EUR-Lex Access to European Union law

Back to EUR-Lex homepage

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 22007D0071

Deċiżjoni tal-Kumitat Konġunt taż-ŻEE Nru 71/2007 tad- 29 ta’ Ġunju 2007 li temenda l-Protokoll 31 tal-Ftehim taż-ŻEE dwar kooperazzjoni f'oqsma speċifiċi 'l barra mill-erba' libertajiet

ĠU L 304, 22.11.2007, p. 56–56 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

Dan id-dokument ġie ppubblikat f’edizzjoni(jiet) speċjali (HR)

Legal status of the document In force

ELI: http://data.europa.eu/eli/dec/2007/71(2)/oj

22.11.2007   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea

L 304/56


DEĊIŻJONI TAL-KUMITAT KONĠUNT TAŻ-ŻEE

Nru 71/2007

tad-29 ta’ Ġunju 2007

li temenda l-Protokoll 31 tal-Ftehim taż-ŻEE dwar kooperazzjoni f'oqsma speċifiċi 'l barra mill-erba' libertajiet

IL-KUMITAT KONĠUNT TAŻ-ŻEE,

Wara li kkunsidra l-Ftehim dwar iż-Żona Ekonomika Ewropea, kif emendat bil-protokoll li jaġġusta l-Ftehim dwar iż-Żona Ekonomika Ewropea, minn hawn 'il quddiem msejjaħ “il-Ftehim”, u b'mod partikolari l-Artikoli 86 u 98 tiegħu,

Billi:

(1)

Il-Protokoll 31 tal-Ftehim kien emendat b'Deċiżjoni tal-Kumitat Konġunt taż-ŻEE Nru 74/2006 tat-2 ta' Ġunju 2006 (1).

(2)

Huwa xieraq li titkompla l-kooperazzjoni tal-Partijiet Kontraenti għall-Ftehim fl-implimentazzjoni u l-iżvilupp tas-Suq Intern.

(3)

Il-Protokoll 31 għall-Ftehim għandu għalhekk jiġi emendat sabiex din il-kooperazzjoni tkompli wara l-31 ta' Diċembru 2006,

IDDEĊIEDA DAN LI ĠEJ:

Artikolu 1

L-Artikolu 7 tal-Protokoll 31 tal-Ftehim għandu jkun emendat kif ġej:

(1)

Il-kliem “is-snin 2004, 2005 u 2006” fil-paragrafu 6 għandhom jinbidlu bil-kliem “is-snin 2004, 2005, 2006 u 2007”.

(2)

Il-kliem “is-sena 2006” fil-paragrafu 7 għandhom jinbidlu bil-kliem “is-snin 2006 u 2007”.

Artikolu 2

Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ fil-ġurnata wara l-aħħar notifika lill-Kumitat Konġunt taż-ŻEE skond l-Artikolu 103(1) tal-Ftehim (*).

Għandha tapplika mill-1 ta’ Jannar 2007.

Artikolu 3

Din id-Deċiżjoni għandha tiġi ppubblikata fis-Sezzjoni taż-ŻEE u fis-Suppliment taż-ŻEE tal-Ġurnal Uffiċjali ta' l-Unjoni Ewropea.

Magħmul fi Brussell, 29 ta’ Ġunju 2007.

Għall-Kumitat Konġunt taż-ŻEE

Il-President

Alan SEATTER


(1)  ĠU L 245, 7.9.2006, p. 45.

(*)  M'hemm ebda rekwiżiti kostituzzjonali indikati.


Top