EUR-Lex Access to European Union law

Back to EUR-Lex homepage

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 22001A0427(01)

Ftehim ta' koperazzjoni bejn il-Komunità Ewropea u r-Repubblika Popolari tal-Bangladexx dwar is-Sħubija u l-Iżvilupp

ĠU L 118, 27.4.2001, p. 48–56 (ES, DA, DE, EL, EN, FR, IT, NL, PT, FI, SV)

Dan id-dokument ġie ppubblikat f’edizzjoni(jiet) speċjali (CS, ET, LV, LT, HU, MT, PL, SK, SL, BG, RO, HR)

Legal status of the document In force

ELI: http://data.europa.eu/eli/agree_internation/2001/332/oj

Related Council decision

22001A0427(01)



Official Journal L 118 , 27/04/2001 P. 0048 - 0056


Ftehim ta' koperazzjoni

bejn il-Komunità Ewropea u r-Repubblika Popolari tal-Bangladexx dwar is-Sħubija u l-Iżvilupp

IL-KOMUNITÀ EWROPEA

min-naħa l-waħda,

IL-GVERN TAR-REPUBBLIKA TAL-POPLU TAL-BANGLADEXX

min-naħa l-oħra,

JIKKJIKKUNSIDRAW ir-relazzjonijiet eċċellenti u r-rabtiet ta' ħbiberija u Koperazzjoni bejn il-Komunità Ewropea, hawnhekk iżjed ‘il quddiem msejħa "l-Komunità", u r-Repubblika tal-Poplu tal-Bangladexx, hawnhekk iżjed ‘il quddiem msejħa "l-Bangladexx",

JJGĦARRFU l-importanza illi jsaħħu aktar ir-rabtiet u jtejbu r-relazzjonijiet bejn il-Komunità u l-Bangladexx,

FILWAQT illi jerġgħu jaffermaw l-importanza illi l-Komunità u l-Bangladexx jagħtu lill-prinċipji tal-Karta tan-Nazzjonijiet Uniti, d-Dikjarazzjoni Universali tad-Drittijiet Umani, tad-Dikjarazzjoni ta' l-1993 ta' Vjenna u l-Programma ta' Azzjoni tal-Konferenza Dinjija dwar id-Drittijiet Umani, għad-Dikjarazzjoni ta' l-1995 ta' Kopenħagen fuq l-Iżvilupp Soċjali u l-programm ta' azzjoni, u għad-Dikjarazzjoni ta' l-1995 tal-pjattaforma ta' azzjoni għar-4 Konferenza Dinjija dwar in-Nisa,

WARA li kkunsidraw il-pedamenti għal-Koperazzjoni mill-qrib bejn il-Komunità u l-Bangladexx mibnijin permezz tal-Ftehim bejn il-Komunità u l-Bangladexx iffirmat nhar is-16 ta' Novembru 1976,

FILWAQT illi jinnutaw b' sodisfazzjoni l-kisbiet illi jirriżultaw minn dak il-Ftehim,

ISISPIRATI mir-rieda komuni illi jikkonsolidaw, japrofondixxu u jiddiversifikaw ir-relazzjonijiet tagħhom fl-arjiet ta' interess reċiproku fuq il-bażi ta' l-ugwaljanza, l-indiskriminazzjoni u l-benefiċċju reċiproku u r-reċiproċità,

FILWFILWAQT illi jgħarrfu l-importanza kbira ta' l-iżvilupp soċjali illi għandu jimxi id f'id ma' l-iżvilupp ekonomika, filwaqt illi jittieħed kont ta' l-istatus tal-Bangladexx fl-istatus tiegħu l-anqas żviluppat,

JIRRJIRRIKONOXXU l-bżonn illi jkun appoġġjat l-iżvilupp tal-poplu tal-Bangladexx, u partikolarment ta' l-oqsma fqar u żvantaġġjati tal-popolazzjoni, b' emfasi speċjali fuq in-nisa,

JIKKONSIDRAW l-importanza illi l-Komunità u l-Bangladexx jagħtu lill-promozzjoni tal-kobor demografiku bilanċjat, il-qerda tal-faqar, il-ħarsien ta' l-ambjent u l-użu sostenibbli tar-riżorsi naturali u jirrikonoxxu r-rabta illi hemm bejn l-ambjent u l-iżvilupp,

MIXTIEQA illi joħolqu kondizzjonijiet favorevoli għal żvilupp sostanzjali u d-diversifikazzjoni tal-kummerċ bejn il-Komunità u l-Bangladexx,

FILWAQT ILLI JQISU l-impenn tagħhom illi jmexxu l-kummerċ skond il-Ftehim illi jistabbilixxi l-Organiżżazzjoni Dinjija tal-Kummerċ, inklużi l-Konklużjonijiet tal-Konferenza Ministerjali tas-Singapore ta' l-WTO illi saret f'Diċembru 1996,

WARA li kkunsidraw il-bżonn illi jinħolqu kondizzjonijiet favorevoli għall-investiment dirett u l-Koperazzjoni ekonomika bejn il-Partijiet,

FILWAQT illi jinnutaw l-interess komuni tagħhom fl-iżvilupp u fit-tisħiħ tal-Koperazzjoni reġjonali u id-Djalogu ta' bejn it-Tramuntana u Nofsinhar,

