EUR-Lex Access to European Union law

Back to EUR-Lex homepage

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 22007D0065

Deċiżjoni tal-Kumitat Konġunt taż-ŻEE Nru 65/2007 tal- 15 ta’ Ġunju 2007 li temenda l-Protokoll 31 għall-Ftehim taż-ŻEE dwar il-kooperazzjoni f'oqsma speċifiċi barra l-erba' libertajiet

ĠU L 304, 22.11.2007, p. 47–48 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

Dan id-dokument ġie ppubblikat f’edizzjoni(jiet) speċjali (HR)

Legal status of the document In force

ELI: http://data.europa.eu/eli/dec/2007/65(2)/oj

22.11.2007   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea

L 304/47


DEĊIŻJONI TAL-KUMITAT KONĠUNT TAŻ-ŻEE

Nru 65/2007

tal-15 ta’ Ġunju 2007

li temenda l-Protokoll 31 għall-Ftehim taż-ŻEE dwar il-kooperazzjoni f'oqsma speċifiċi barra l-erba' libertajiet

IL-KUMITAT KONĠUNT TAŻ-ŻEE,

Wara li kkunsidra l-Ftehim dwar iż-Żona Ekonomika Ewropea, kif emendata bil-Protokoll li jaġġusta l-Ftehim dwar iż-Żona Ekonomika Ewropea, minn hawn 'l quddiem msejjaħ “il-Ftehim”, u b'mod partikolari l-Artikoli 86 u 98 tiegħu,

Billi:

(1)

Il-Protokoll 31 tal-Ftehim kien emendat b'Deċiżjoni tal-Kumitat Konġunt taż-ŻEE Nru 138/2006 tas-27 ta’ Ottubru 2006 (1).

(2)

Huwa xieraq li l-kooperazzjoni tal-Partijiet Kontraenti fir-rigward tal-Ftehim tiġi estiża sabiex tinkludi d-Deċiżjoni Nru 1672/2006/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill ta’ l-24 ta’ Ottubru 2006 li tistabbilixxi l-Programm Komunitarju għall-Impjiegi u s-Solidarjetà Soċjali – Progress (2), kif rettifikata mill-ĠU L 65, 3.3.2007, p. 12.

(3)

Il-Protokoll 31 tal-Ftehim għandu għalhekk jiġi emendat sabiex jippermetti li din l-estensjoni tal-kooperazzjoni tibda sseħħ b'effett mill-1 ta’ Jannar 2007,

IDDEĊIEDA DAN LI ĠEJ:

Artikolu 1

L-Artikolu 5 tal-Portokoll 31 għall-Ftehim għandu jiġi emendat kif ġej:

1)

Il-paragrafu 5 għandu jkun mibdul b'dan li ġej:

“5.   L-Istati ta’ l-EFTA għandhom jieħdu sehem fil-programmi u azzjonijiet tal-Komunità li jirreferu għalihom l-ewwel żewġ inċiżi tal-paragrafu 8 mill-1 ta’ Jannar 1996, fil-programm li jirreferi għalih it-tielet inċiż mill-1 ta’ Jannar 2000, fil-programm li jirreferi għalih ir-raba' inċiż mill-1 ta’ Jannar 2001, fil-programmi li jirreferu għalihom il-ħames u s-sitt inċiż mill-1 ta’ Jannar 2002 u fil-programmi li jirreferu għalihom is-seba' u t-tmien inċiż mill-1 ta’ Jannar 2004 u fil-programmi li jirreferu għalihom fid-disa' u fl-għaxar inċiż mill-1 ta’ Jannar 2007.”

2)

L-inċiż li ġej għandu jiġi miżjud fil-paragrafu 8:

“—

32006 D 1672: Deċiżjoni Nru 1672/2006/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill ta’ l-24 ta' Ottubru 2006 li tistabbilixxi Programm Komunitarju għall-Impjiegi u għas-Solidarjetà Soċjali – Progress (ĠU L 315, 15.11.2006, p. 1), kif rettifikata mill-ĠU L 65, 3.3.2007, p. 12.”

Artikolu 2

Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ fil-ġurnata wara l-aħħar notifika lill-Kumitat Konġunt taż-ŻEE taħt l-Artikolu 103(1) tal-Ftehim (*).

Għandha tapplika mill-1 ta’ Jannar 2007.

Artikolu 3

Din id-Deċiżjoni għandha tiġi ppubblikata fis-Sezzjoni ŻEE u fis-Suppliment ŻEE tal-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea.

Magħmul fi Brussell, 15 ta’ Ġunju 2007.

Għall-Kumitat Konġunt ŻEE

Il-President

Alan SEATTER


(1)  ĠU L 366, 21.12.2006, p. 83.

(2)  ĠU L 315, 15.11.2006, p. 1.

(*)  Ma huwa indikat l-ebda rekwiżit kostituzzjonali.


Top