Agħżel il-karatteristiċi sperimentali li tixtieq tipprova

Dan id-dokument hu mislut mis-sit web tal-EUR-Lex

Dokument 32016R0439

Regolament tal-Kummissjoni (UE) 2016/439 tat-23 ta' Marzu 2016 li jemenda l-Anness IV tar- Regolament (KE) Nru 396/2005 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill fir-rigward tas-Cydia pomonella Granulovirus (CpGV), tal-karbur tal-kalċju, tal-jodur tal-potassju, tal-karbonat tal-idroġenu tas-sodju, tar-rescalure u tar-razza tal-Beauveria bassiana ATCC 74040 u tar-razza tal-Beauveria bassiana GHA (Test b'rilevanza għaż-ŻEE)

C/2016/1692

ĠU L 78, 24.3.2016, pp. 31–33 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

Status legali tad-dokument Fis-seħħ

ELI: http://data.europa.eu/eli/reg/2016/439/oj

24.3.2016   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 78/31


REGOLAMENT TAL-KUMMISSJONI (UE) 2016/439

tat-23 ta' Marzu 2016

li jemenda l-Anness IV tar- Regolament (KE) Nru 396/2005 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill fir-rigward tas-Cydia pomonella Granulovirus (CpGV), tal-karbur tal-kalċju, tal-jodur tal-potassju, tal-karbonat tal-idroġenu tas-sodju, tar-rescalure u tar-razza tal-Beauveria bassiana ATCC 74040 u tar-razza tal-Beauveria bassiana GHA

(Test b'rilevanza għaż-ŻEE)

IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament (KE) Nru 396/2005 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-23 ta' Frar 2005 dwar il-livelli massimi ta' residwu ta' pestiċidi fi jew fuq ikel u għalf li joriġina minn pjanti u annimali u jemenda d-Direttiva tal-Kunsill 91/414/KEE (1), u b'mod partikolari l-Artikolu 5(1) tiegħu,

Billi:

(1)

Ma ġew stipulati l-ebda MRLs speċifiċi għas-Cydia pomonella Granulovirus (CpGV), il-karbur tal-kalċju, il-karbonat tal-idroġenu tas-sodju, rescalure, ir-razza tal-Beauveria bassiana ATCC 74040 u r-razza tal-Beauveria bassiana GHA. Peress li dawk is-sustanzi ma ġewx inklużi fl-Anness IV tar-Regolament (KE) Nru 396/2005, japplika l-valur prestabbilit ta' 0,01 mg/kg stipulat fl-Artikolu 18(1)(b) ta' dak ir-Regolament. Il-jodur tal-potassju huwa inkluż fl-Anness IV tar-Regolament (KE) Nru 396/2005.

(2)

Fir-rigward tas-Cydia pomonella Granulovirus (CpGV), l-Awtorità Ewropea dwar is-Sigurtà fl-Ikel ('l-Awtorità') ikkonkludiet (2) li dawn il-viruses mhumiex patoġeniċi għall-bniedem u li ma jipproduċux tossini. Għalhekk, jitqies xieraq li din is-sustanza tiġi inkluża fl-Anness IV tar-Regolament (KE) Nru 396/2005.

(3)

Fir-rigward tal-karbur tal-kalċju, l-Awtorità kkonkludiet (3) li din is-sustanza ma għandhiex tidħol fil-katina tal-ikel tal-bniedem. Għalhekk, jitqies xieraq li din is-sustanza tiġi inkluża fl-Anness IV tar-Regolament (KE) Nru 396/2005.

(4)

Il-jodur tal-potassju huwa sustanza minerali li jista' jintuża għall-manifattura ta' supplimenti tal-ikel f'konformità mad- Direttiva 2002/46/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (4). Fid-dawl ta' dan, huwa kkunsidrat xieraq li titneħħa n-nota f'qiegħ il-paġna li titlob evalwazzjoni f'konformità mal-Artikolu 12 tar-Regolament (KE) Nru 396/2005 għal din is-sustanza.

(5)

L-idrossidu tal-kalċju huwa approvat bħala sustanza bażika f'konformità mar-Regolament (KE) Nru 1107/2009 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (5). Fid-dawl tar-Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2015/2069 (6), il-Kummissjoni tqis li l-inklużjoni ta' dik is-sustanza fl-Anness IV tar-Regolament (KE) Nru 396/2005 hija xierqa.

(6)

Fir-rigward tar-rescalure, l-Awtorità kkonkludiet (7) li l-inklużjoni ta' dik is-sustanza fl-Anness IV tar-Regolament (KE) Nru 396/2005 hija xierqa.

(7)

Fir-rigward tar-razza tal-Beauveria bassiana ATCC 74040 u tar-razza tal-Beauveria bassiana GHA (8), l-Awtorità ma setgħetx tasal għall-konklużjoni dwar il-valutazzjoni tar-riskju tad-dieta għall-konsumaturi peress li xi informazzjoni ma kinitx disponibbli u kienet meħtieġa aktar konsiderazzjoni mill-maniġers tar-riskji. Tali kunsiderazzjoni ulterjuri kienet riflessa f'rapporti ta' reviżjoni rispettivi (9) (10), li kkonkludiet li r-riskju għall-bniedem permezz ta' metaboliti minn dawn is-sustanzi huwa negliġibbli.Fid-dawl ta' dawk il-konklużjonijiet, il-Kummissjoni tqis li l-inklużjoni ta' dawk is-sustanzi fl-Anness IV tar-Regolament (KE) Nru 396/2005 hija xierqa.