FILWAQT illi jemmnu illi r-relazzjonijiet bejniethom żviluppaw lil hinn mill-wisa' tal-Ftehim konkluż fl-1976,

IDDEĊIDEW, bħala partijiet kontraenti, hawnhekk iżjed ‘il quddiem msejħa "l-Partijiet", illi jilħqu dan il-Ftehim u għal dan il-għan innominaw bħala l-plenipotenzarji tagħhom:

IL-KOMUNITÀ EWROPEA

Jaime Gama

Ministru ta' l-Affarijiet Barranin tar-Repubblika Portugiża,

President ta' l-uffiċċju tal-Kunsill Ta' L-Unjoni Ewropea,

Christopher Patten

Membru tal-Kummissjoni tal-Komunità Ewropea,

IL-GVERN TAL-BANGLADEXX

Md. Abdul Jalil

Ministru tal-Bangladexx

LI, wara li skambjaw bejniethom il-Pieni Poteri tagħhom, li nstabu li kienu tajbin u fil-forma dovuta,

FTEHMU KIF ĠEJ:

Artikolu 1

Bażi

Ir-rispett għad-drittijiet umani u l-prinċipji demokratiċi kif stabbiliti fid-Dikjarazzjoni Universali tad-Drittijiet Umani jsaħħu l-politika domestika u internazzjonali tal-Partijiet, u jikkostitwixxu element essenzali ta' dan il-Ftehim.

Artikolu 2

Għanijiet

L-għanijiet prinċipali ta' dan il-Ftehim huma illi jtejbu u jiżviluppi l-aspetti varji ta' Koperazzjoni bejn il-Partijiet fl-arjiet illi jaqgħu fil-limiti tal-kompetenzi rispettivi tagħhom, bl-għanijiet illi ġejjin:

1. jappoġġja l-iżvilupp sostenibbli ekonomiku u soċjali tal-Bangladexx u partikolarment l-ifqar qasam tal-popolazzjoni tiegħu, b' enfasi speċjali fuq in-nisa, filwaqt illi jittieħed kont ta' l-istatus tiegħu ta' l-inqas pajjiż żviluppat;

2. jassigura l-kondizzjonijiet għal u sabiex jiġi promoss iż-żjieda u l-iżvilupp tal-kummerċ fiż-żewġ naħat bejn il-Partijiet skond il-Ftehim illi jistabbilixxi l-Organiżazzjoni Dinjija tal-Kummerċ u sabiex jassisti l-Bangladexx fid-diversifikazzjoni tal-potenzal ta' prodotti tiegħu;

3. jiġi promoss l-investiment u r-rabtiet ekonomiċi, tekniċi u kulturali fl-interessi reċiproku tagħhom;

4. sabiex jintlaħaq ekwilibriju bejn il-politika ta' l-iżvilupp ekonomiku sostenibbli, l-iżvilupp soċjali u l-ħarsien u l-konservazzjoni ta' l-ambjent naturali.

Artikolu 3

Koperazzjoni fl-iżvilupp

1. Il-Partijiet jirrikonoxxu illi hemm potenzal għall-kontribuzzjoni tal-Komunità, kemm f'termini ta' daqs u impatt, kif ukoll fl-isforz ta' żvilupp fil-Bangladexx, aktar partikolarment fl-oqsma strateġiċi ta' l-allevjament tal-faqar. L-attivitajiet illi jsiru f'dawn l-oqsma, għandhom, meta approprjat, ipoġġu emfasi partikolari fuq in-nisa.

Fid-dawl ta' dan hawn fuq imsemmi, u skond il-politika tal-Komunità, ir-regolamenti u l-limiti tal-mezzi finanzjari illi huma disponibbli għall-Koperazzjoni, il-Partijiet jaqblu illi l-Koperazzjoni għandha tkompli tiġi żviluppata fil-kuntest ta' l-istrateġija ċara ta' Koperazzjoni u djalogu immirati sabiex jiġu definiti l-prijoritajiet maqbulin reċiprokament, u l-kisba ta' l-effettività u s-sostenibilità.

2. Il-Partijiet jagħrafu l-ħtieġa għall-attenzjoni akbar lejn u Koperazzjoni fl-oqsma tal-kontroll tad-droga u l-AIDS, filwaqt illi jitqies ix-xogħol magħmul f'dan is-sens minn korpi internazzjonali. Partikolarment, il-Koperazzjoni bejn il-Partijiet għandha tinkludi dan li ġej:

a) il-prevenzjoni, il-monitoraġġ u t-tnaqqis ta' l-AIDS permezz ta' informazzjoni ili tappoġġja dan l-għan u attivitajiet edukattivi;

(b) it-tisħiħ tas-servizzi tas-saħħa u l-kapaċità tat-trattament fir-rigward tal-vittimi ta' l-AIDS;

(c) it-taħriġ, l-Edukazzjoni, l-promozzjoni tas-saħħa, u r-rijabilitazzjoni ta' tossikodipendenti, inklużi l-proġetti għar-reintegrazzjoni tat-tossikodipendenti fix-xogħol u l-ambjent soċjali;

(d) l-iskambju ta' l-informazzjoni relevanti kollha, filwaqt illi jassiguraw illi d-data personali hija mħarsa kif xieraq.

3. Il-Partijiet għandhom jassiguraw illi l-azzjonijiet meħuda fi ħdan il-qafas tal-Koperazzjoni fl-iżvilupp huma kompatibbli ma' l-istrateġiji ta' żvilupp implimentati taħt l-awspiċi ta' l-Istituzzjoni Bretton Woods.

