ikunu kif stipulat fir-Regolament (UE) Nru 361/2014.

    5.   Fil-każ tas-servizzi koperti mill-Artikolu 18(2) tal-Ftehim, il-kuntratt jew il-kopja awtentikata vera tiegħu għandhom iservu bħala dokument ta' kontroll.

    Artikolu 9

    Ċertifikazzjoni

    Iċ-ċertifikat imsemmi fl-Artikolu 18(6) tal-Ftehim għandu jinħareġ mill-awtorità kompetenti tal-Iżvizzera jew tal-Istat Membru tal-Unjoni Ewropea fejn il-vettura tkun irreġistrata.

    Iċ-ċertifikat għandu jkun konformi mal-mudell ippreżentat fir-Regolament (UE) Nru 361/2014.

    Taqsima III

    IL-VERIFIKI U S-SANZJONIJIET

    Artikolu 10

    Biljetti tat-trasport

    1.   It-trasportaturi li joperaw servizz regolari, esklużi s-servizzi regolari speċjalizzati, għandhom jagħtu biljett tat-trasport, jew individwalment jew kollettivament, li juri:

    il-postijiet tat-tluq u d-destinazzjoni u, fejn ikun il-każ, il-vjaġġ lura,

    il-perjodu ta' validità tal-biljett,

    il-prezz tat-trasport.

    2.   Il-biljett tat-trasport ipprovdut fil-paragrafu 1 għandu jkun ippreżentat meta mitlub minn kull uffiċjal awtorizzat tal-ispezzjoni.

    Artikolu 11

    Spezzjonijiet matul it-triq u fl-impriżi

    1.   Fil-każ tal-operazzjonijiet tat-trasport f'isem ħaddieħor, il-kopja awtentikata tal-liċenzja Komunitarja għat-trasportaturi tal-Unjoni Ewropew jew ta' liċenzja simili Żvizzera fil-każ tat-trasportaturi Żvizzeri, kif ukoll, skont it-tip ta' servizz, l-awtorizzazzjoni (jew kopja awtentika tagħha) jew id-dokument tal-vjaġġ, għandhom jinġarru abbord il-vettura u jkunu ppreżentati fuq it-talba ta' kull uffiċjal awtorizzat tal-ispezzjoni.

    Fil-każ tal-operazzjonijiet tat-trasport tagħhom stess, iċ-ċertifikat (jew kopja awtentikata tiegħu) iridu jinġarru abbord il-vettura u jridu jkunu ppreżentati fuq it-talba ta' kull uffiċjal awtorizzat tal-ispezzjoni.

    2.   It-trasportaturi li joperaw il-kowċis u x-xarabanks fit-trasport internazzjonali tal-passiġġieri għandhom jippermettu l-ispezzjonijiet kollha maħsuba biex jiżguraw li l-operazzjonijiet jitwettqu sew, b'mod partikolari dwar is-sewqan u l-perjodi ta' mistrieħ.

    Artikolu 12

    Għajnuna reċiproka u sanzjonijiet

    1.   L-awtoritajiet kompetenti tal-Partijiet Kontraenti għandhom joffru għajnuna lil xulxin sabiex jassiguraw l-applikazzjoni u l-kontroll tad-dispożizzjonijiet previsti f'dan l-Anness. Huma għandhom jiskambjaw informazzjoni permezz tal-punti ta' kuntatt nazzjonali stabbiliti skont l-Artikolu 18 tar-Regolament (KE) Nru 1071/2009 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (4).

    2.   L-awtoritajiet kompetenti tal-Parti Kontraenti fejn it-trasportatur huwa stabbilit, għandhom jirtiraw il-liċenzja tal-Komunità fil-każ tat-trasportaturi tal-Unjoni Ewropea jew il-liċenzja Żvizzera simili fil-każ tat-trasportaturi Żvizzeri jekk id-detentur:

    (a)

    ma jibqax iħares il-kondizzjonijiet imniżżla fl-Artikolu 17(1) tal-Ftehim; jew jew

    (b)

    jkun ipprovda tagħrif mhux eżatt dwar l-informazzjoni meħtieġa biex tinħareġ il-liċenzja tal-Komunità fil-każ tat-trasportaturi tal-Unjoni Ewropea jew il-liċenzja Żvizzera simili fil-każ tat-trasportaturi Żvizzeri.

    3.   L-awtorità tal-ħruġ għandha tirtira l-awtorizzazzjoni jekk id-detentur ma jibqax iħares il-kondizzjonijiet għall-ħruġ ta' dik l-awtorizzazzjoni taħt dan il-Ftehim, b'mod partikolari jekk l-awtoritajiet kompetenti tal-Partijiet Kontraenti fejn it-trasportatur huwa stabbilit jitolbu dan l-irtirar. L-awtorità tal-ħruġ għandha tavża minnufih lill-awtoritajiet kompetenti tal-Parti Kontraenti l-oħra.

    4.   F'każ ta' ksur gravi tar-regolamenti dwar it-trasport jew dwar is-sigurtà fit-triq, b'mod partikolari f'dak li jirrigwarda l-istandards applikabbli għall-vetturi, il-ħinijiet tas-sewqan u ta' mistrieħ tax-xufiera u t-twettiq mingħajr awtorizzazzjoni ta' servizzi paralleli jew temporanji msemmija fil-punt 2.1 tal-Artikolu 1, l-awtoritajiet kompetenti tal-Parti Kontraenti fejn huwa stabbilit it-trasportatur li wettaq il-ksur jistgħu jirtiraw il-liċenzja tal-Komunità fil-każ tat-trasportaturi tal-Unjoni Ewropea jew il-liċenzja Żvizzera simili fil-każ tat-trasportaturi Żvizzeri jew jirtiraw temporanjament u/jew parzjalment il-kopji awtentikati tal-liċenzja tal-Komunità fil-każ tat-trasportaturi tal-Unjoni Ewropea jew il-liċenzja Żvizzera simili fil-każ tat-trasportaturi Żvizzeri.