(8)

Għaldaqstant, ir-Regolament (KE) Nru 396/2005 għandu jiġi emendat skont dan.

(9)

Il-miżuri previsti f'dan ir-Regolament huma f'konformità mal-opinjoni tal-Kumitat Permanenti dwar il-Pjanti, l-Annimali, l-Ikel u l-Għalf,

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

L-Anness IV tar-Regolament (KE) Nru 396/2005 huwa emendat f'konformità mal-Anness ta' dan ir-Regolament.

Artikolu 2

Dan ir-Regolament jidħol fis-seħħ fl-għoxrin jum wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Dan ir-Regolament jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, it-23 ta' Marzu 2016.

Għall-Kummissjoni

Il-President

Jean-Claude JUNCKER


(1)   ĠU L 70, 16.3.2005, p. 1.

(2)  L-Awtorità Ewropea dwar is-Sigurtà fl-Ikel; Conclusion on the peer review of the pesticide risk assessment of the active substance Cydia pomonella Granulovirus. EFSA Journal 2012;10(4):2655. [40 pp.] doi:10.2903/j.efsa.2012.2655.

(3)  L-Awtorità Ewropea dwar is-Sigurtà fl-Ikel; Conclusion on the peer review of the pesticide risk assessment of the active substance calcium carbide. EFSA Journal 2011;9(10):2419. [48 pp.] doi:10.2903/j.efsa.2011.2419.

(4)  Id-Direttiva 2002/46/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-10 ta' Ġunju 2002 dwar l-approssimazzjoni tal-liġijiet tal-Istati Membri dwar is-supplimenti tal-ikel (ĠU L 183, 12.7.2002, p. 51).

(5)  Ir-Regolament (KE) Nru 1107/2009 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-21 ta' Ottubru 2009 dwar it-tqegħid fis-suq ta' prodotti għall-protezzjoni tal-pjanti u li jħassar id-Direttivi tal-Kunsill 79/117/KEE u 91/414/KEE (ĠU L 309, 24.11.2009, p. 1).

(6)  Ir-Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2015/2069 tas-17 ta' Novembru 2015 li japprova s-sustanza bażika karbonat tal-idroġenu tas-sodju f'konformità mar-Regolament (KE) Nru 1107/2009 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar it-tqegħid fis-suq ta' prodotti għall-protezzjoni tal-pjanti, u li jemenda l-Anness tar-Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 540/2011 (ĠU L 301, 18.11.2015, p. 42).

(7)  L-Awtorità Ewropea dwar is-Sigurtà fl-Ikel, 2015. Conclusion on the peer review of the pesticide risk assessment of the active substance rescalure. EFSA Journal 2015;13(2):4031, 40 pp.

(8)  L-Awtorità Ewropea dwar is-Sigurtà fl-Ikel, 2013. Conclusion on the peer review of the pesticide risk assessment of the active substances Beauveria bassiana strains ATCC-74040 and GHA. EFSA Journal 2013;11(1):3031. 44 pp.

(9)  Rapport ta' reviżjoni magħmul għas-sustanza attiva tar-razza tal-Beauveria bassiana ATCC 74040 iffinalizzat mill-Kumitat Permanenti dwar il-Katina Alimentari u s-Saħħa tal-Annimali fil-laqgħa tiegħu tal-11 ta' Lulju 2008 fid-dawl tal-inklużjoni tar-razza tal-Beauveria bassiana ATCC 74040 fl-Anness I tad-Direttiva 91/414/KEE. SANCO/1546/08 — rev. 5, 11 ta' Lulju 2014.

(10)  Rapport ta' reviżjoni magħmul għas-sustanza attiva tar-razza tal-Beauveria bassiana iffinalizzat mill-Kumitat Permanenti dwar il-Katina Alimentari u s-Saħħa tal-Annimali fil-laqgħa tiegħu tal-11 ta' Lulju 2008 fid-dawl tal-inklużjoni tar-razza tal-Beauveria bassiana GHA fl-Anness I tad-Direttiva 91/414/KEE. SANCO/1547/08 — rev. 5, 11 ta' Lulju 2014.


ANNESS

L-Anness IV tar-Regolament (KE) Nru 396/2005 huwa emendat kif ġej:

(1)

L-entrati “Cydia pomonella Granulovirus (CpGV)”, “karbur tal-kalċju”, “karbonat tal-idroġenu tas-sodju”, “rescalure”, “ir-razza tal-Beauveria bassiana ATCC 74040” u “r-razza tal-Beauveria bassiana GHA” huma mdaħħla, f'ordni alfabetika;

(2)

Titħassar ir-referenza għan-nota f'qiegħ il-paġna 1 wara l-entrata “Jodur tal-Potassju”.


Fuq