Artikolu 4

Koperazzjoni fin-negozju u l-kummerċ

1. Fi ħdan il-kompetenzi rispettivi tagħhom, il-Partijiet huma impenjati illi jagħmlu l-kummerċ skond il-Ftehim illi jistabbilixxi l-WTO.

2. Kull Parti taqbel illi tinforma lill-Parti l-oħra tal-bidu ta' proċeduri ta' kontra d-dumping kontra l-prodotti tal-Parti l-oħra.

In pjena osservanza tal-Ftehim ta' l-WTO, l-Ftehim tal-miżuri ta' kontra d-dumping u ta' kontra s-sussidji, il-il-Partijiet għandhom jagħtu konsiderazzjoni simpatetika lil, u għandhom jagħtu opportunità adegwata għall-konsulenza fir-rigward ta' rappreżentazzjonijiet magħmula minn kwalunkwe Parti fir-rigward tal-proċeduri ta' kontra d-dumping u ta' kontra s-sussidji.

3. Il-Partijiet jintrabtu wkoll illi jippromwovu, fi ħdan il-qafas tal-leġislazzjoni kurrenti tagħhom it-tkabbir u d-diversifikazzjoni tal-Kumerċ bejniethom. L-għanijiet tal-Koperazzjoni f'dan il-qasam huwa illi jiżviluppa u jiddiversifika n-negozju bejn iż-żewġ Partijiet billi jfittxu modi u meżżi sabiex itejbu l-aċċess għas-suq.

4. Il-Partijiet għandhom ifittxu:

(a) illi jaħdmu sabiex jiġu eliminati l-ostakoli tal-kummerċ u sabiex jimplimentaw miżuri illi jtejbu t-trasparenza, partikolarment permezz tat-tneħħija ta' ostakoli illi mhumiex maħluqin mit-tariffi skond ix-xogħol magħmul f'dan is-sena mill-WTO u korpi internazzjonali oħra;

(b) fil-limiti tal-kompetenzi rispettivi tagħhom, illi jtejbu l-Koperazzjoni f'kwestjonijiet ta' dwara bejn l-awtoritajiet rispettivi tagħhom, speċjalment fit-taħriġ professjonali, is-simplifikazzjoni u l-amonizazzjoni tal-proċeduri tad-dwana u l-prevenzjoni, l-investigazzjoni u l-penalizazzjoni tar-reati kontra d-dwana;

(c) illi jintlaħaq il-konsiderazzjoni ta' kwestjonijiet ta' transitu/riesportazzjoni;

(d) illi jiskambjaw informazzjoni dwar l-opportunitajiet tas-suq illi jkunu reċiprokament benefiċi, l-koperazzjoni statisika u kwestjonijiet ta' kompetizzjoni;

(e) illi jassiguraw il-ħarsien xieraq tad-data personali.

5. (a) Il-Bangladexx jikkonferma illi huwa ser jieħu l-miżuri meħtieġa kollha sabiex itejjeb il-kondizzjonijiet għall-ħarsien adegwat u effettiv u l-infurzar tad-drittijiet intelletwali, industrijali u kummerċjali.

(b) Mingħajr preġudizzju għall-impenn taħt il-Ftehim dwar l-aspetti illi jirrigwardaw il-kummerċ tad-drittijiet fuq il-proprjetà intellettwali (TRIPS), il-Bangladexx għandu jaderixxi mal-Konvenzjoni internazzjonali relevanti dwar il-proprjetà intellettwali, industrijali u kummerċjali msemmija fil-Paragrafu 1 ta' l-Anness II mhux aktar tard mill-1 ta' Jananr 2006. Il-Kummissjoni Konġunta tista' tiddeċiedi, fuq talba debitament motivata minn kwalunkwe Parti, illi tbiddel dan il-perjodu.

(ċ) Barra minn hekk, il-Balgladesh għandu jfittex illi jaderixxi mal-Konvenzjoni internazzjonali relevanti dwar il-proprjetà intellettwali, industrijali u kumerċjali msemmijiet fil-Paragrafu 2 ta' l-Anness II.

(d) Sabiex il-Bangladexx ikun jista' jaderixxi ma' l-impenji u l-obbligazzjonijiet imsemmijin s' issa, għandha tingħata l-assistenza teknika xierqa fuq talba tal-Parti.

6. Fi ħdan il-limiti tal-kompetenzi rispettivi tagħhom, il-Partijiet jaqblu illi huma ser jaħdmu sabiex itejbu l-iskambju ta' l-informazzjoni u l-aċċess għas-swieq rispettivi tagħhom ta' l-akkwisti pubbliċi fuq il-bażi tar-reċiproċità. Għal dan il-għan, il-Komunità tinkoraġġixxi l-Bangladexx tidħol fil-Ftehim ta' l-WTO Plurilaterali fuq l-akkwisti illi jsiru mill-Gvern.

7. Fir-rigward tas-servizzi ta' trasport internazzjonali marittimu, il-Partijiet għandhom ifittxu illi jassiguraw l-applikazzjoni effettiva tal-prinċipju ta' aċċess liberu għas-swieq internazzjonali marittimi u t-traffiku fuq bażi kummerċjali.