    Dawn is-sanzjonijiet għandhom jiġu ddeterminati skont is-serjetà tal-ksur li jkun wettaq id-detentur tal-liċenzja tal-Komunità fil-każ tat-trasportaturi tal-Unjoni Ewropea jew il-liċenzja Żvizzera simili fil-każ tat-trasportaturi Żvizzeri u skont l-għadd totali ta' kopji awtentikati tal-liċenzja li għandu għat-traffiku internazzjonali.

    L-awtoritajiet kompetenti tal-Parti Kontraenti fejn it-trasportatur huwa stabbilit għandhom jindikaw lill-awtoritajiet kompetenti tal-Parti Kontraenti li fit-territorju tagħha sar il-ksur, jekk is-sanzjonijiet previsti hawn fuq ġewx imposti jew le, fl-iqsar żmien possibbli u sa mhux aktar tard minn sitt ġimgħat mid-deċiżjoni definittiva meħuda dwar il-kwistjoni. Jekk dawn is-sanzjonijiet ma ġewx imposti, l-awtoritajiet kompetenti tal-Parti Kontraenti fejn it-trasportatur huwa stabbilit għandhom jagħtu r-raġunijiet għal dan.

    5.   Meta l-awtoritajiet kompetenti ta' Parti Kontraenti jkunu jafu dwar xi ksur serju ta' dan l-Anness jew tal-liġi dwar it-trasport bit-triq attribwibbli lil xi trasportatur mhux residenti, il-Parti Kontraenti li fit-territorju tagħha sar il-ksur għandha tibgħat l-informazzjoni li ġejja lill-awtoritajiet kompetenti tal-Parti Kontraenti fejn huwa stabbilit it-trasportatur, fl-iqsar żmien possibbli u sa mhux aktar tard minn sitt ġimgħat mid-deċiżjoni definittiva tagħhom:

    (a)

    deskrizzjoni tal-ksur kif ukoll id-data u l-ħin tiegħu;

    (b)

    il-kategorija, it-tip u s-serjetà tal-ksur; kif ukoll

    (c)

    is-sanzjonijiet imposti u s-sanzjonijiet imwettqa.

    L-awtoritajiet kompetenti tal-Parti Kontraenti ospitanti jistgħu jitolbu lill-awtoritajiet kompetenti tal-Parti Kontraenti fejn huwa stabbilit it-trasportatur li jimponu sanzjonijiet amministrattivi skont il-paragrafu 4.

    6.   Il-Partijiet Kontraenti għandhom jiżguraw li t-trasportaturi jkollhom id-dritt jappellaw kontra kull sanzjoni amministrattiva imposta fuqhom skont dan l-Artikolu.

    Artikolu 13

    Reġistrazzjonijiet fir-reġistri elettroniċi nazzjonali

    Il-Partijiet Kontraenti għandhom jiżguraw li r-reati serji kontra l-liġi fil-qasam tat-trasport bit-triq li huma attribwibbli lil trasportaturi stabbiliti fit-territorju tagħhom u li wasslu għal xi sanzjoni mill-awtoritajiet kompetenti ta' Stat Membru tal-Unjoni Ewropea jew tal-Iżvizzera, kif ukoll l-irtirar temporanju jew definittiv tal-liċenzja tal-Komunità fil-każ tat-trasportaturi tal-Unjoni Ewropea jew tal-liċenzja Żvizzera simili fil-każ tat-trasportaturi Żvizzeri jew tal-kopja awtentikata tal-liċenzja tal-Komunità jew tal-liċenzja Żvizzera simili għandhom jitniżżlu fir-reġistru elettroniku nazzjonali tal-kumpaniji tat-trasport bit-triq. Ir-reġistrazzjonijiet fir-reġistru li jirrigwardaw l-irtirar temporanju jew definittiv tal-liċenzja tal-Komunità fil-każ tat-trasportaturi tal-Unjoni Ewropea jew tal-liċenzja Żvizzera simili fil-każ tat-trasportaturi Żvizzeri għandhom jinżammu fil-bażi tad-data għal mill-inqas sentejn mid-data ta' skadenza tal-irtirar fil-każ ta' rtirar temporanju, jew mid-data tal-irtirar fil-każ ta' rtirar definittiv.”


    (1)  Ir-Regolament (UE) Nru 361/2014 tal-Kummissjoni tad-9 ta' April 2014 li jistabbilixxi regoli dettaljati għall-applikazzjoni tar-Regolament (KE) Nru 1073/2009 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar id-dokumenti għat-trasport internazzjonali ta' passiġġieri bil-kowċ u x-xarabank u li jħassar ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 2121/98 (ĠU L 107, 10.4.2014, p. 39).

    (2)  Ir-Regolament (KE) Nru 1073/2009 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-21 ta' Ottubru 2009 dwar regoli komuni għall-aċċess għas-suq internazzjonali tas-servizzi tal-kowċ u x-xarabank u li jemenda r-Regolament (KE) Nru 561/2006 (ĠU L 300, 14.11.2009, p. 88).

    (3)  RS/SR/745.11.

    (4)  Ir-Regolament (KE) Nru 1071/2009 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-21 ta' Ottubru 2009 li jistabbilixxi regoli komuni dwar il-kondizzjonijiet li għandhom jiġu rispettati għall-eżerċizzju tal-professjoni ta' operatur tat-trasport bit-triq u li jħassar id-Direttiva tal-Kunsill 96/26/KE (ĠU L 300, 14.11.2009 p. 51.


    Top