(a) Din id-disposizjoni ma tippreġudikax id-drittijiet u l-obbligazzjonijiet illi joħorġu mill-Konvenzjoni tan-Nazzjonijiet Unijiet, il-Kodiċi tal-Kondotta għall-Bastimenti ta' Konferenza kif applikabbli għal xi waħda mill-Parti kontraenti fuq dan il-Ftehim. Il-bastimenti illi ma jkunux ta' konferenza ser ikunu liberi illi jidħlu f'kompetizzjonijiet ma' bastimenti ta' konferenza jekk kemm-il darba jaderixxu mal-rinċipju ta' kompetizzjoni ġusta fuq bażi kummerċjali.

(b) Il-Partijiet jaffermaw l-impenn tagħhom favur ambjent ta' kompetizzjoni bħala fattur essenzali għan-negozju ta' l-ingrossa kemm niexfa kif ukoll likwida.

Artikolu 5

Koperazzjoni Ambjentali

1. Filwaqt illi jirrikonoxxu illi hemm rabta importanti bejn in-nuqqas soċjali u t-tnaqqis fil-kwalità ta' l-ambjent, il-Partijiet jimpenjaw ruħhom illi jikkoperaw fl-oqsma ambjentali bil-għan illi jitjieb l-prospetti illi jinkiseb tkabbir ekonomiku sostenibbli u żvilupp soċjali, filwaqt illi tingħata prijorità għolja fir-rigward ta' l-ambjent naturali.

2. Għandha tingħata attenzjoni partikolari għas-segwenti:

(a) it-tnaqqis tar-riskju mill-ambjent f'arjiet fejn huma suxxettibbli għad-diżastri u/jew l-offerta ta' proġetti aħjar kontra dawn ir-riski u l-ġlieda kontra t-tnaqqis fil-kwalità tal-ħamrija;

(b) l-iżvilupp ta' politika ta' l-ambjent effettiva illi tipprovdi miżuri leġislattivi xierqa u riżorsi illi jkunu jistgħu jimplimentawha. Dan għandu jħaddan it-taħriġ, il-bini tal-kapaċità u t-trasferiment ta' teknoloġija xierqa ambjentali;

(ċ) il-Koperazzjoni fl-iżvilupp ta' egħjun ta' enerġija sostenibbli u illi ma jniġġżuż, kif ukoll għandhom jinstabu soluzzjonijiet għall-problemi urbani u tniġġiż industrijali;

(d) għandhom jiġu evitati attivitajiet illi jagħmlu ħsara lill-ambjent (speċjalment f'postijiet fejn hemm eko-sistemi fraġli), filwaqt illi jiġi żviluppat it-turiżmu bħala għajn ta' introjtu sostenibbli;

(e) Isiru stimi ta' l-impatt ambjentali, bħala parti essenzali mir-rikostruzzjoni u l-iżvilupp ta' proġetti fl-oqsma kollha, kemm fl-istadji ta' preparazzjoni kif ukoll f'dawk ta' l-implimentazzjoni;

(f) It-tfittxija ta' Koperazzjoni mill-qrib fil-kisba ta' l-għanijiet tal-ftehim ambjentali multilaterali illi għalihom it-tnejn huma parti.

Artikolu 6

Koperazzjoni Ekonomika

1. Skond il-politika rispettiva tagħhom u l-għanijiet u l-limitu tar-riżorsi disponibbli tagħhom, il-Partijiet jimpenjaw irwieħhom illi jkabbru l-Koperazzjoni ekonomika bejniethom għall-benefiċċju reċiproku. Huma għandhom jistabbilixxu flimkien, għall-vantaġġ reċiproku tagħhom u fi ħdan il-limiti tal-kompetenzi rispettivi tagħhom, l-oqsma u l-prijoritajiet għall-programmi ta' Koperazzjoni ekonomika u l-attivitajiet fil-kuntesta ta' strateġija ċara ta' Koperazzjoni.

2. Il-Partijiet jaqblu illi jikkoperaw fl-oqsma wiesgħa illi ġejjin:

(a) jiżviluppaw ambjent kompetittiv ekonomiku kreattiv fil-Bangladexx billi jiġi faċilitat l-użu ta' l-għarfien u t-teknoloġija mill-Komunità, inklużi, fl-oqsma tad-disinn, l-ippakkjar, l-istandards, bħal ma huma l-standards tal-konsumatur u ta' l-ambjent, il-materjali ġodda u l-prodotti;

(b) jiffaċilitaw il-kuntatti bejn l-operaturi ekonomiċi u miżuri oħra maħsubi sabiex jipprovwovu l-iskambju kummerċjali u l-investimenti;

(ċ) jiffaċilitaw l-iskambju ta' informazzjoni dwar politiċi illi jirreletaw ma' l-impriżi u ma' l-impriżi ta' daqs żgħir u medju (SME's), partikolarment bil-għan illi jitjieb l-ambjent tal-kummerċ u l-investiment u sabiex jiġu inkoraġġuti l-kuntatti aktar mill-qrib bejn l-IŻM sabiex jiġi promoss il-kummerċ u jikbru l-opportunitajiet ta' Koperazzjoni industrijali;

(d) isaħħu t-taħriġ fl-amministrazzjoni fil-Bangladexx bil-għan illi jiġi żviluppati operaturi tan-negozju illi jkun kapaċi illi jinteraġixxu effikaċement fl-ambjent kummerċjali Ewropew;

(e) jiġi promoss id-djalogu bejn il-Bangladexx u l-Komunità fl-oqsma tal-politika ambjentali u t-trasferiment tat-teknoloġija.

3. Fil-limit tal-kompetenzi rispettivi tagħhom, il-Partijiet jintrabtu illi jinkoraġġixxu żjieda fl-investiemnt reċiprokament benefiċjali billi jistabbilixxu klima aktar favorevoli għall-investimenti privati permezz ta' kondizzjonijiet aħjar għat-trasferiment tal-kapital u billi jappoġġjaw, meta xieraq, il-konklużjoni tal-konvenzjonijiet dwar il-promozzjoni u l-ħarsien ta' l-investiment bejn l-Istati Membri tal-Komunità u l-Bangladexx.

Artikolu 7

Koperazzjoni Reġjonali

1. Il-Partijiet jaqblu illi l-Koperazzjoni bejniethom tista' tinkludi azzjonijiet illi jkunu ittieħdu taħt ftehim ta' Koperazzjoni ma' pajjiżi oħra fl-istess reġjun, jekk kemm-il darba din l-azzjoni tkun kompatibbli ma' dan il-Ftehim.

2. Mingħajr ma tiġi eskluża kwalunkwe arja, il-Partijiet jaqblu illi jagħtu konsiderazzjoni partikolari għall-azzjonijiet illi ġejjin:

(a) assistenza teknika (is-servizzi ta' esperti ġejjin minn barra), taħriġ tal-persunal tekniku f'ċertu aspetti prattiċi ta' l-integrazzjoni);

(b) il-promozzjoni tal-kummerċ intra-reġjonali;

(ċ) appoġġ għall-istituzzjonijiet reġjonali u għall-proġetti konġunti u l-inizzjattivi stabbiliti taħt l-organizazzjonijiet reġjonali bħalma huma l-Ftehim ta' l-Asja ta' Nofsinhar dwar il-Koperazzjoni Reġjonali (SAARC);

(d) appoġġ għall-istudji dwar il-kwestjonijiet reġjonali/subreġjonali inklużi, fost affarijiet oħra, it-trasport, il-komunikazzjoinijiet, l-kwestjoinijiet ambjentali u s-saħħa tal-bniedem u ta' l-annimali.

Artikolu 8

Koperazzjoni fix-Xjenza u t-Teknoloġija

Il-Partijiet, skond il-politika u l-kompetenza tagħhom, għandhom jippromwovu l-Koperazzjoni xjentifika u teknoloġika fl-oqsma ta' interess komuni. Dan għandu jinkludi l-Koperazzjoni fuq l-istandards u l-kontroll tal-kwalità.

Artikolu 9

Kimiċi tal-prekursuri tad-droga u l-ħasil tal-flus

1. Skond il-kompetenzi rispettivi tagħhom u d-disposizzjonijiet pertinenti legali, il-Partijiet jaqblu illi jikkoperaw sabiex tiġi prevenuta d-diverżjoni tal-kimiċi tal-prekursuri tad-droga. Jaqblu wkoll dwar il-ħtieġa illi jsir kull sforz sabiex jiġi evitat il-ħasil tal-flus.

2. Iż-żewġ Partijiet għandhom jikkonsidraw miżuri speċjali kontra l-koltivazzjoni illeċita u l-produzzjoni ta' u l-kummerċ fi drogi, narkotiċi u sustanzi psikotropiċi if ukoll jevitaw u jnaqqsu l-abbuż tad-droga. Il-Koperazzjoni f'dan il-qasam għandu jinkludi:

(a) għajnuna għat-taħriġ u r-riabilitazzjoni tad-dipendenti;

(b) miżuri għall-iżvilupp ekonomiku alternattiv;

(c) skambji ta' l-informazzjoni relevanti illi jassiguraw illi d-data personali hija debitament imħarsa.

Artikolu 10

Żilupp tar-riżorsi umani

Il-Partijiet jaqblu illi l-iżvilupp tar-riżorsi umani jikkostitwixxi parti integrali ta' l-iżvilupp kemm ekonomiku kif ukoll soċjali.

Il-Partijiet jirrikonoxxu l-ħtieġa tal-ħarsien tad-drittijiet bażiċi tal-ħaddiema billi jieħdu in konsiderazzjoni l-prinċipji fl-istrumenti relevanti ta' l-Organizazzjoni Internazzjonali tax-Xogħol, inklużi dawk dwar il-projbizzjoni tax-xogħol furzat u xogħol tat-tfal, il-libertà ta' assoċjazzjoni, id-dritti illi ssir organiżazzjoni u jsiru negozjati kollettivament u l-prinċipju tan-non-diskriminazzjoni.

Il-Partijiet jirrikonoxxu illi kemm l-iżvilupp edukattiv u dak tal-kapaċitajiet kif ukoll it-titjib tal-kondizzjonijiet ta' l-għixien ta' l-oqsma żvantaġġjati tal-popolazzjoni, b' enfasi speċjali fuq in-nisa, għandhom jikkontribwixxu sabiex joħolqu ambjent ekonomiku u soċjali favorevoli.

Artikolu 11

Informazzjoni, kultura u komunikazzjoni

Fi ħdan l-isfera tal-kompetenzi rispettivi tagħhom, il-Partijiet għandhom jikkoperaw fl-oqsma ta' l-informazzjoni, l-kultura u l-komunikazzjonijiet, kemm sabiex joħolqu ftehim reċiproku aħjar u sabiex jissaħħu r-rabtiet kulturali bejniethom permezz ta', fost affarijiet oħra, studju u l-assistenza teknika għall-preservazzjoni tal-wirt kulturali.

Il-Partijiet jirrikonoxxu wkoll l-imporatnza tal-Koperazzjoni fl-oqsma tat-telekomunikazzjonijiet, s-soċjetà ta' l-informazzjoni u l-applikazzjonijiet multimedjali illi jikkontribwixxu għall-iżvilupp ekonomiku u kummerċ akbar.

Il-Partjiet jikkonsidraw illi l-Koperazzjoni f'dan il-qasam, fi ħdan l-isfera tal-kompetenzi rispettivi tagħhom, jistgħu jiffaċilitaw:

(a) ir-regolazzjoni u l-politika għat-telekomunikazzjonijiet;

(b) komunikazzjoni mobbli;

(ċ) is-soċjetà ta' l-informazzjoni, inkluża l-promozzjoni tas-sistemi tan-navigazzjoni globali satellitari;

(d) it-teknoloġiji multimedjali għat-telekomunikazzjonijiet;

(e) in-networks telematiċi u l-applikazzjonijiet (it-trasport, is-saħħa, l-edukazzjoni u l-ambjent).

Artikolu 12

Kummissjoni Konġunta

1. Il-Partijiet jaqblu illi jistabbilixxu Kummissjoni Konġunta illi l-kompiti tagħha għandhom ikunu:

(a) l-assigurazzjoni tal-funzjonament xieraq u l-implimentazzjoni tal-Ftehim;

(b) tistabbilixxi l-prijorità fir-rigward ta' l-għanijiet tal-Ftehim;

(ċ) tagħmel rakkommandazzjonijiet għall-promozzjoni ta' l-għanijiet tal-Ftehim.

Id-disposizzjonijiet għandhom jiġu stabbiliti dwar il-frekwenza u l-lok tal-laqgħat, is-sedja u t-twaqqif tas-sottogruppi.

2. Il-Kummissjoni Konġunta għandha tkun komposta mir-rappreżentanti taż-żewġ naħat, illi jkunu f'livell ogħli. Il-Kummissjoni Konġunta għandha tiltaqa' normalment sena iva u sena le, alternattivament fi Brussel u f'Dhaka, f'data illi trid tiġi iffissata bi ftehim reċiproku. Il-laqgħat straordinarji jistgħu jiġu msejħin ukoll bi ftehim bejn il-Partijiet.

3. Il-Kummissjoni Konġunta tista' tistabbilixxi subgruppi speċjaliżżati sabiex jassistu fl-eżekuzzjoni tad-dmirijiet tagħha u sabiex tikkordina l-formulazzjoni u l-implimentazzjoni tal-proġetti u l-programmi fil-qasam tal-Ftehim.

4. L-aġenda tal-laqgħat tal-Kummissjoni Konġunta għandha tiġi determinata bi ftehim bejn il-Partijiet.

5. Il-Partijiet jaqblu illi għandu wkoll ikun il-kompitu tal-Kummissjoni Konġunta illi tassigura illi jkun hemm il-funzjonalment tal-ftehim settorjali milħuq jew illi jista' jiġi konkluż bejn il-Komunità u Bangladexx.

Artikolu 13

Konsultazzjonijiet

Il-Partijiet jirrikonoxxu l-valur, fid-dawl ta' l-għanijiet ta' dan il-Ftehim, illi jikkonsultaw wieħed lill-ieħor fuq kwistjonijiet internazzjonali, ekonomiċi u kummerċjali ta' interess reċiproku.

Artikolu 14

Klawsola Evoluttiva

Il-Partijiet jistgħu, b' kunsens reċiproku, jespandu dan il-Ftehim bil-għan illi jtejbu l-livell ta' Koperazzjoni u jżiduh permezz ta' ftehim f'oqsma jew attivitajiet speċifiċi.

Fir-rigward ta' l-implimentazzjoni ta' dan il-Ftehim, kull waħda mill-Partijiet tista' tagħmel is-suġġerimenti tagħha sabiex jitwessa' l-medda tal-Koperazzjoni, filwaqt illi jittieħed kont l-esperjenza illi tkun inkisbet fl-applikazzjoni tagħha.

Artikolu 15

Ftehimiet oħra

Mingħajr preġudizzju għad-disposizzjonijiet relevanti tat-Trattati illi jistabbilixxu l-Komunitajiet Ewropej, lanqas dan il-Ftehim jew l-azzjoni illi tittieħed taħtu m' għandha bi kwalunkwe mod teffettwa l-poteri ta' l-Istati Membri ta' l-Unjoni Ewropeaj sabiex jidħlu f'attivitajiet bilaterali mal-Bangladexx fil-qafas tal-Koperazzjoni ekonomika u ta' żvilupp jew sabiex jintlaħaq, meta approprjat, ftehim ta' koperazzjoni ġdida u ta' żvilupp mal-Bangladexx.

Artikolu 16

Non-eżekuzzjoni tal-Ftehim

1. Jekk kull Parti tikkonsidra illi l-Parti l-oħra naqset milli taderixxi ma' waħda mill-obbligazzjonijiet tagħha taħt il-Ftehim, għandha tieħu l-miżuri xierqa.

2. Qabel tagħmel dan, barra mill-każijiet ta' urġenza speċjali, għandha tforni lill-Parti l-oħra bl-informazzjoni kollha relevanti meħtieġa għall-eżaminazzjoni dettaljata tas-sitwazzjoni bil-għan illi tinstab soluzzjoni aċċettabbli għall-Partijiet.

3. Fl-għażla tal-miżuri, għandha tingħata prijorità lill dawk illi l-anqas itsellfu l-funzjonament tal-Ftehim. Dawn il-miżuri għandhom jiġu innotifikat immedjatament lill-Parti l-oħra u għandhom ikunu s-suġġett ta' konsultazzjonijiet jekk il-Parti l-oħra titlob hekk.

Artikolu 17

Faċilitajiet

Sabiex tiġi faċilitata l-Koperazzjoni fil-qafas ta' dan il-Ftehim, l-awtoritajiet tal-Bangladexx ser jagħtu lill-uffiċjali tal-Komunità u l-esperti involuti fl-implimentazzjoni tal-Koperazzjoni il-garanziji u l-faċilitajiet meħtieġa għall-qadi tal-funzjonijiet tagħhom. Id-disposizzjonijiet dettaljati għandhom jiġu stabbiliti permezz ta' Skambju ta' Ittri separat.

Artikolu 18

Applikazzjoni territorjali

Dan il-Ftehim għandu jgħodd, fuq in-naħa l-waħda, għat-territorji illi fihom it-Trattat jistabilixxi il-Komunitajiet Ewropej huwa applikat taħt il-kondizzjonijiet stabbiliti fit-Trattat u, minn-naħa oħra, lejn it-Terratorju tar-Repubblika tal- Bangladexx.

Artikolu 19

Annessi

Anness ma' dan il-Ftehim għandu jifforma parti integrali minnu.

Artikolu 20

Dħul fis-seħħ u tiġdid

1. Dan il-Ftehim għandu jidħol fis-seħħ fl-ewwel jum tax-xahar ta' wara d-data illi fih il-Paritjiet jinnotifikaw lill-xulxin dwar it-tlestija tal-proċeduri meħtieġa għal dan il-għan.

2. Dan il-Ftehim qiegħed jiġi milħuq għall-perjodu ta' ħames snin. Għandu jkun imġedded awtomatikament fuq bażi annwali sakemm waħda mill-Partijiet tavża illi riedet toħroġ minnu mill-anqas sitt xhur qabel id-data ta' skadenza tiegħu.

Artikolu 21

Testi awtentiċi

Dan il-Ftehim huwa magħmul f'duplikati fil-Lingwa Daniża, Olandiża, Ingliża, Finlandiża, Franċiża, Ġermaniża, Griega, Taljana, Portugiża, Spanjola, Svediża, Bangladiż u kull test huwa egwalment awtentiku.

EN FE DE LO CUAL, los plenipotenciarios abajo firmantes suscriben el presente Acuerdo.TIL BEKRÆFTELSE HERAF har undertegnede befuldmægtigede underskrevet denne aftale.ZU URKUND DESSEN haben die unterzeichneten Bevollmächtigten ihre Unterschriften unter dieses Abkommen gesetzt.ΣΕ ΠΙΣΤΩΣΗ ΤΩΝ ΑΝΩΤΕΡΩ, οι υπογράφοντες πληρεξούσιοι έθεσαν την υπογραφή τους κάτω από την παρούσα συμφωνία.IN WITNESS WHEREOF the undersigned Plenipotentiaries have signed this Agreement.EN FOI DE QUOI les plénipotentiaires soussignés ont apposé leur signature au présent accord.IN FEDE DI CHE, i plenipotenziari sottoscritti hanno apposto le proprie firme in calce al presente accordo.TEN BLIJKE WAARVAN de ondergetekende gevolmachtigden hun handtekening onder deze overeenkomst hebben gesteld.EM FÉ DO QUE, os plenipotenciários abaixo-assinados apuseram as suas assinaturas no final do presente acordo.TÄMÄN VAKUUDEKSI ALLA MAINITUT täysivaltaiset edustajat ovat allekirjoittaneet tämän sopimuksen.TILL BEVIS HÄRAV har undertecknade befullmäktigade ombud undertecknat detta avtal.

+++++ TIFF +++++

Hecho en Bruselas, el veintidós de mayo del año dos mil.Udfærdiget i Bruxelles den toogtyvende maj to tusind.Geschehen zu Brüssel am zweiundzwanzigsten Mai zweitausend.Έγινε στις Βρυξέλλες, στις είκοσι δύο Μαΐου δύο χιλιάδες.Done at Brussels on the twenty-second day of May in the year two thousand.Fait à Bruxelles, le vingt-deux mai deux mille.Fatto a Bruxelles, addì ventidue maggio duemila.Gedaan te Brüssel, de tweeëntwintigste mei tweeduizend.Feito em Bruxelas, em vinte e dois de Maio de dois mil.Tehty Brysselissä kahdentenakymmenentenätoisena päivänä toukokuuta vuonna kaksituhatta.Som skedde i Bryssel den tjugoandra maj tjugohundra.

+++++ TIFF +++++

Por la Comunidad EuropeaFor Det Europæiske FællesskabFür die Europäische GemeinschaftΓια την Ευρωπαϊκή ΚοινότηταFor the European CommunityPour la Communauté européennePer la Comunità europeaVoor de Europese GemeenschapPela Comunidade EuropeiaEuroopan yhteisön puolestaPå Europeiska gemenskapens vägnar

+++++ TIFF +++++

+++++ TIFF +++++

+++++ TIFF +++++

--------------------------------------------------

ANNESS I

Dikjarazzjoni Konġunta dwar l-Artikolu 4(5) tal-Ftehim

Taħt il-Ftehim, il-Paritjiet jaqblu illi "l-proprjetà intellettwali, industrijali u kummerċjali" tikkomprendi, partikolarment, id-drittijiet ta' l-awtur, inklużi d-drittijiet ta' l-awtur tal-programmi tal-kompjuter, u d-drittijiet relatati, trademark, marki tas-servizzi u indikazzjonijiet ġeografiċi, inklużi d-denominazzjoni ta' l-oriġini, d-disinji industrijali u l-mudelli, l-patenti u l-pjanijiet ta' konfigurazzjoni (t-topografiji) ta' ċirkwiti integrati, l-ħarsien sui generis tad-databases, il-ħarsien ta' informazzjoni mħarsa u l-ħarsien kontra l-kompetizzjoni inġusta.

--------------------------------------------------

ANNESS II

Il-Konvenzjoni Internazzjonali dwar il-proprjetà intelletwali, industrijali u kummerċjali dwar il-ħarsien imsemmi fl-Artikolu 4(5)

1. L-Artikolu 4(5)(b) jirrigwarda l-Konvenzjonijiet multilaterali illi ġejjin:

- Il-Konvenzjoni ta' Berna għall-Ħarsien tax-Xogħolijiet Litterarji u Artistiċi kif l-aħħar riveduta f'Pariġi (L-Att ta' Pariġi 1971)

- Il-Ftehim ta' Madrid illi Jikkonċerna r-Registrazzjoni tat-Trademarks Internazzjonali kif l-aħħar rivedut fi Stokkolma (l-Att ta' Stokkolma 1967).

- Il-Protokoll illi tirrigwarda l-Ftehim ta' Madrid fir-Rigward tar-Reġistrazzjoni Internazzjonali tat-Trademarks (1989).

- Il-Konvenzjoni Internazzjonali għall-Protezzjoni ta' l-Artisti, il-Produtturi tal-Fonogrammi u l-Organizzazzjonijiet tax-Xandir (Il-Konvenzjoni ta' Ruma 1961).

- It-Trattat tal-Koperazzjoni dwar il-Patenti(l-Unjoni PCT) kif modifikat fl-1984.

- Il-Trattat dwar il-Liġi dwar it-Trademarks (1994).

2. L-Artikolu 4(5)(ċ) jirrigwarda l-Konvenzjonijiet multilaterali illi ġejjin:

- Il-Ftehim ta' Nizza illi jirrigwarda l-Klassifikazzjoni Internazzjonali tal-Prodotti u s-Servizzi għall-Iskop ta' reġistrazzjoni tat-Trademarks kif riveduti f'Ġinevra (l-Att ta' Ġinevra 1977)

- It-Trattat ta' Budapest dwar ir-Rikonoxxenza Internazzjonali tad-Depożitu tal-Mikro-organiżmi għall-Għall-Fini tal-Proċedura tal-Patenti (1977).

- Il-Konvenzjoni Internazzjonali għall-Ħarien tal-Varjetajiet Ġodda tal-Pjani (UPOV) kif rivedut f'Ġinevra, (l-Att ta' Ġinevra 1991).

- WIPO It-Trattat dwar id-Drittijiet ta' l-Awtur (Ġinevra 1996).

- WIPO It-Trattat dwar l-Artisti u l-Fonogrammi (Ġinevra 1996).

3. Il-Kumissjoni Konġunta tista' tiddeċiedi illi l-Artikolu 4(5)(b) u (ċ) għandhom jgħoddu għall-konvenzjonijiet multilaterali l-oħrajn.

--------------------------------------------------

ANNESS III

L-interpretazzjoni tad-dikjarazzjoni ta' l-Artikolu 16: non-eżekuzzjoni tal-Ftehim

(a) Għall-fini ta' l-interpretazzjoni u l-applikazzjoni prattika ta' dan il-Ftehim, il-Partijiet jaqblu illi l-każijiet ta' urġenza speċjali msemmija fl-Artikolu 16 tal-Ftehim ifissru każijiet ta' ksur materjali tal-Ftehim permezz ta' wieħed miż-żewġ Partijiet. Ksur materjali tal-Ftehim jikkonsisti fi:

- ir-repudjazzjoni tal-Ftehim illi ma jkun ġie sanzjonali mir-regoli ġenerali tal-liġi internazzjonali,

- il-ksur ta' l-elementi essenzali tal-Ftehim stabbiliti fl-Artikolu 1.

(b) Il-Partijiet jaqblu illi l-"miżuri xierqa" msemmijin fl-Artikolu 16 huma miżuri illi ttieħdu skond il-liġi internazzjonali. Jekk Parti tieħu miżuri f'każ ta' urġenza speċjali skond l-Artikolu 16, il-Parti l-oħra tista' tiddisponi ruħha mill-proċeduri għar-risoluzzjoni tal-kwistjonijiet.

--------------------------------------------------

Top